Wednesday 22nd June 2011
Il-31 u t-32 laqgha tal-istagun 2011 – l-24 u t-28 ta’ Gunju

minn Magnat

Nhar il-Gimgha (24) u t-Tlieta (28) ta’ Gunju (lejlet festa pubblika) se jsiru laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa, bi 8 tigrijiet f’kull laqgha. Iz-sewg laqghat jibdew fis-7pm.

It-tigrijiet kollha huma ghaz-zwiemel tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m hlief ghal tigrija wahda tal-galopp fuq distanza ta’ 1,250m.

L-aspetti ewlenin ta’ dawn iz-zewg laqghat huma l-bidu tal-kampjonat tas-Sajf (li jinkludi minnu tigrija ghall-klassi Premier u tlieta ghall-klassi Gold) u l-Finali ghat-Tazza VOB.

Din is-sena l-Kampjonat tas-Sajf se jkun organizzat fuq bazi ta’ “league” maqsum fost il-klassijiet differenti, biz-zwiemel jkollhom dritt jikkompetu darbtejn matul il-laqghat tas-Sajf, jiksbu punti skont il-pjazzamenti taghhom fir-tigrijiet rispettivi, u biz-zwiemel bl-oghla punti jikkwalifikaw ghall-finali rispettivi.

It-tigrija tal-klassi Premier tinkludi diversi zwiemel interessanti bhal Candy Fantasy u Lucas Ness li t-tnejn gejjin minn prestazzjonijiet tajba fl-Equestrian Festival, Key Value li gej minn zewg pjazzamenti tajbin, kif ukoll zwiemel tat-trott ohra maghrufa u zewg debuttanti, Janitor (SE) u Nothing But Rodney (FR).

Anki t-tigrijiet tal-klassi Gold jinkludu zwiemel popolari li gejjin minn rebhiet jew pjazzamenti tajba dan l-ahhar, bhal Nacarat Campbell, Jobie Lucky, Kingpin La Marc, Max Galbe, Magic Vaumicel, Napolitano Sun, Maginifique Sablais, L’Ideal de Fersan, Lass John, Rambo Lambo, Orlando Tejy, Winner Farming u hafna ohrajn.

Iz-zwiemel tat-trott li gejjin huma wkoll miktuba biex jiddebuttaw fit-tigrijiet tal-klassi Silver: Odelvio, Oregon Cerise, Oregon de la Foret, Orlov du Poncelet, u Orman (kollha zwiemel Francizi), iz-zwiemel Svedizi Galileo Bisa u Mira Frontline, il-Finniku New Grove Jeton u l-Amerikan Willesden Hanover. Jekk dawn iz-zwiemel jiddebuttaw, id-debuttanti matul din is-sena jaqbzu l-150 ziemel tat-trott.

Nhar it-Tlieta imbaghad ghandna l-Finali tat-Tazza VOB bi grupp ta’ tmien zwiemel li hadu sehem fil-finali tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza Sette Giugno. Erba’ zwiemel tat-trott Francizi u erbgha Svedizi, kollha tal-klassi Premier f’etajiet ta’ bejn 10 u 14-il sena u li jgawdu reputazzjoni tajba hafna se jikkompetu ghal dan l-unur prestigjuz. Il-lista kollha hija: Mark de Chamant, Isolated, Master Perrine, Gentle Way, Arnie Sensation, Nobel de Grimoult, Joker de Choisel u Energy Launcher.

Il-Gimgha ghandna wkoll tigrija tal-galopp tal-Klassi B li tara six zwiemel tal-galopp li hafna minnhom gejjin minn pjazzamenti tajbin, cioe’ Marivan, Nuage de la Tour, Rougement, Adorabile Med u Walker u naghtu merhba mill-gdid lil Daisy Girl li ilha nieqsa mil-korsa mis-sena l-ohra.

Testijiet tad-Doping
Din il-gimgha l-Malta Racing Club ircieva rizultat ta’ test tad-doping li rrapporta sustanza projbita tal-Kategorija 3 fil-konfront ta’ Newman, relattiv ghar-rebha tieghu fil-Finali tal-Equestrian Festival tal-klassi Silver.

L-ahhar laqgha
Il-laqgha tat-12 ta’ Gunju kienet iddominata mill-finali tal-Kampjonati tal-Francizi fuq distanza ta’ 2,140m.

L-aktar wahda mistennija, il-Finali tal-Prix de Vincennes ghaz-zwiemel tal-klassi Premier, rat lil Malin Roro jiehu l-kmand fl-istadji bikrija u jzommu sal-ahhar parti tat-tigrija. Fil-fatt il-veteran Joker de Choisel zied fil-velocita’ bil-qawwi fl-ahhar 500 metru, beda jattakka erbgha fuq barra u jghaddi liz-zwiemel l-ohra b’sahha kbira. Huwa mar quddiem fid-dritta finali u rebah f’1’15’4 fil-kilometru, wiehed mill-ahjar hinijiet tal-istagun fuq din id-distanza. Kakisis, li dahal warajh gie skwalifikat, b’Master Perrine jiehu t-tieni post, segwit minn Malin Roro u Mark de Chamant.

Il-finali tal-Prix d’Enghien ghaz-zwiemel tat-trott tal-klassi Gold tatna l-aktar tmiem eccitanti u missielet tal-gurnata, b’diversi zwiemel jigru lejn il-gister flimkien u b’distakk minimu jifred ir-rebbieh Lord The Best miz-ziemel fit-tieni post L’Ideal de Fersan, b’Magnifuqe Sablais u Natif de Salvi jispiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Il-finali tal-Prix de Cabourg ghall-klassi Silver rat prestazzjoni mill-aqwa ta’ Lys des Etroits li mar quddiem fid-dritta finali biex irrekordja t-tieni l-aqwa hin tal-laqgha ta’ 1’16’5 fil-kilometru, u rebah quddiem Knight Brunel, Midoun du Home u Obscur de Busset.

Ir-rebbieha ta’ dawn it-tlett finali kienu lkoll qed jirregistraw l-ewwel rebha stagjonali taghhom.

Interessanti ninnutaw li Moustique Rose rebah ir-raba’ kampjonat tal-Francizi ghal zwiemel tal-klassi Bronze (illum imsejjah il-Prix de Cagnes Sur Mer), filwaqt li L’Ami du Popey rebah il-Prix de Caen (klassi Copper).

Il-prezentazzjonijiet tal-kampjonati tal-Francizi saru mis-Sur Benoit Fabrega, ufficjal oghli fi hdan l-Assocjazzjoni tat-trott Franciza, fil-prezenza ta’ Dr Matthew Brincat, chairman tal-Malta Racing Club.

Ir-rebbieha l-ohra tal-gurnata kienu Insa (klassi Copper), Sweep The Floor, Syllabub u Narcus du Roc fil-klassi Bronze, u Cross Country F.C. (klassi Silver).

Gimgha ta’ rebbieha
Ziemel solitarju kopert b’kutra kkulurita johrog mill-paddock u jidderigi ruhu bil-mod ghaz-zona riservata ghar-rebbieha. Huwa ghajjien u gharqan xraba izda s-sidien, trainers u z-ziemel innifsu qed jitpaxxew bl-ammirazzjoni tal-folla, li l-entuzjazmu taghha ma naqas xejn mit-tmiem tat-tigrija.

Ir-ritwal tal-oghti tal-premjijiet, bil-prezentazzjoni tat-trofej, ir-ritratti tal-familja u l-hbieb mar-rebbieh taghhom, il-briju tal-ispettaturi, l-intervista mas-sewwieq u l-hrug trijumfanti tar-rebbieh f’atmosfera Mediterranja tassew ikkulurita, jaghmlu kburin lis-sidien, trainers u lill-qraba taghhom.

Jinsew il-pacenzja ta’ xhur ta’ tahrig u preparazzjoni, il-frustrazzjoni u l-isfida li tipprova tiskopri ghaliex iz-ziemel mhux qed jilhaq il-potenzjal tieghu, l-inkwiet ta’ meta z-ziemel iwegga’, specjalment fit-tul …

Tabilhaqq, il-kalendarju tat-tigrijiet ghall-bidu ta’ Gunju offrielna numru impressjonanti ta’ finali kemm tat-trott kif ukoll tal-galopp, b’varjeta’ ta’ rebbieha. Min huma dawn iz-zwiemel? X’inhi l-istorja taghhom?

Il-McDonald’s Mediterrean Derby intrebhet mill-Irlandiz ta’ 4 snin Buttermilk li ghamel id-debutt tieghu fostna f’Jannar li ghadda, fl-aqwa tieghu. Wara li ma ppjazzax fl-ewwel zewg tigrijiet tieghu, ha zewg pjazzamenti fit-tielet post u zewg rebhiet konsekuttivi inkluz il-Mediterranean Derby; u fil-process wera progress regolari fil-hinijiet tieghu, fuq distanzi kemm ta’ 1,250m kif ukoll 1,750m.

Ghalkemm id-distanzi tal-mil mhumiex daqshekk popolari fi Franza, Mon Daniel, rebbieh tal-Final tal-klassi Premier fl-Equestrian Festival irregistra rebha u pjazzament f’zewg tigrijiet sprint li ha sehem fihom barra minn Malta. F’Malta s’issa rebah 3 darbiet u ha 2 pjazzamenti minn 7 hargiet, wara li rebah 20 tigrija u kwazi Euro210,000 fil-karriera tieghu barra minn xtutna. Fl-Equestrian Festival, huwa kkonferma l-potenzjal tal-velocita’ tieghu meta rregistra l-aqwa hin personali fil-karriera tieghu kollha u l-aqwa hin nazzjonali kongunt ta’ l-ahhar sentejn ta’ 1’13’8 fil-kilometru.

L-iSvediz ta’ 12-il sena Think Yatzee, rebbieh tat-Tazza Sette Giugno, m’ghandu bzonn ta’ l-ebda introduzzjoni. Rebbieh ta’ madwar SEK 2,800,000 barra minn Malta, bl-aqwa hin ta’ 1’11’6 fil-kilometru, dan huwa ziemel iehor li jigi kkurat b’dedikazzjoni kbira. Kiseb lista impressjonanti ta’ kampjonati fuq distanza qasira, bhal tlett kampjonati tal-U*Bet ghall-klassi Premier, MRC Premier Trot, it-Tazza VOB u t-Tazza Sette Giugno, kif ukoll ghandu l-aqwa hin f’Malta ta’ 1’13’3 fil-kilometru.

Iz-ziemel tat-trott Franciz Joker de Choisel rebah it-tieni Prix de Vincennes tieghu fl-eta’ ta’ 14-il sena. Fi Franza huwa kien ikkompeta f’diversi tigrijiet prestigjuzi, rebah 18 il-darba u kellu rebh ta’ flus ta’ Euro450,000. Kien impressjona mal-wasla tieghu f’Malta tlett snin ilu, meta rebah il-Prix de Vincennes u rrekordja ghal darbtejn ir-rekord nazzjonali fuq l-2,640m ta’ 1’13’6 fil-kilometru.

Kien sfortunat li kellu jigi rtirat minn 3 kampjonati, u wegga’ serjament b’mod li kellu jibqa’ ‘l boghod mill-korsa ghal sena shiha, izda b’mod inkredibbli, wara li ghamel ir-ritorn tieghu fit-tigrijiet 3 xhur ilu biss, il-qalb kbira ta’ dan iz-ziemel u l-kura u l-attenzjoni li nghatatlu, tatna l-opportunita’ li nergghu narawh fl-aqwa tieghu minkejja li kien qed jissielet ma’ zwiemel izghar minnu.

Zwiemel differenti … bi stejjer differenti … ilkoll rebbieha. Mertu lilhom (u lir-rebbieha l-ohra), lis-sidien, trainers u sewwieqa taghhom. Ezempju ta’ kif il-pacenzja u d-dedikazzjoni jistghu fl-ahhar jaghtu l-frott. Issa min se jmissu jnaqqax ismu fuq l-unuri li gejjin?

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti.