Friday 10th June 2011
It-30 laqgha tal-istagun 2011 – it-12 ta’ Gunju

minn Magnat

It-30 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel ta’ dan l-istagun se ssir fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej 12 ta’ Gunju mis-2pm ‘il quddiem u se tikkonsisti f’ghaxar tigrijiet tat-trott.

L-attrazzjonijiet principali se jkunu l-finali tal-kampjonati tal-Francizi, il-Prix de Caen ghall-klassi Copper, il-Prix de Cagnes Sur Mer ghall-klassi Bronze, il-Prix de Cabourg ghal zwiemel tal-klassi Silver, il-Prix d’Enghien ghall-klassi Gold u l-Prix de Vincennes ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier, kollha fuq distanza ta’ 2,140m.

Fil-Prix de Vincennes, ghandna disa’ finalisti li jinkludu whud mill-aqwa zwiemel tat-trott f’Malta, u li hafna minnhom kellhom passat denju ta’ nota fi Franza.

Hija tahlita ta’ veterani maghrufa li whud minnhom rebhu unuri prestigjuzi f’Malta, bhall-Emirates Tazza l-Kbira u l-Prix de Vincennes, Kakisis, Joker de Choisel u Knock de Manche, iz-zwiemel Le Coup de Foudre u Lovely Mab, li bejniethom irregistraw tmien rebhiet f’Malta, u d-debuttanti ta’ din is-sena Master Perrine, Malin Roro, Mark de Chamant u Marathon Villers li diga’ gabru hames rebhiet bejniethom.

Il-Prix d’Enghien ighaqqad ghaxar finalisti li whud minnhom ghadhom kif gew promossi ghall-klassi Premier b’rizultat tal-ahhar prestazzjonijiet taghhom, cioe’ Kojak d’Isques, Natif de Salvi u Marquis Penalan, u Le Bon Mayennais, L’Ideal de Fersan, L’Alpha de Cosse u Lord The Best li grew fil-klassi Premier fil-passat, kif ukoll Magnifique Sablais li diga’ rebah erba’ darbiet din is-sena u Novak li rnexxielu jippjazza darbtejn mill-erba’ tigrijiet tieghu f’Malta.


Hafna mill-finalisti tal-Prix de Cabourg almenu rebhu u ppjazzaw fl-ahhar tlett hargiet taghhom, cioe’ Kandy du Fruitier, Obscur de Busset, Kiton de Bouere, Midoun du Home, Knight Brunel, King Boy du Dane, Oris du Lupin u Oeillet Blanc, Lys des Etroits li pplejsja f’kull wahda mill-ahhar seba’ hargiet tieghu, u Korentin li rebah hames darbiet f’Malta fl-ahhar tlett snin.

Zwiemel validi ferm bhal dawn insibuhom ukoll fil-finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer u tal-Prix de Caen, u nistennew tigrijiet ibbilancjati u missielta fil-finali kollha.

Il-bqija tat-tigrijiet huma interessanti wkoll u jikkonsistu f’wahda ghall-klassi Copper, tlieta ghall-klassi Bronze u zewg tigrijiet ghall-klassi Silver, kollha fuq distanza ta’ 2,640m.

L-ahhar laqghat
Il-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda kienet tifforma parti mit-tieni edizzjoni tal-Equestrian Festival, hdax-il siegha ta’ attivitajiet relatati maz-zwiemel li fih numru kbir ta’ spettaturi setghu japprezzaw il-hila taz-zwiemel u r-rikkieba u d-diversi sports ekwestri li jigu pprattikati f’Malta.

Wiehed mill-punti ewlenin ta’ dik il-laqgha kienet l-Equestrian Festival Final ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza sprint ta’ 1,640m, fejn Mon Daniel ha l-kmand tat-tigrija madwar 400m mit-tmiem u rebah ghat-tielet darba dan l-istagun, wara li rrezista b’success attakk qawwi ta’ Livi Cantona, li spicca fit-tieni post, quddiem Energy As u Lucas Ness.

Il-programm kien jinkludi wkoll finali ghal kull wahda mill-klassijiet Gold u Silver, fuq distanza ta’ 1,640m. Hawnhekk il-finalisti rrizultaw minn semi-finali li nzammu wkoll nhar il-Hadd li ghadda.

Il-final tal-klassi Gold rat dwell eccitanti ras imb’ras bejn Candy Fantasy u Kingpin La Marc fid-dritta finali, bil-photo finish jaghti lil dan ta’ l-ahhar it-tieni rebha tieghu dan l-istagun, filwaqt li fil-finali tal-klassi Silver, Newman (li rebah ukoll is-semi-finali tieghu) gera b’sahha fuq in-naha ta’ barra fl-ahhar nofs dawra, biex irrekordja r-raba’ rebha stagjonali tieghu quddiem Charlie Smitt li spicca fit-tieni post.

Interessanti ninnutaw li Mon Daniel u Livi Cantona fil-finali tal-klassi Premier u Candy Fantasy fir-rebh tas-semi-finali tieghu tal-klassi Gold, kollha rrekordjaw hin eccellenti ta’ 1’13’8 fil-kilometru, li mhuwiex biss l-ahjar hin ta’ dan l-istagun f’Malta fuq id-distanza ta’ 1,640m, izda wkoll l-ahjar hin tal-istagun minn mindu regghet infethet il-korsa f’Novembru 2009.

Il-programm tal-Hadd kien jinkludi wkoll zewg finali interessanti tal-galopp, it-tnejn mirbuha minn zwiemel li kienu qed jirregistraw l-ewwel rebha taghhom din is-sena. Etoile du Pic rebhet il-Butler Cup meta harget b’velocita’ kbira fid-dritta finali, quddiem Letthewordgoforth u Walker, filwaqt li t-Tazza Piscopo Gardens kellha tmiem kumbattut hafna u eccitanti, u nrebhet minn Friarscourt quddiem Marivan u Nuage de la Tour.

F’okkazjoni ohra kkaratterizzata b’organizzjoni eccellenti u fi sfond attraenti ta’ parati, prezentazzjonijiet, il-partecipazzjoni tal-Boy Scouts tal-Marsa li daqqew fanfarri xierqa ghall-okkazjoni, il-programm tas-7 ta’ Gunju wkoll kienu jinkludi numru ta’ tigrijiet interessanti.

Kienet il-gurnata tal-McDonald’s Mediterranean Derby li giet ikkontestata minn seba’ zwiemel tal-galopp mill-aqwa, u li rat sfida ras imb’ras fid-dritta finali bejn iz-ziemel Irlandiz Buttermilk u z-ziemel Ingliz Uncle Bertie. Mal-gister Buttermilk baqa’ quddiem b’ras biex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva tieghu. Bl-iskwalifika ta’ Uncle Bertie, it-tieni post hadu Just The Best, b’Adorabile Med tispicca t-tielet.

Fil-finali tat-Tazza Sette Giugno ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier, Think Yatzee mar quddiem fl-istadji bikrija u zamm il-kmand matul it-tigrija kollha. Madankollu, kellna tmiem eccitanti meta z-ziemel li spicca fit-tieni post Energy Launcher u Skip Dimanche li spicca fit-tielet post, hargu b’sahha fl-ahhar 100m u offrew sfida qawwija, b’Think Yatzee xorta jkun b’sahhtu bizzejjed biex jibqa’ quddiem u jiehu r-raba’ rebha stagjonali f’hin ta’ 1’16’7 fil-kilometru.

Il-programm kien jinkludi wkoll tigrija interessanti tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,640m li rrizultat f’rebha kumbattuta ghal Max d’Avignere (l-ewwel rebha tieghu f’Malta) fl-aqwa hin tal-laqgha ta’ 1’16’1 fil-kilometru, quddiem Belafonte u James de l’Iton.

Ahbarijiet ohra
Nixtiequ nghidu prosit lis-sewwieqa Maltin li dan l-ahhar, matul it-tmiem il-gimgha tal-Elitoppet, hadu sehem f’tigrijiet gewwa l-iSvezja u rnexxielhom jiksbu rizultati li jaghmlulhom unur.

Fi tmiem il-gimgha li gej, se naraw tappa ohra mill-kampjonat tal-Mediterranean Horse Racing Union li se ssir fis-Serbja. Ir-rapprezentanti taghna se jkunu s-sewwieq Clint Vassallo u l-gerrej Oliver Briffa. Nawguraw l-isbah xewqat lit-tnejn li huma. Jalla naghmlu l-almu taghna kollu filwaqt li naghtu ezempju eccellenti ta’ sportivita’.

Daqqa t’ghajn lejn iz-zwiemel tat-trott Francizi
Il-finali tal-Francizi jfakkruna fil-konnessjoni antika bejn Malta u Franza fil-qasam tat-trott. Ghal snin twal sal-bidu tas-snin disghin (meta rajna zieda mdaqqsa ta’ zwiemel Svedizi f’Malta), kwazi z-zwiemel tat-trott kollha li kienu jigu mpurtati f’Malta kienu Francizi.

F’dawn l-ahhar snin, il-persentagg ta’ debuttanti Francizi kien ta’ aktar minn 51% fl-2009, aktar minn 60% fl-2010 u s’issa huwa aktar minn 55% tad-debuttanti kollha din is-sena. Malta hija l-pajjiz li jimporta l-akbar numru ta’ zwiemel tat-trott Francizi, quddiem pajjizi bhal l-iSvezja, Spanja u l-iSvizzera.

Dawn iz-zwiemel irid ikollhom l-ewwel ittra ta’ isimhom li tkun ittra partikulari li tapplika ghaz-zwiemel kollha mwielda fis-sena partikulari, bl-ittri tal-alfabett bejn A u V jintuzaw wahda wara l-ohra (ez. M ghal zwiemel imwielda fis-sena 2000, N ghal dawk tal-2001, ecc) u fl-ahhar, l-alfabett jibda’ jintuza mill-gdid.

Zwiemel tat-trott Francizi jridu jirregistraw medja ta’ hin minima biex jidhlu fix-xena tat-tigrijiet. Il-hin minimu baziku ta’ kwalifikazzjoni huwa stabbilit l-ewwel ghal zwiemel ta’ sentejn, izda jekk ma jilhqux, il-hin rikjest isir iktar iebes aktar ma jikber iz-ziemel.

Dan huwa test iebes, u hafna zwiemel tat-trott ma jirnexxielhomx jikkwalifikaw, anki jekk ikollhom “pedigree” eccellenti; per ezempju, medja ta’ xi 40% biss taz-zwiemel imwieled bejn is-sena 2000 u l-2005 irnexxielhom jikkwalifikaw. Test daqstant impenjattiv huwa ferm importanti biex tinzamm il-kwalita’ u r-reputazzjoni taz-zwiemel tat-trott Francizi.

U dan mhux l-uniku test li ziemel tat-trott irid jissodisfa, ghax wara li jikkwalifika irid jilhaq ukoll certi livelli minimi ta’ rebh ta’ flus li jvarjaw skond l-eta’ tieghu, biex ikun jista’ jkompli jtellaq fi Franza.

Iz-zwiemel jibdew jikkwalifikaw ta’ sentejn u jistghu jkomplu jikkompetu fi Franza sa l-ahhar tas-sena kalendarja li fiha jilhqu l-eta’ ta’ 10 snin. Tipikament l-akbar numru ta’ zwiemel tat-trott ikollhom tlieta jew erba’ snin, u dawn jonqsu hekk kif iz-zwiemel jikbru fl-eta’, u l-aktar minn 8 snin ‘il fuq.

Madwar 11,000 tigrija bis-serkin u monte’ jizammu kull sena f’madwar 230 korsa madwar Franza.

Iz-zwiemel tat-trott Francizi taghna jiffurmaw parti minn dan il-wirt rikk u se jkun ta’ pjacir li naraw uhud mill-aqwa fosthom jikkompetu fil-finali tal-Francizi.

Nawgurawlkom laqgha ohra eccitanti nhar il-Hadd li gej.