Wednesday 20th July 2011
Is-36 laqgha tal-istagun 2011 – it-22 ta’ Lulju

minn Magnat

Is-36 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel ta’ dan l-istagun se ssir fil-korsa tal-Marsa nhar il-Gimgha li gej 22 ta’ Lulju mis-7pm ‘il quddiem u se tikkonsisti fi tmien tigrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m. Din se tkun l-ahhar laqgha qabel il-waqfa tas-sajf u tkun tikkonsisti f’numru ta’ finali tal-Kampjonat tas-Sajf.

Il-finalisti nghazlu wara li z-zwiemel tat-trott ippartecipaw f’mhux aktar minn zewg tigrijiet kull wiehed matul dawn l-ahhar gimghat u kisbu punti skont il-pjazzamenti taghhom f’dawn it-tigrijiet.

Se jinzammu finali ghal kull klassi. Bhas-soltu, l-aktar tigrija mistennija tkun il-finali tal-klassi Premier li tinkludi 7 zwiemel Svedizi u 3 Francizi b’etajiet li jvarjaw bejn sitta u tnax-il sena. Il-lista kollha hija: Mentor de l’Iton, Candy Fantasy, Isolated, Fire, Major Chaleonnais, Energy Launcher, Affe Fager, Le Coup de Foudre, Belafonte u Energy As.

Dawn jinkludu zwiemel li dan l-ahhar urew forma eccellenti, bhal Fire u Mentor de l’Iton li t-tnejn gejjin minn zewg rebhiet konsekuttivi, Energy Launcher li rebah hames darbiet u pplejsja sitt darbiet ohra din is-sena, Candy Fantasy li rebah darba u spicca fit-tieni post tlett darbiet fl-ahhar erba’ tigrijiet tieghu, Major Chaleonnais li spicca fit-tieni post f’kull wahda mill-ahhar tlett tigrijiet tieghu u z-zwiemel l-ohra kollha.

It-tigrija tal-klassi Gold tinkludi ziemel mill-Finlandja, 3 Svedizi u 6 zwiemel Francizi, b’etajiet li jvarjaw bejn 7 u 12-il sena. Ghandna sett iehor ta’ zwiemel f’forma tajba, bhal Magnifique Sablais b’seba’ rebhiet u tlett pjazzamenti din is-sena, Kingpin La Marc b’zewg rebhiet u erba’ darbiet fit-tieni post fl-ahhar sitt tigrijiet, Nacarat Campbell li gej minn zewg rebhiet u zewg pjazzamenti fl-ahhar erba’ tigrijiet, u z-zwiemel l-ohra kollha.

Il-finali ghall-klassijiet Silver, Bronze u Copper huwa daqstant interessanti u jinkludu diversi zwiemel popolari. Barra minn dan, ghandna wkoll finali ta’ konsolazzjoni ghall-klassijiet Gold, Silver u Bronze, li fihom insibu zwiemel validi li spiccaw wara l-finalisti fil-klassifika tal-punti tal-Kampjonat tas-Sajf.

Nistennew tigrijiet mill-aktar eccitanti u kumbattuti bhal ma dejjem ikun il-kaz meta jkollna finali fil-korsa tal-Marsa. Dan ghandu jipprovdi tmiem xieraq ghall-ewwel parti tal-istagun li kienet wahda ta’ success, bl-istagun issa jkompli fil-bidu ta’ Settembru.

L-ahhar laqghat
Ghoxrin tigrija b’kollox inzammu matul l-ahhar zewg laqghat. Kienu kollha tigrijiet tat-trott fuq 2,140m li wasslu ghall-ghazla tal-finalisti tal-kampjonat tas-Sajf fil-klassijiet kollha.

Kienu jinkludu tlett tigrijiet tal-klassi Premier. L-ewwel wahda rat lil Energy Launcher jiehu l-hames rebha stagjonali tieghu, biex b’hekk rebah f’kull wahda mill-klassijiet Silver, Gold u Premier. Candy Fantasy kien fuq quddiem ghal hin twil sakemm Energy Launcher faqqa sprint qawwi fl-ahhar fazi tat-tigrija biex mar quddiem. Candy Fantasy irreagixxa sew izda Energy Launcher xorta rnexxielu jirbah b’nofs ras f’hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru. Ringside u Key Value spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Mentor de l’Iton imbaghad rebah it-tieni rebha konsekuttiva f’hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru meta sprintja tajjeb fid-dritta finali u fl-ahhar ghaxar metri rnexxielu jaqbez liz-ziemel li kien fuq quddiem, Le Coup de Foudre. Happiness Photo u Energy As spiccaw warajhom f’dik l-ordni.

L-ahhar tigrija tal-klassi Premier rat prestazzjoni ohra mill-aqwa taz-ziemel relattivament gdid Fire li wkoll rebah it-tieni tigrija konsekuttiva. Diversi zwiemel mexxew matul l-ewwel nofs tat-tigrija izda Major Chaleonnais mar fuq quddiem fil-bidu tal-ahhar dawra. Wara li okkupa wahda mill-ahhar pozizzjonijiet, fl-ahhar nofs dawra Fire attakka b’sahha fuq in-naha ta’ barra u mar quddiem fid-dritta finali biex rebah b’nofs tul minn Major Chaleonnais, Belafonte u Mon Daniel, f’wiehed mill-aqwa hinijiet tal-istagun ta’ 1’15’2 fil-kilometru.

It-tigrijiet tal-klassi Gold raw it-tieni rebha konsekuttiva ta’ Nacarat Campbell f’hin tassew tajjeb ta’ 1’15’5 fil-kilometru, it-tielet rebha tal-istagun ta’ Bete Saknussen, id-debutt dominanti ta’ She’s Dreamlike meta rebhet b’madwar 14-il tul f’hin tajjeb ta’ 1’16’0 fil-kilometru, u fl-ahhar izda mhux l-inqas is-7 rebha stagjonali mpressjonanti ta’ Magnifique Sablais.

Minkejja s-shana tas-sajf, dawn kienu zewg laqghat ohra pjacevoli li tassew ma ddizappuntawx lill-ispettaturi …

Testijiet tad-doping
Ninnutaw bi pjacir li fl-ahhar gimghatejn il-Malta Racing Club ircieva xejn inqas minn hmistax-il rizultat ta’ testijiet tad-doping li kkonfermaw li z-zwiemel partikolari kienu nodfa minn sustanzi projbiti.

Nawguraw lis-sidien u t-trainers ta’ Mon Daniel (finali tal-klassi Premier fl-Equestrian Festival), Kingpin La Marc (finali tal-klassi Gold fl-Equestrian Festival), Think Yatzee (finali tat-Tazza Sette Giugno), Buttermilk (finali tal-McDonald’s Mediterranean Derby), Just The Best (finali tal-McDonald’s Mediterranean Derby), Master Perrine (finali tal-Prix de Vincennes), Mark de Chamant (finali tal-Prix de Vincennes), Malin Roro (finali tal-Prix de Vincennes), Lord The Best (finali tal-Prix d’Enghien), L’Ideal de Fersan (finali tal-Prix d’Enghien), Lys des Etroits (finali tal-Prix de Cabourg), Moustique Rose (finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer), Man Quick (finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer), Leo de Gratens (finali tal-Prix de Caen) u L’Ami du Popey (finali tal-Prix de Caen).

Nawguraw li jkompli jkollna aktar rizultati nodfa fit-testijiet tad-doping fil-futur.

Sfortunatament il-Malta Racing Club ircieva wkoll rizultat ta’ test tad-doping li rrapporta sustanza projbita ta’ Kategorija 1 fil-konfront ta’ Adorabile Med, fil-pjazzament taghha fil-finali tal-McDonald’s Mediterranean Derby.

Ahbarijiet ohra
Naghtu l-isbah xewqat taghna lis-sewwieq Malti li se jinghazel biex jirrapprezenta lil pajjizna fit-12 t’Awwissu fir-raba’ tappa tal-kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterranean Horse Racing Union li se ssir fil-korsa ta’ Cagnes Sur Mer fi Franza.

Nawguraw ukoll lis-sewwieq li se jirrapprezenta lil Malta fl-ahhar tappa ta’ dan il-kampjonat li se ssir f’Voronezh, ir-Russja fit-30 t’Awwissu u lill-gerrej Malti li se jippartecipa fis-sitt tappa tal-kampjonat tal-gerrejja li se ssir fl-istess gurnata fil-korsa ta’ Kazan fir-Russja wkoll.

Nghidu prosit ukoll lill-gerrej Malti Michael Sultana li dan l-ahhar kellu aktar successi f’tigrijiet tal-galopp gewwa l-Belgju. Kompli sejjer hekk Michael, sabiex tkompli taghmel unur ghalik innifsek u ghal pajjizek.

“Tislima ghas-sajf”
B’dawn il-kliem mehuda mid-diska “Sealed with a kiss”, naghlqu dan l-ahhar artiklu qabel il-waqfa tas-sajf. Zammejna appuntament regolari minn Settembru li ghadda, biex inwasslulkom ahbarijiet mill-korsa … previews, rapporti tal-ahhar laqghat, rizultati tat-testijiet tad-doping, il-partecipazzjoni tas-sewwieqa u gerrejja taghna f’events internazzjonali, tifkiriet mill-passat ecc.

M’hinix involut fit-tigrijiet taz-zwiemel u l-anqas naqla’ x’niekol minnhom izda biss spettatur li ili nsegwi dan l-isport mill-ahhar tas-snin sebghin, appassjonat taz-zwiemel irrispettivament mill-pajjiz tal-origini taghhom, kemm jekk huma zwiemel tat-trott kif ukoll tal-galopp.

Ma kienx dejjem facli li nzomm dan l-appuntament. Il-kitba ta’ artikli f’nofs ta’ lejl, kultant minn xi kamra ta’ lukanda barra minn Malta, fuq ajruplani, fis-sodda meta kont marid, il-konsultazzjoni ma’ veterani tat-tigrijiet u r-ricerka ta’ tigrijiet tal-passat, kultant giebu d-diffikultajiet taghhom. Madankollu hadt gost nikteb dawn l-artikli fuq bazi volontarja, u b’hekk issupportjajt l-isforzi li qed isiru minn tant nies biex ikomplu jtejjbu dan l-isport.

Fil-fatt, ghax-xoghol konsiderevoli li jsir u l-flus li jintefqu fl-importazzjoni, il-kura u t-tigrijiet ta’ zwiemel ta’ kwalita’ kif ukoll l-popolarita’ ta’ dan l-isport f’Malta, inhoss li l-visibilita’ li jinghata fil-mezzi ta’ kommunikazzjoni tista’ tkun ahjar. Ghalhekk din is-sena xtaqt naghti daqqa t’id zghira lill-isforzi li qed isiru sabiex jippromwovu u jgibu dan l-isport aktar fid-deher.

Dawn l-artikli ma kienux ikunu possibbli minghajr l-ghajnuna li rcevejt minghand diversi persuni.

Nirringrazzja minn qalbi il-Kunsill u l-istaff kollu tal-Malta Racing Club immexxi minn Dr Matthew Brincat tal-ghajnuna kollha taghhom, lil Nicholas Farrugia li l-istatistika u l-informazzjoni li ghandu fuq iz-zwiemel u t-tigrijiet tat-trott huma tassew impressjonanti u li jiehu tant pacenzja biex jirrispondi il-mistoqsijiet numeruzi tieghi, lil Mike Orland li l-website tieghu hija fonti ta’ informazzjoni kostanti u li huwa dejjem disponibbli li jipprovdili aktar dettalji meta jkolli bzonn, lil Mark Vella li jaqsam mieghi interess kbir fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel, u Kenneth Vella li gentilment fornieli pubblikazzjonijiet fuq it-tigrijiet taz-zwiemel li jinkludu hafna informazzjoni siewja.

Fl-ahhar izda zgur mhux l-anqas, nirringrazzja lill-gurnalisti kollha tat-tigrijiet taz-zwiemel kemm dawk tal-gurnali stampati kif ukoll dawk li jidhru fuq l-internet u dawk tar-radju u t-televizjoni – li kienu fonti ta’ ispirazzjoni kostanti. Prosit tassew tal-kontributi siewja, li huma dimostrazzjoni ta’ kemm tassew intom esperti f’dan il-qasam u li huma tant necessari biex ikomplu jippromwovu dan l-isport.

Niehu din l-opportunita’ biex nixtieqilkom ilkoll sajf pjacevoli u rilassanti mal-mahbubin taghkom. Nergghu niltaqghu f’Settembru, friski u herqana li naraw aktar tigrijiet u laqghat eccitanti …

Nawgurawlkom ilkoll laqgha eccitanti mimlija finali nhar il-Gimgha filghaxija.