Thursday 30th June 2011
It-33 laqgha tal-istagun 2011 – l-1 ta’ Lulju

minn Magnat

It-33 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel ta’ dan l-istagun se ssir fil-korsa tal-Marsa nhar il-Gimgha li gej l-1 ta’ Lulju mis-7pm ‘il quddiem u se tikkonsisti fi tmien tigrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m, tnejn ghall-klassi Copper, wahda ghall-klassi Bronze, zewg tigrijiet ghall-klassi Silver, tnejn ohra ghal zwiemel tal-klassi Gold u tigrija ghall-klassi Premier.

Ikompli l-Kampjonat tas-Sajf li fih iz-zwiemel ma jitilfux u ma jzidux punti fil-klassifikazzjoni tal-Malta Racing Club u ghalhekk jibqghu fl-istess klassi fejn bdew. Minflok, huma jiggwadanjaw punti bbazati fuq il-pjazzament taghhom ghall-finijiet biss li jinghazlu l-finalisti ta’ dan il-kampjonat f’kull klassi rispettiva.

L-aqwa tigrija tal-gurnata mistennija tkun dik ghaz-zwiemel tal-klassi Premier li ghaliha ghandna miktuba tlettax-il ziemel li whud minnhom diga’ rebhu aktar minn darba din is-sena, bhal Livi Cantona (4 rebhiet u zewg pjazzamenti), Major Chaleonnais (3 rebhiet u zewg pjazzamenti), Mon Daniel (3 rebhiet – ikluz wahda fil-Finali tal-Premier tal-Equestrian Festival – u zewg pjazzamenti) u Milord Barbes (2 rebhiet u pjazzament).

Tinkludi wkoll tlett debuttanti interessanti, cioe’ Fire (SE), Happiness Photo (DK) u Podium (FR).

Fl-eta’ ta’ 8 snin, Podium huwa l-izghar debuttant Franciz fil-klassi Premier din is-sena, u kellu 5 rebhiet u diversi pjazzamenti barra minn Malta, rebh ta’ flus ta’ Euro215,210 u l-aqwa hin ta’ 1’12’6 fil-kilometru li rregistrah f’Vincennes fuq 2,100m; fost l-aqwa rizultati tieghu fl-ahhar sena nsibu pjazzament fir-raba’ post fuq distanza ta’ 2,675m.

Id-debuttant Svediz Fire huwa ziemel iehor ta’ 8 snin li rebah 6 darbiet barra minn xtutna u kellu wkoll pjazzamenti numeruzi, rebh ta’ flus ta’ SEK1,028,550 u l-aqwa hin ta’ 1’13’2 fil-kilometru, maghmul f’Solvalla fuq 2,140m. L-aqwa rizultati tieghu jinkludu tlett pjazzamenti fit-tieni post, kif ukoll tielet post u raba’ post. Id-Daniz Happiness Photo ghandu 9 snin u kellu rebh ta’ flus barra minn Malta ta’ SNK705,482 u l-aqwa hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.

Iz-zewg tigrijiet tal-klassi Gold huma kkaratterizzati min-numru kbir ta’ debuttanti li hemm registrati fihom, cioe’ tnax b’kollox. Dawn huma z-zwiemel Francizi Majestic Herold, Mickey de Loiron, Natif de Blay, Neptune Williams, Night Inlet, Noc de Bussy, Nomade de Mai, Nukir de Bodavel, Ouragan des Douets u Orage du Pont, u z-zwiemel tat-trott Svedizi Baron G.L. u She’s Dreamlike.

Jinkludu wkoll zwiemel bhar-rebbieh tal-ahhar Prix de Cabourg Lys des Etroits, u ohrajn gejjin minn rebhiet dan l-ahhar bhal Bankir Zon u Big Hit.

Ghandu jkollna laqgha ohra mill-isbah taht sema sajfi Mediterranju …

L-ahhar laqghat
Zewg laqghat ta’ tigrijiet inzammu matul dawn l-ahhar granet, meta kellna b’kollox 16-il tigrija.

L-attrazzjoni ewlenija kienet il-finali tat-Tazza V.O.B. li nzammet nhar it-Tlieta. Din irrizultat f’wirja ohra mill-aqwa taz-ziemel ta’ 14-il sena Joker de Choisel (misjuq minn Francis Cassar) li dan l-ahhar rebah ukoll il-Prix de Vincennes.

Wara li okkupa l-postijiet ta’ wara ghall-parti l-kbira tat-tigrija, fetah sprint mill-aktar veloci madwar 400m mit-tmiem. Imbaghad wasal kontrattakk qawwi minn Master Perrine li pero’ qaleb u gie skwalifikat. Joker de Choisel kellu jirrezisti wkoll sfida qawwija minn Arnie Sensation izda dan ta’ l-ewwel fl-ahhar rebah l-ghaxar tigrija tieghu f’Malta b’madwar nofs tul, f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru, biex zied Tazza V.O.B. maz-zewg titli tal-Prix de Vincennes li rebah.

Anki Arnie Sensation gie skwalifikat biex it-tieni post mar ghand Isolated, u warajh Mark de Chamant u Energy Launcher.

It-tigrija ewlenija mill-Kampjonat tas-Sajf fil-laqgha tal-Gimgha kienet dik tal-klassi Premier, li rat lil Mentor de l’Iton (misjuq minn Brian Hili) jiehu l-kmand madwar 300m mit-tmiem, kellu jirrizisti sfida iebsa minn Dandy Fantasy fid-dritta finali, izda xorta ha l-ewwel rebha tieghu b’distakk komdu, f’hin ta’ 1’16’2 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,140m. Candy Fantasy, Carnegie Hall u Affe Fager spiccaw warajh f’dik l-ordni.

Magnifique Sablais kien fil-kmand ghall-bicca l-kbira mit-tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Gimgha sakemm inqabez minn Novano du Brindeau, li qasam il-linja tat-tmiem l-ewwel, izda gie skwalifikat. Magnifique Sablais ghalhekk ha s-sitt rebha stagjonali tieghu quddiem Vasterbo Hitchiker, L’Ideal de Fersan u Schejken Bill.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar it-Tlieta kellna tmiem mill-aktar kumbattut bi tlett izwiemel jigru flimkien lejn il-linja tat-tmiem; Rambo Lambo finalment ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta minn No Comprendo, Triangel Kall u Napolitano Sun. It-tieni wahda tatna l-aqwa hin tal-laqgha (1’16’5 fil-kilometru) li gie maghmul mir-rebbieh Nacarat Campbell (anki ghalih kienet l-ewwel rebha f’Malta); Muflier des Fleurs, li spicca fit-tieni post gie skwalifikat, bil-pjazzamenti l-ohra ghalhekk jittiehdu minn Kingpin La Marc, Jobie Lucky u The Big Blue World f’dik l-ordni.

L-uniku tigrija tal-galopp kienet wahda tal-klassi B li rat l-ewwel rebha f’Malta ghal Marivan rizultat ta’ zieda fil-velocita’ tieghu fl-ahhar nofs dawra biex rebah b’margni zghir minn Nuage de la Tour u Adorabile Med.

Ahbarijiet ohra
Il-Malta Racing Club ircieva rizultati ta’ testijiet tad-doping li rrappurtaw sustanzi projbiti tal-Kategorija 3 fil-konfront tad-debba tal-galopp Etoile du Pic, fir-rebha taghha fil-Butler Cup, kif ukoll taz-ziemel tat-trott Indian Attack relattiv ghar-rebha tieghu fil-finali tal-Assikura Cup ghall-klassijiet Premier, Gold u Silver.

Ghal darb’ohra is-sewwieq (Clint Vassallo) u l-gerrej (Oliver Briffa) taghna ma tantx kienu xxurtjati fiz-zwiemel li kellhom isuqu fit-tappa ta’ dan l-ahhar tal-kampjonat tal-Mediterranean Horse Racing Union, li nzammet fis-Serbia. Oliver Briffa rnexxielu jakkwista r-raba’ post filwaqt li Clint Vassallo spicca fil-hames post. Wara din it-tappa Malta tokkupa t-tielet post fil-kampjonat tas-sewwieqa u s-sitt post fil-kampjonat tal-gerrejja.

Tazza V.O.B.
Ghadna kif segwejna edizzjoni ohra tat-Tazza Variable Odds Betting (V.O.B.) jew kif inhi maghrufa wkoll, it-Tazza tal-Bookmakers.

Din it-Tazza ghandha storja rikka u hija wahda mill-unuri antiki fil-kalendarju tat-trott Malti. Il-veterani jiftakru l-ewwel edizzjoni fil-korsa attwali, lura f’Jannar 1982, f’kampjonat Open meta Flavacourt mexxa ghal hafna mit-tigrija ta’ 2,200m, izda eventwalment inqabez minn Gael, li rebah quddiem l-istess Flavacourt u Hesdak, f’hin record ghal dak iz-zmien ta’ 2m 52s.

L-edizzjoni tal-1983 rat wirja spettakolari mill-popolari Isard du Pont. Wara li kien fil-postijiet tal-ahhar ghall-bicca l-kbira tat-tigrija fuq 2,650m, li kienet immexxija miz-zwiemel ta’ quddiem Jalium u Inacar, huwa ghamel l-ewwel attakk tieghu 800m mit-tmiem u wara wettaq iehor fid-dritta finali biex fl-ahhar rebah b’mod mill-isbah.

L-ispettaturi mbaghad dahlu fil-korsa u daru madwar iz-ziemel u s-sewwieq hekk kif Isard du Pont deher quddiem il-folla triumfanti bil-garlanda m’ghonqu, u saret il-prezentazzjoni lis-sewwieq Raymond Clifton li ntrefa’ fuq id-dirghajn.

Wara, il-kampjonat inzamm b’mod regolari sas-sena 2000 fuq distanzi differenti, kultant qosra u drabi ohra twal, izda minn zmien ghal zmien kien hemm xi ftit snin izolati li fihom din it-Tazza ma nzammitx. Diversi drabi il-kampjonat kien miftuh ghaz-zwiemel tat-trott mill-klassijiet iz-zghar (klassijiet bejn C u H f’dawk iz-zmenijiet) izda l-klassijiet l-aktar gholja A1, A u B ukoll kellhom sehemhom.

Barra dawk imsemmija aktar ‘il fuq, ir-rebbieha ta’ din it-Tazza kienu jinkludu whud miz-zwiemel popolari li kellna fostna, bhal Kypro Pile, Neronien (darbtejn), Mistral du Vallon, Neroli de Vaure, Lionel, Comfort Me u hafna ohrajn.

Il-kompetizzjoni ma nzammitx bejn l-2001 u l-2008, izda rritornat b’mod brillanti fl-2009 bhala Gran Finali ghaz-zwiemel bl-ahjar pjazzamenti fil-Finali tal-Prix de Vincennes ghaz-zwiemel Francizi tal-klassi Premier u tal-Finali tal-MRC Premier Trot (issa t-Tazza Sette Giugno) ghaz-zwiemel tat-trott tal-klassi Premier ta’ kwalunkwe nazzjonalita’ li ma kkompetewx fil-fazijiet avvanzati tal-Prix de Vincennes – il-finalisti kollha huma r-rizultat ta’ process ta’ selezzjoni rigoruz.

Intrebhet minn Arnie Sensation fl-2009, Think Yatzee s-sena l-ohra u issa Joker de Choisel – kollha zwiemel tat-trott eccellenti.

Huwa tassew xieraq li din il-kompetizzjoni prestigjuza li tinkludi whud mill-aqwa zwiemel taghna ghandha tkun imsemmija ghall-Bookmakers, li ilhom ghal zmenijiet twal wiehed mill-protagonisti tax-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.

Nawgurawlkom laqgha ohra eccitanti nhar il-Gimgha filghaxija.