Thursday 7th July 2011
L-34 u l-35 laqgha tal-istagun 2011 – it-8 u l-15 ta’ Lulju

minn Magnat

Matul il-gimgha li gejja, se jsiru laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa b’laqgha nhar il-Gimgha li gej (8 ta’ Lulju), u ohra nhar il-Gimgha tal-gimgha d-diehla (15 ta’ Lulju). Ikollna 10 tigrijiet tat-trott f’kull laqgha fuq distanza ta’ 2,140m bil-laqgha tat-8 ta' Lulju tibda' fis-6.45pm u dik tal-15 tax-xahar tibda' fis-6.15pm.

Dawn it-tigrijiet jikkostitwixxu t-tieni u l-ahhar tappa tal-kampjonat tas-Sajf u jippermettu liz-zwiemel li jiksbu punti fl-attentat taghhom biex jikkwalifikaw ghall-finali, li se jinzammu fi zmien gimghatejn ohra.

Nhar il-Gimgha li gej, ghandna zewg tigrijiet tal-klassi Premier minn dan il-kampjonat, bi hdax u ghaxar zwiemel miktubin fihom rispettivament, inkluz numru ta’ zwiemel popolari din is-sena bhal Energy Launcher, Candy Fantasy, Mentor de l’Iton u ohrajn.

Fit-tigrija tal-klassi Premier tal-gimgha d-diehla, naraw ghaxar zwiemel li kollha ghandhom aktar minn 505 punti fil-klassifika tal-Malta Racing Club. Nilqghu lura lil In Vitro du Bourg, id-detentur tar-rekord ta’ rebh ta’ flus f’Malta, Fire z-ziemel li ddebutta b’mod rebbieh il-gimgha l-ohra, u diversi zwiemel li kellhom prestazzjonijiet tajbin hafna din is-sena, Mon Daniel, Gentle Way, Isolated, Wiss Night Hawk, Livi Cantona, Mystere d’Urfist, Belafonte u Major Chaleonnais.

Ghandha wkoll zewg tigrijiet f’kull programm ghaz-zwiemel tal-klassi Gold. Dawn kollha jinkludu zwiemel ta’ success bhal Lys des Etroits, Bankir Zon, Magnifique Sablais, Kingpin La Marc, Nacarat Campbell, Ludo de Bellande, Napolitano Sun, Rambo Lambo u hafna ohrajn, kif ukoll id-debuttanti Nestor Green (FR), Nicos de Peneme (FR) u She’s Dreamlike (SE).

Il-bqija tat-tigrijiet huma tlieta ghall-klassi Copper, hamsa ghall-klassi Bronze u hamsa ohra ghaz-zwiemel tal-klassi Silver (li f’wahda minnhom huwa mistenni li jiddebutta z-ziemel Svediz gdid Hulot, nhar il-Gimgha li gej).

Mistennija zewg laqghat ohra li jaghtuna pjacir, u li ghandhom iwasslu ghall-ghazla tal-finalisti ghall-finali tal-Kampjonat tas-Sajf li jinzammu fit-tieni nofs ta’ dan ix-xahar.

Testijiet tad-doping
Din il-gimgha il-Malta Racing Club ircieva rizultat ta’ test tad-doping li rrapporta sustanza projbita tal-Kategorija 3 fil-konfront ta’ Joker de Choisel fir-rebha tieghu fil-finali tal-Prix de Vincennes fil-kampjonat tal-Francizi x-xahar li ghadda.

L-ahhar laqgha
Il-laqgha ta’ nhar il-Gimgha li ghadda kienet tikkonsisti fi tmien tigrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m li kienu jiffurmaw parti mill-Kampjonat tas-Sajf.

Fit-tigrija tal-klassi Premier, rajna prestazzjoni mill-aqwa tad-debuttant Svediz Fire. Matul il-bicca l-kbira tat-tigrija, Fire (misjuq minn Mark Refalo) kien involut fi sfida ras imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem Energy As, b’ta’ l-ewwel jigri fuq in-naha ta’ barra. Madankollu Fire sploda fuq quddiem madwar 150m mit-tmiem biex rebah fl-ahjar hin tal-laqgha ta’ 1’16’4 fil-kilometru, quddiem Major Chaleonnais, Belafonte u Le Coup de Foudre li spiccaw b’sahhithom sew.

Debuttant iehor, Nomade de Mai, kien ukoll wiehed mill-protagonisti fit-tieni tigrija tal-klassi Gold fuq il-programm. Dan iz-ziemel kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, izda inqabez ftit metri mill-linja tat-tmiem minn Ludo de Bellande li ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta bi sprint ferm b’sahhtu. Bankir Zon u Big Hit spiccaw warajhom f’dik l-ordni.

It-tigrija l-ohra tal-klassi Gold rat numru ta’ zwiemel imorru fuq quddiem fi stadji differenti tat-tigrija, izda Lys des Etroits, li ghadu gej mir-rebha tieghu fil-finali tal-Prix de Cabourg, hareg b’sahha kbira biex ha l-kmand tat-tigrija madwar 200m mit-tmiem u baqa’ sejjer biex ha rebha ohra, quddiem Victory Toll, Notre Allegro u Nukir de Bodavel.

Interessanti ninnutaw li t-tieni l-ahjar hin tal-laqgha (1’16’9 fil-kilometru) gie rregistrat fil-klassi Silver minn Family’s Moonlight fl-ewwel rebha taghha din is-sena, filwaqt li Master Lupin ha t-tielet rebha stagjonali fit-tigrija l-ohra tal-klassi Silver.

Il-tigrijiet l-ohra ntrebhu minn Juaben (l-ewwel rebha tieghu din is-sena) u Supremo As (it-tieni rebha ta’ l-istagun) fil-klassi Copper, u Lazume Simoni (it-tieni rebha tieghu din is-sena) fil-klassi Bronze.

Il-Kampjonat tas-Sajf
Il-Kampjonat tas-Sajf huwa fenomenu ta’ dawn l-ahhar 20 sena bejn wiehed u iehor. Sa dak iz-zmien il-prattika kienet li t-tigrijiet (u fil-fatt l-istagun tat-tigrijiet innifsu) kienu jieqfu f’Gunju, bl-istagun il-gdid jibda’ f’Settembru.

In-numru dejjem jizdied ta’ zwiemel u z-zieda fl-interess ta’ hafna sidien fit-tkomplija tat-tigrijiet ghal ftit zmien iehor qabel il-waqfa tas-sajf, wassal biex il-laqghat ta’ tigrijiet ikomplu anki f’Lulju (u f’xi kazijiet anki f’Awwissu) mill-bidu tas-snin disghin.

L-introduzzjoni tad-dawl artificjali aktar kmieni f’dan is-seklu ta spinta addizzjonali lill-laqghat tas-sajf, ghax ippermetta li jsiru tard filghaxija, u ghaldaqstant iffranka s-shana tas-Sajf kemm liz-zwiemel kif ukoll lill-bnedmin.

Il-laqghat gew organizzati fi granet differenti, it-Tlieta, il-Hamis u l-Gimgha, biex jippermettu lill-ispettaturi li jgawdu l-bahar mal-familji taghhom fi tmiem il-gimgha.

Intuzaw varjeta’ ta’ sistemi biex jinghazlu l-finalisti, inkluz sistemi ta’ “knock-out”, stil ta’ “league” ecc. Imbaghad, kif jixraq, l-ahhar laqghat tas-sajf jinkludu l-finali tal-Kampjonat tas-Sajf ghal kull klassi rispettiva, miftuha ghal zwiemel tan-nazzjonalitajiet kollha – ghalhekk jissejjah il-Kampjonat tas-Sajf.

L-interess fit-tigrijiet tas-sajf mhux dejjem kien konsistenti u kien hemm snin (bhall-2006 u l-2007) li fihom lanqas biss saru. Madankollu, mill-2008 dawn it-tigrijiet saru fattur kostanti fil-kalendarju tat-tigrijiet f’Malta.

Ir-rebbieha kienu jinkludu zwiemel popolari bhal Junior League, Joker Smabo, Iris du Louvet, Arnie Sensation, Lady de Vindecy u hafna ohrajn.

Fost l-edizzjonijiet interessanti insibu dik tal-1999, fejn il-finali tal-Klassi A1 bdiet bl-iskwalifika tal-favorit Meadowbranch Fury, bis-seba’ zwiemel li kien fadal jibqghu qaqocca flimkien ghall-bicca l-kbira tat-tigrija. Master David kien fuq quddiem ghal hinijiet twal, izda madwar 100m mit-tmiem, iz-ziemel Svediz Giovanni ta sprint qawwi biex rebah il-Kampjonat quddiem Hoot Hammering u Tahays Blue Wonder, f’hin ta’ 1’15’7 fil-kilometru.

Izda wahda mill-aktar finali drammatici, jekk mhux l-aktar drammatika, kienet il-finali tal-Klassi A1 ta’ ghaxar snin ilu, meta Drabant Are u Divan sfidaw lil xulxin sat-tmiem, u hallew lill-ispettaturi fuq il-ponot ta’ subajhom anki wara, jargumentaw liema ziemel kien qasam l-ewwel il-linja finali. Gie kkonsultat il-photo-finish, izda anki din il-magna ta’ precizjoni ma setghetx tifred dawn iz-zewg zwiemel li missew il-linja tat-tmiem flimkien u ghalhekk gew iddikjarati rebbieha t-tnejn flimkien f’hin ta’ 1’16’5 fil-kilometru fuq 2,140m.

Se jkollna aktar finali memorabbli fi zmien gimghatejn ohra?

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti ohra.