MALTARACINGCLUB.COM

 

 

NEWS & PRESS

Back To Main Page

 

PRESS RELEASE

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club iħabbar il-kampjonat ġdid taż-Żwiemel Svediżi flimkien mal-U*BET HorseRacing operat mill-MALTCO LOTTERIES Ltd.

 

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club bi pjaċir qed iħabbar l-introduzzjoni tal-kampjonat ġdid għaż-żwiemel Svediżi bl-għajnuna tal-U*BET HorseRacing operat mill-MALTCO LOTTERIES Ltd. Dan ġie mħabbar waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-klabb tal-Malta Racing Club. Dr.Matthew Brincat, iċ-Chairman il-ġdid tal-Malta Racing Club qal li “il-kampjonat ser jibda nhar il-Ħadd li ġej bl-ewwel heats, u jgħalaq b’erba’ finali l-Ħadd 9 ta’ Novembru 2008.”

 

Matthew Brincat kompla li “l-ammont ta’ żwiemel Svediżi f’Malta żdied b’ammont konsiderevoli f’dawn l-aħħar snin.  Fil-fatt madwar 250 żiemel ġdid ġew irreġistrati mal-Malta Racing Club f’dawn l-aħħar 3 snin.  Illum imxejna ħafna mill-ewwel ftit żwiemel li kienu ġew introddotti fin-nofs tas-snin tmenin. Dan jagħmilha possibli li norgannizzaw kampjonati bħal dawn għall-kategoriji kollha, Premier, Gold, Silver u Bronze.”

 

Mario Cassar, id-Direttur Ġeneral tal-Maltco Lotteries, qal ukoll li “il-U*BET HoseRacing ilha topera għal din l-aħħar sena billi toffri tiġrijiet taż-żwiemel mill-Isvezja fil-ħwienet tagħha matul il-ġimgħa kollha, bl-akbar serje ta’ tigrijiet jigifieri il-V75, issir is-Sibt.  Mario Cassar tenna billi qal “li jittama li dan il-kampjonat tal-U*BET HorseRacing ikun l-ewwel minn ħafna oħrajn li jsiru fix-xhur u snin li ġejjin flimkien mal-Kunsill tal-Malta Racing Club”

 

Fl-aħħar tal-konferenza ta’ l-aħbarijiet, Matthew Brincat għamel introduzzjoni tal-membri l-ġodda tal-kunsill hekk kif kienu appuntanti mis- Segretarju Parlamentari għaż-Żgħazagħ u Sport, Clyde Puli,. Hu qal li l-Malta Racing Club għandu żmien interessanti quddiemu u l-entużjażmu tal-kunsill il-ġdid jawgura tajjeb u nistennew diversi inizzjattivi kif ukoll pjanijiet ġodda fix-xhur li ġejjin.

 

Malta Racing Club Council launches the Swedish U*Bet HorseRacing Championship managed by MALTCO LOTTERIES Ltd.

 

The Malta Racing Club council is pleased to announce the launch of a new trotters championship for all Swedish horses registered with the club sponsored by Maltco's U*BET. These details were given in a press conference held at the Malta Racing Club. Dr. Matthew Brincat, the newly appointed chairman of the Malta Racing Club, said that “the championship will start next Sunday 5th October with the Heats, finishing off with 4 finals on Sunday 9th November 2008.” 

 

Mathew Brincat also noted that “Swedish imports in the last few years have increased considerably.  In fact nearly 250 horses have been imported and registered in the last 3 years with the Malta Racing Club.  Imports from Sweden have come a long way since the first few horses imported in the mid 1980s, which makes it possible today to organise such a competitive championship for 4 different classes namely Premier, Gold, Silver and Bronze.” 

 

Mario Cassar, Maltco’s Lotteries General Director, said that “U*BET HorseRacing has been in operation for the last year with a link to Swedish horse racing shown within its outlets in the afternoon and evenings on weekdays with the top race, being the V75, which is shown every Saturday.”  Mario Cassar also added “this is the first of hopefully other sponsorship agreement between Maltco Lotteries and the Malta Racing Club in the years to come”.

 

During the meeting Mathew Brincat also introduced the new members of the Malta Racing Club Council recently appointed by Hon.Clyde Puli, Parliamentary Secretary for Youth and Sport.  He continued that “exiting times are ahead at the Malta Racing Club as various initiatives and restructuring programmes are currently being planned for the coming months.”

 

Avviz

 

LAQGĦA MAL-MEMBRI TAL-KUNSILL TAL-MALTA RACING CLUB U STEDINA GĦAS-SIDIEN, SEWWIEQA, JOCKEYS u MEMBRI TAL-KLABB.

 

Għeżież Ħbieb,

 

Għan-nom tal-Kunsill tal-Malta Racing Club qed nistedinkom ilkoll għall-laqgħa li sejra ssir fl-Istand tal-Korsa nhar il-Ħadd 5 ta’ Ottubru 2008 fid-9.15 ta’ filgħodu fejn ikolli l-opportunità nintroduċikom mal-membri ġodda tal-Kunsill il-ġdid tal-MRC kif ukoll ngħarrafkom b’inizjattivi ġodda li nixtiequ ndaħħlu. Jiena, il-membri l-ġodda u l-membri tal-Horse Owners għandna bżonn nisimgħu l-vuċi tagħkom u nistrieħu fuq il-kollaborazzjoni u l-kooperazzjoni taghkom.

 

Il-preżenza tagħkom hija mportanti għaliex inthom tkunu tistgħu titkellmu u tintervjenu ħalli l-Kunsill jkun jaf l-opinjoni u x-xewqat tagħkom. Min jixtieq jippreżenta suġġerimenti bil-miktub jista jippreżenthom waqt il-laqgħa jew jindirizzhom lis-Segretarju Ġenerali tal-Klabb.

 

Nittama li kullħadd jaċċetta din l-istedina.

 

Inselli għalikom filwaqt li nittama li niltaqgħu.

 

 

Dejjem tagħkom .

 

 

Dr Matthew Brincat

Chairman

Malta Racing Club

 

Messagg tac-Chairman il-Gdid lis-Sidien, Dilettanti u l-Pubbliku Sportiv.

 

Gheziez Sidien, Dilettanti u Spettaturi,

Nibda biex l-ewwel nett nistedinkhom ghall-kumplament tal-istagun wara l-waqfien tax-xhur tas-sajf u nawgura tigrijiet kompetittivi kemm lis-sidien kif ukoll lill-pubbliku sportiv. Nixtieqilkhom ilkoll kull success.

Jiena gejt inkarigat u mitlub mis-Segretarju Parlamentari ghaz-Zaghzagh u Sport L-Onorevoli Clyde Puli sabiex naccetta l-kariga ta’ Chairman tal-Malta Racing Club. Jiena accettajt ghalkemm naf tajjeb illi l-kariga ggib maghha diffikolta u impenn. Jiena accettajt b’impenn shih sabiex naghmel hilti kollha sabiex inwettaq titjib kemm fil-korsa kif ukoll fil-facilitajiet li jospitaw l-ispettaturi.

Fix-xhur li gejjin ser nirsisti flimkien mal-membri tal-Kunsill l-ohra appuntati li jinkludu ukoll il-Membri li jirrapresentaw is-sidien sabiex nwettwqu tibdiliet u bidla li kollha kemm ahna nixtiequ naraw mwettqa.

Nixtieq nappella lil kullhadd sabiex nibdew nibdlu l-mentalita u nkunu posittivi. L-Isport u l-Korsa taghna ghandhom bzonn dehra gdida sabiex kemm l-isport kif ukoll il-korsa jattiraw nies minn kull klassi tas-socjeta, jattiraw sportivi ohra u jospitaw it-turisti li jzuruna b’mod professjonali. L-Isport taghna huwa attrazzjoni fih innifsu izda il-Korsa jonqosha l-mezzi u facilitajiet sabiex tigbed il-follol lura lejn il-korsa tal-Marsa.

Jiena u l-membri l-ohra ser niddedikaw l-isforzi taghna kollha sabiex nwettqu dan, izda l-ghajnuna u s-sehem taghkhom ilkoll huwa essenzjali. Kullhadd ghandhu jkun responsabbli ghall-istat presenti tal-Korsa u kullhadd ghandhu jhossu fid-dover sabiex jaghti sehmu sabiex it-tigrijiet ta’ zwiemel jergghu jqumu fuq saqajhom. Kull wiehed u wahda minnkhom ghandu x’joffri lil dan l-isport u jiena ser naccetta kull ghajnuna, suggeriment jew inizjattiva li inthom sidien u membri tkunu lesti li taghtu lill-Klabb. Kullhadd huwa mistenni jippartecipa f’dan l-isforz.

Jiena ser niltaqa mas-sidien, sewwieqa u jockeys fil-vicin ghaliex nixtieq nibqa vicin taghhom u nixtieq nistrieh fuq l-appogg taghhom. Nixtieq bidla kemm fl-imgieba kif ukoll fid-dixxiplina li biha nerghu nirbhu r-rispett tal-pubbliku sportiv.

Nixtiequ aktar pubbliku sportiv jsegwi dan l-isport li baqa xorta wahda t-tieni l-aktar sports segwit f’pajjizna . Nixtiequ li kull turist li jzur gziritna jzur il-korsa u jgawdi t-tigrijiet taghna u kull wiehed minnha ghandhu jaghmel sforz sabiex jistedinhom u jospithom bl-aktar mod li nistghu.Kullhadd jista jistieden kemm maltin kif ukoll barranin sabiex jigu jaraw it-tigrijiet u jittentaw xortihom meta jilghabu fuq iz-zwiemel.

Jiena ser nibqa miftuh ghas-suggerimenti taghkom u nistrieh fuq l-appogg li toffruli. Kull Membru tal-Kunsill ser jirsisti ghall-gid komuni tas-sidien li lejhom nhossuna fid-dover peress illi kienu dejjem huma li zammew u komplew jzidu l-entuzjasmu lejn dan l-isport billi komplew jimpurtaw aktar u aktar zwiemel ta’ kwalita lejn il-korsa.

Nirringrazzja lil kull min awgurali jew urini l-appogg tieghu f’din il-hatra impenjattiva ferm li jiena accettajt. Ninstab herqan sabiex nipprova nwettaq it-tibdiliet u zvilupp tant mixtieq, sabiex nirbhu lura r-rispett u fiducja ta’ hafna li kienu bdew jaqtghu qalbhom li l-affarijiet jistghu jinbidlu ghall-ahjar. Meta dawk li waqfu jsegwu dan l-isport jerghu lura lejn il-Korsa jkun ifisser li l-isforzi taghna qed jaghtu r-risultati mixtieqa.

Nerga nappella ghall-darb’ ohra ghall-ghajnuna u l-appogg taghkom ghaliex naf illi l-isforzi u l-energija tieghi biss mhumiex bizzejjed sabiex nwettqu il-mira taghna. Nappella ghad-dixxiplina fil-korsa u barra l-korsa. Nemmen li kollox jista jitwettaq.

Il-Malta Racing Club ghandhu bzonn l-ghajnuna u l-appogg taghkom u kull wiehed minnkhom ghandhu jhossu fid-dover li jaghti sehmu b’kull mod possibli sabiex nerghu nqajjmu dan l-isport fuq livell nazzjonali.

Nibqa nweghdkom l-impenn tieghi u nawguralkhom tigrijiet kompetittivi.

Dejjem taghkom

Dr Matthew Brincat LL.D
Chairman
Malta Racing Club

New Chairman’s Commitment to Owners, Enthusiasts and Sporting Public

Dear Horse Owners, Horse Enthusiasts and Guests,

I would first and foremost welcome you to the re-start of the season after the summer recess and we augur more competitive racing both to the owners and spectators.

As from the 11th September 2008 I have been asked by The Hon. Parliamentary Secretary for Sports Mr. Clyde Puli to accept The Role of Chairman of the Malta Racing Club. I have accepted knowing well enough the difficulty of the task, but nonetheless I have accepted with a full commitment to bring about improvements both to the track facilities and to the enclosure stands, which welcome our spectators.

In the following months I will strive together with the other newly appointed Council Members including the Horse Owners Representatives to bring about the much-needed change that all of us surely wish to see materialized.

I appeal to you all for a change in mentality and to react positively .The Track and our Sports needs to have the image and appeal to all classes of society, to attract new spectators to our sport and to host our tourists in a professional way .Our sports is an attraction in itself, however it needs the adequate infrastructure to draw back the crowds to the track.

We will dedicate all our efforts to attain all this, however everyone's share and effort is essential. All of us should feel responsible for the present state of affairs and all of us need to feel a sense of duty to help in the regeneration of Horse Racing. All of you have something to contribute to the sport and I will accept any help, all of you owners and members are ready to give to the MRC Council. All of us need to participate in this initiative.

I will be meeting all owners, drivers and jockeys in the near future as I bank on their support to bring about also a change in behavior and discipline that will enable us to gain respect from the sporting public.

We want more sporting public to follow the sport that has remained the second most popular sport on our Islands .We want all tourists visiting our islands to come and enjoy racing and all of us should welcome them and host them to the best of our capabilities. All of us should invite and host both local and foreign spectators to enjoy the thrill of racing competition.

I remain open to all your suggestions and bank on your support. All the MRC Council will be striving for the common interest of all owners to whom we will be committed for their increasing enthusiasm to the sport and to their efforts to import more and more horses to our racing track.

I thank all those who have congratulated me and shown their support in this new challenge I have accepted. I also look forward to make the desired changes and improvements, to win the respect and trust of many who had started to give up hope that things will effectively change. When those estranged start returning to our sport it will mean that our efforts are giving the desired results.

I appeal once again for your collaboration, as I am aware that my commitment alone is not enough to attain all our goals. I appeal for discipline on the track and on the stands. I trust it can all come true. The Malta Racing Club needs your support and all of you should feel duty bound to contribute in any way possible to regenerate our sport.

I remain committed to you all and I do hope you enjoy our racing.

Yours truly,

Dr Matthew Brincat ll.d
Chairman
Malta Racing Club

REGOLI GODDA GHALL-KORSA

1-Is-Sibt tinghalaq fl-10.00am

(Tinfetah il-Hadd jekk ma lejl ma taghmilx xita)

 

2-Se jinghalqu it-tlett (lanes) ta gewwa bill- (bollards) u jintuzaw il-(lanes) ta barra ghall dawn il-granet.

It-Tnejn,l-Erbgha,il-Hamis u il-Gimgha.

 

(Il-granet jistghu jinbidlu aktar il-quddiem skond il-program tat-tigrijiet.)

 

Grazzi tal-koperazzjoni.

REGOLAMENTI GODDA 2008

DOPING:

 

 

1        Ziemel gdid jigi identifikat (jew bic-cippa jew numru) l-ewwel darba li jigri fil-paddock

 

2        Ziemel li jirbah it-tieni tigrija fl-istess stagun jista jkun mghajjat biex jitla ghad-doping test awtomatikament (minghajr polza)

 

3        Kull Ziemel li jitla ghad-doping test bilfors irid jittihiedlu kemm l-awrina kif ukoll id-demm.  (Is-Sid hu obbligat li jibqa jistenna sa massimu ta’ saghtejn (2) wara it-tigrija).  Kull sid ghandu id-dritt kollu li jahsel u jlesti iz-ziemel gewwa il-Kavallerija wara li dan ikun gera it-tigrija tieghu qabel ma jibda il-process tad-doping.

 

 

REGOLI GENERALI DOPING:

 

Kategorija Nru. 1  - Jibqa kollox l-istess

 

Kategorija Nru. 2  - Jibqa kollox l-istess

 

Kategorija Nru. 3  - Emendata minn dan l-istagun (2008)

 

 

3.1       Ziemel li jinqabad possittiv l-ewwel darba jigi skwalifikat. (Il-premju jmur ghand tat-tieni, etc, etc.

 

3.2             Ziemel li jerga jinqabad it-tieni darba, skwalifika u jithallas id-doping test mis-sid, qabel ma jerga jinkiteb.

 

3.3             Ziemel li jinqabad it-tielet darba, skwalifika taz-ziemel, id-doping test jithallas mis-sid u z-ziemel ma jinkitibx ghal 4 kitbiet konsekkutivi.

 

3.4             Jekk jerga jinqabad ghar-raba darba tittiehed dixxiplina iktar harxa mill-kunsill tal-Malta Racing Club.

 

3.5             Ziemel tat-trott jibqa jgorr ir-ranking points li jkun ha fit-tigrija li inqabad pozzitiv. Il-punti ghal fini ta klassifika ta l-aktar ziemel konsistenti dawn jitnaqqsulu flimkien mal-punti tal-klassifika tal-gerrejja.

 

3.6             Ziemel tal-galopp jibqa jgorr il-piz li jkun ha fit-tigrija li inqabad pozzittiv.  Il-punti ghal fini ta klassifika ta l-aktar ziemel konsistenti (tal-galopp) dawn jitnaqqsulu flimkien mal-punti tal-klassifika tal-jockeys.

 

 

 

MULTI U SOSPENSJONIJIET

 

Multi u Sospensjonijiet iridu jigi attwati fl-ewwel meeting tal-kitba li jkun imiss.

 

L-Appelli jsiru biss l-Erbgha ta wara l-ahhar meeting ta dik il-kitba.

 

Multi iridu jithallsu ma l-ewwel kitba li jkun imiss.  Fin-nuqqas ta dan iz-ziemel ma jinkitibx u il-gerrej ma jkunx jista jsuq fil-meetings ta wara.

 

 

 

REGISTRAZZJONI TAZ-ZWIEMEL

 

Gie deciz li b’effet immedjat zwiemel ta kull eta u li ma jkollomx rebh xejn barra minn pajjizna jkunu jistghu jinkitbu fil-Qualification Races.  Dan qed isir biex ninkoragixxu lill dawk is-sidien li jixtru jew xtraw zwiemel f’eta zghira, kemm Maltin kif ukoll barranin.

 

 

 

Il-Kumitat

Malta Racing Club

 

14 ta’ Jannar 2008

REGOLAMENTI TIGRIJIET TAT-TROTT 2007-2008

SISTEMA TA PUNTI RIVEDUTA

Wara laqgha tal-Kumitat gie deciz li mill-21 ta’ Settembru 2007 il-punti li jinghataw iz-zwiemel wara kull tigrija tinbidel hekk:

 

Rebbieh jiehu 30 Punt,

It-tieni post jiehu 9 Punti,

It-tielet post jiehdu 5 punti,

Ir-raba post ma jiehdu l-ebda punt

U mill hames l’hemm jitnaqsulu 10 ghaxar punti.

 

Gie deciz ukoll li f’dawk it-tigrijiet maghrufa bhala ‘Qualification Races’ ghaz zwiemel li

ghandhom minn 65 punt l-isfel il-punti jibqghu kif kienu. Biss gie deciz ukoll li mill-hames post l’hemm iz-zwiemel jitnaqsulhom10 punti.

 

Re-Classification fi tmien l-istagun.

 

Min tmiem dan l-istagun ir-re classification taz-zwiemel sejra tinhadem hekk:

 

Dawk iz-zwimel li:

• Ma ipplejsjawx ma l-ewwel erba postijiet ghal aktar min 4 darbiet

• Ma rebhux ta l-anqas tigrija wahda

• Zwiemel li kienu irregistrati fl-istaguni ta qabel u ma jkunux hadu sehem

f’tigrijiet dak l-istagun.

 

Dawn iz-zwiemel sejrin jitnaqsulhom 10% tal-puntegg taghhom fil-bidu ta l-istagun ta wara.

Zwiemel eskluzi li ma jidhlux fl-iskema ta re-classification huma dawk iz-zwiemel li gew registrati f’dak l-istagun partikulari u la ma jkunux grew ta l-anqas sitt darbiet, dawn ma jihdux tnaqqis ta 10% tal-punti.

 

 

Kumitat

Malta Racing Club

12 ta’ Settembru 2007