Friday 9th September 2011
Is-37 u t-38 laqgha tal-istagun 2011 – id-9 u s-16 ta’ Settembru

minn Magnat

Wara waqfa ta’ seba’ gimghat ghas-sajf, l-istagun 2011 ikompli fil-korsa tal-Marsa b’zewg laqghat ta’ tigrijiet taz-zwiemel matul il-gimgha li gejja, l-ewwel wahda il-Gimgha 9 ta’ Settembru u l-ohra l-Gimgha 16 ta’ Settembru.

Kull programm jibda’ fis-7pm u jinkludi seba’ tigrijiet; tigrija ghall-klassi Copper, ohra ghall-klassi Bronze, zewg tigrijiet ghall-klassi Silver, ohra ghal zwiemel tal-klassi Gold u tigrija tal-klassi Premier, kollha fuq 2,140m. Se jkollna wkoll tigrija tal-galopp tal-klassi A fl-ewwel laqgha, filwaqt li fit-tieni laqgha naraw tigrija tal-ponijiet.

L-ewwel tigrija tal-klassi Premier tinkludi erbatax il-ziemel, filwaqt li hmistax ohra huma rregistrati fit-tieni wahda. Hemm diversi zwiemel popolari, li whud minnhom (ir-rebbieh tal-Emirates Tazza l-Kbira Kakisis, ir-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf Major Chaleonnais, Natif de Salvi u Lord The Best) rebhu almenu darba fl-ahhar tlett hargiet taghhom.

It-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Gimgha 9 ta’ Settembru tara wkoll id-debuttant Svediz My Gentleman, filwaqt li t-tigrija tal-gimgha d-diehla tinkludi tlett zwiemel godda, cioe’ Mighty (FR), Solid Lady Spin (SE) u Troy Boshoeve (GER).

Interessanti ninnutaw li l-ahhar zewg zwiemel huma rregistrati bl-oghla numru ta’ punti ghad-debuttanti. Solid Lady Spin hija debba ta’ tmien snin b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,155,428, l-aqwa hin ta’ 1’12’3 fil-kilometru u rebhet 10 darbiet, flimkien ma’ diversi pjazzamenti barra minn Malta. Troy Boshoeve ghandu ghaxar snin, rebh barra minn xtutna ta’ DNK875,380 u l-aqwa hin ta’ 1’14’7 fil-kilometru.

It-tigrijiet tal-klassi Gold huma attraenti wkoll. Jinkludu zwiemel maghrufa bhal She’s Dreamlike li gejja minn zewg rebhiet fiz-zewg hargiet taghha f’Malta, ir-rebbieh tal-Prix de Cabourg Lys des Etroits, Kingpin La Marc li rebah il-finali tal-klassi Gold fl-Equestrian Festival, u ohrajn. Dawn it-tigrijiet jinkludu wkoll total ta’ 8 zwiemel godda, cioe’ Jonah Frontline (SE), Knockout Molar (DK), Lacoste I.T. (DK), Naja in Blue (FR), Neptune Carisaie (FR), No Commentary (FR), Nouky Djim (FR) u Oui Oui de Briouze (FR).

Sitt zwiemel tat-trott godda huma mistennija jiddebuttaw ukoll fl-erba’ tigrijiet tal-klassi Silver li ghandna f’dawn iz-zewg laqghat, cioe’ Galileo Bisa (SE), Goldfever (GER), Morgan Kane (DK), Orage d’Urzy (FR), Ostal (FR) u Third Time Lucky (SE).

Fl-ewwel laqgha ghandna wkoll tigrija tal-galopp fuq distanza qasira ta’ 1,250m, b’seba’ zwiemel irregistrati. Din tinkludi d-debuttant Cheeky Jack (US) u z-zwiemel popolari Mary Celest, Pride of India, Just The Best, Ollie Fliptrik, Mayfair Princess u Rougement.

Bla dubbju ta’ xejn, nistennew zewg laqghat pjacevoli …


L-ahhar laqgha

L-ahhar laqgha qabel il-waqfa ta-Sajf kienet iddedikata ghall-finali tal-Kampjonat tas-Sajf.

L-aqwa unur intrebah miz-zwiemel tat-trott ta’ 11-il sena Major Chaleonnais, li rebah il-finali tal-klassi Premier. Mar quddiem fl-ahhar dawra, u bena vantagg tajjeb sakemm ltaqa’ ma sfida qawwija mill-favorit Fire fid-dritta finali. Madankollu Major Chaleonnais zamm sod u rebah b’mod komdu f’hin ta’ 1’14’8 fil-kilometru, li huwa l-ahjar hin fuq id-distanza ta’ 2,140m fl-ahhar sentejn.

Il-finali tal-klassi Gold rat ukoll tmiem eccitanti b’xejn inqas minn hames zwiemel jisfidaw lil xulxin fl-ahhar metri. Fl-ahhar ir-rebha hadha Nacarat Campbell, bi sprint mill-aqwa li l-finalisti l-ohra ma setghux ilahhqu mieghu.

Ir-rebbieha tal-finali l-ohra kienu Master Lupin (klassi Silver), Apple Tooma (klassi Bronze) u Loulou de la Rose (klassi Copper), filwaqt li l-Finali ta’ Konsolazzjoni intrebhu minn She’s Dreamlike (klassi Gold), Pout des Quelaines (klassi Silver) u Marchallah (klassi Bronze).

Il-folla numeruza prezenti ghall-laqgha tat merbha wkoll lis-sewwieq Franciz ta’ klassi mondjali Jean-Michel Bazire, li pprezenta t-trofej lil uhud mir-rebbieha u thallat u tkellem mal-ispettaturi.


Attivitajiet ohra matul is-sajf

Fl-ahhar ta’ Lulju, kontingent ta’ sewwieqa Maltin mar Sqallija u ppartecipa f’kompetizzjoni internazzjonali ma’ sewwieqa Sqallin li nzammet fl-Ippodromo del Mediterraneo f’Siracusa. Din l-attivita’ kienet ukoll success u esperjenza mill-aqwa ghal dawk kollha li hadu sehem fiha.

Imbaghad f’Awwissu, is-sewwieq campjin prezenti Noel Baldacchino rrapprezenta lil Malta fit-tappa tal-kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterranean Horse Racing Union li nzammet f’Cagnes Sur Mer, Franza u Tony Demanuele ppartecipa fl-ahhar tappa ta’ dan il-kampjonat li nzammet f’Voronezh, ir-Russja.

Is-sewwieqa taghna kellhom prestazzjonijiet tajba hafna, b’Noel jirnexxielu jispicca fir-raba’ post fost is-sewwieqa tal-MHRU filwaqt li Tony ha t-tielet post.

Dan fisser li Malta spiccat il-kampjonat komplut ta’ din is-sena fit-tielet post, rizultat iehor prestigjuz fost kompetizzjoni iebsa hafna, wara r-rebha ta’ dan il-kampjonat is-sena l-ohra.


Tlaqna!

U b’hekk nergghu nitilqu mill-gdid. L-eccitament tat-tigrijiet jirritorna wara l-hedla tas-sajf!

Fi tmiem il-Kampjonat tas-Sajf u bis-shana tkun fl-aqwa taghha f’Lulju u Awwissu, iz-zwiemel u dawk li jiehdu hsiebhom hadu mistrieh misthoqq. Iz-zwiemel xorta nzammu f’kundizzjoni tajba, dawk imwegga’ rcevew il-kura necessarja, waslu zwiemel godda minn barra, izda minghajr tigrijiet ikun hemm tnaqqis car ta’ attivitajiet konnessi maz-zwiemel.

Madankollu x-xhur tas-Sajf xorta kienu produttivi. Kien hemm il-ftuh tal-applikazzjonijiet ghal min hu nteressat fl-izvilupp ta’ villagg Sportiv fil-Marsa, inizjattiva importanti li tista’ twassal ghal aktar titjib fil-facilitajiet tat-tigrijiet taz-zwiemel.

Rajna wkoll hafna xoghol ta’ fejda jsir fil-korsa u fl-ambjent generali taghha.

Fost l-ohrajn, stajna ninnutaw ix-xoghol ta’ manutenzjoni u z-zieda fir-ramel fil-korsa, il-bini ta’ hames stalel godda u “lecture room” kif ukoll ufficcji godda ghat-Tote attrezzati b’mod mill-aqwa, ix-xoghol konsiderevoli li sar biex tinholoq verzjoni aggornata tar-Regolamenti Tat-Tigrijiet, it-thejjija tal-kalendarju ghall-bqija tal-istagun, it-twahhil ta’ bord tar-rizultati gdid fil-korsa, u hafna hwejjeg ohra.

Dan ix-xoghol isir bil-kwiet, minghajr daqq tat-trombi, izda jitlob hafna thabrik u sagrificcju u huwa essenzjali ghas-success ta’ dan l-isport. Barra minn dan, l-inizjattiva tal-Malta Racing Club li ssejjah laqgha ghas-sidien u sewwieqa taz-zwiemel biex tinformahom b’dawn l-izviluppi u biex tiddiskuti maghhom b’mod miftuh, affarijiet ta’ importanza biex dan l-isport ikompli miexi ‘l quddiem hija wkoll ta’ min ifahharha ghaliex tikkonferma d-determinazzjoni tal-Klabb li jibqa’ qrib tal-protagonisti principali ta’ dan l-isport.

Dan ix-xoghol kollu ghandu ghan wiehed – aktar tigrijet ta’ success. U issa hawn terga’ ddur l-attenzjoni taghna … l-istennija twila tas-sajf waslet fi tmiemha u nistennew aktar eccitament hekk kif jitkompla l-istagun tat-tigrijiet!

Nawgurawlkom ilkoll ritorn mill-aqwa ghat-tigrijiet u l-isbah xewqat lill-partecipanti kollha.