Thursday 22nd September 2011
Id-39 u l-40 laqgha tal-istagun 2011 – it-23 u l-25 ta’ Settembru

minn Magnat

Zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha; laqgha nhar il-Gimgha (23 ta’ Settembru) u ohra il-Hadd (25 ta’ Settembru).

Kull laqgha tinkludi 8 tigrijiet, kollha tigrijiet tat-trott, hlief ghal tigrija tal-galopp li tinzamm nhar il-Gimgha. Il-laqgha tal-Gimgha tibda’ fis-7pm filwaqt li dik tal-Hadd tibda’ fit-3.30pm.

Iz-zewg laqghat huma riservati ghal tigrijiet sprint, b’dawk tat-trott jingrew fuq distanza mill-aktar qasira ta’ 1,640m u t-tigrija tal-galopp fuq id-distanza daqstant qasira ta’ 1,250m. Dawn ghandhom ikunu tigrijiet eccitanti fejn iz-zwiemel jaghmlu l-almu taghhom mill-istadji bikrija tat-tigrija.

Din il-gimgha l-qofol ta’ kull programm hija t-tigrija tal-klassi Premier. It-tigrija tal-Gimgha hija riservata ghal zwiemel li jinsabu fin-naha t’isfel tal-klassifikazzjoni tal-klassi Premier tal-Malta Racing Club, filwaqt li t-tigrija tal-Hadd tinkludi z-zwiemel tat-trott bl-oghla numru ta’ punti f’Malta.

Numru ta’ zwiemel maghrufa se jikkompetu f’kull tigrija u xi whud se jaghmlu r-ritorn taghhom fil-korsa wara l-waqfa tas-sajf jew wara li kienu weqfin ghal xi xhur. Dawn jinkludu lil Skip Dimanche, Nuage Somolli, Flash Coger u hafna ohrajn. Ghandna wkoll zewg debuttanti Svedizi, cioe’ d-debba Queen Isabella fit-tigrija ta’ nhar il-Gimgha u True Q f’dik tal-Hadd.

True Q huwa rregistrat bl-oghla numru ta’ punti ghal debuttant. Huwa ziemel tat-trott ta’ ghaxar snin b’rebh barra minn Malta ta’ SEK 1,380,088, u l-aqwa hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru (fuq distanza ta’ 1,609 m). Rebah 18 –il darba u ha diversi pjazzamenti barra minn xtutna; fost l-ahjar prestazzjonijiet tieghu din is-sena kellu rebha u zewg pjazzamenti fit-tielet post fuq distanzi li jvarjaw bejn 2,140m u 3,180.

It-tlett tigrijiet tal-klassi Gold (wahda il-Gimgha u tnejn il-Hadd) huma wkoll tigrijiet kumbattuti u jinkludu diversi zwiemel konsistenti bhar-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Gold Nacarat Campbell, ir-rebbieh tal-finali tal-Equestrian Festival ghall-klassi Gold Kingpin La Marc u hafna ohrajn, kif ukoll id-debuttanti Nioco du Dypp (FR), Oscarina (SE) u Wim (NL).

L-ahhar tigrija tal-klassi Gold ghandha tinghata attenzjoni specjali, ghax hija riservata ghaz-zwiemel tat-trott bl-oghla punti f’din il-klassi.

Il-bqija tat-tigrijiet tat-trott jikkonsistu fi 2 ghall-klassi Copper, 3 ghall-klassi Bronze u 5 ghal zwiemel tal-klassi Silver. Zewg debuttanti huma miktuba biex jiddebuttaw fil-klassi Silver, cioe’ Out Xing (SE) u Running Rose (FI).

It-tigrija tal-galopp fil-programm tal-Gimgha tara zwiemel tal-galopp tal-Klassi A, b’lista shiha ta’ tmien zwiemel miktuba. Dawn jinkludu zewg debuttanti, cioe’ Debbie’s Love (GB) u Fyelehk (IR), Mary Celest u Rougement li grew il-gimgha l-ohra, u Friarscourt, Marivan, Virginia Med u Letthewordgoforth li ilhom ma jikkompetu ghal xi xhur.

Din ghandha tkun laqgha li taghti liz-zwiemel “sprinters” opportunita’ li jibbrillaw u li jirregistraw hinijiet tajbin, filwaqt li jirfinaw iktar il-preparazzjoni taghhom ghall-kampjonati li gejjin.

L-ahhar laqghat

Ghalkemm mizmuma f’temp umdu tipiku ta’ dan iz-zmien tas-sena, l-ewwel zewg laqghat wara l-waqfa tas-sajf kienu jinkludu diversi tigrijiet interessanti.

Probabbli l-protagonisti ewlenin kienu r-rebbieha tat-tigrijiet tal-klassi Premier. Fit-tigrija li nzammet fid-9 ta’ Settembru, rajna lil Carnegie Hall jmexxi l-qatta ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, izda ma kellux risposta ghall-isprint qawwi ta’ Natif de Salvi fid-dritta tat-tmiem, biex dan ta’ l-ahhar irregistra t-tieni rebha stagjonali tieghu.

Fit-tigrija ta’ nhar il-Gimgha li ghadda, Livi Cantona zied ghal hamsa in-numru ta’ rebhiet tieghu dan l-istagun meta dahal l-ewwel fost iz-zwiemel ta’ kalibru li ppartecipaw f’tigrija kumbattuta, b’diversi zwiemel jissieltu bejniethom fid-dritta tat-tmiem. Hu rregistra l-ahjar hin ta’ dawn iz-zewg laqghat, cioe’ 1’16’5 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,140m, u gheleb iz-ziemel li spicca fit-tieni post Major Chaleonnais, ir-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf ghaz-zwiemel tal-klassi Premier.

Indian Attack iddomina l-ewwel tigrija tal-klassi Gold meta mar quddiem fl-istadji bikrija u zamm il-kmand matul it-tigrija kollha, filwaqt li t-tieni tigrija rrizultat f’rebha tajba ghad-debuttant Daniz Lacoste I.T. li ha l-kmand fid-dritta tat-tmiem u baqa’ sejjer biex rebah b’mod komdu.

Debuttant iehor li rebah fl-ewwel harga tieghu kien iz-ziemel tal-galopp Amerikan Cheeky Jack fit-tigrija tal-galopp tal-Klassi A. Kellu tigrija tajba hafna u gheleb lil Pride of India li spicca fit-tieni post.

Fejn kien ix-xaghar griz?

Filwaqt li kont qed inqalleb f’xi karti qodma, gie f’idejja ritratt tieghi mehud fil-korsa 25 sena ilu … ritratt ta’ ragel zaghzugh bil-korsa fl-isfond.

Hekk kif l-attenzjoni taghna tibda’ tiffoka fuq il-Kampjonat ta-Harifa Cassar Petroleum Services, dak ir-ritratt fakkarni fil-finali ta’ zewg kampjonati li kienu saru f’dik is-sena u li jien (u min jaf kemm veterani tat-tigrijiet) niftakar nara fil-korsa.

Il-finali tal-B.O.V. nzammet fi Frar 1986 u rat lil Jalium (misjuq minn George Mangion) jisprintja ghal fuq quddiem segwit mid-debba Liane du Comtal, Langon u z-zwiemel l-ohra fil-bidu tat-tigrija ta’ 2,150m.

Malli bdiet l-ahhar dawra, Jalium kien ghadu fuq quddiem, Liane du Comtal kienet waqghet lura, filwaqt li Langon sar l-isfidant ewlieni. Niftakar spettaturi ma genbi jikkummentaw li Jalium ma kienx se jkollu bizzejjed stamina biex jibqa’ jirrezisti sa l-ahhar. Bil-mod il-mod Langon beda riesaq dejjem aktar qrib ta’ Jalium l-aktar fid-dritta tal-faccata. F’daqqa wahda Jalium sab forza gdida u zied il-vantagg tieghu hekk kif wasal qrib l-ahhar kurva, biex iddomina id-dritta tat-tmiem u rebah b’mod komdu minn Langon u Jarijus.

Il-finali tat-Teacher’s (April 1986) ukoll kienet tinkludi hafna ismijiet popolari. Iz-ziemel li ha kmand bikri tat-tigrija kien Keluguet, segwit minn Maxime de Launay, Huit Valseurs, Issou u z-zwiemel l-ohra qaqocca flimkien. Din is-sitwazzjoni ma nbidlitx wisq anki meta t-tigrija dahlet fl-ahhar dawra tad-distanza ta’ 2,650.

Izda fid-dritta tal-faccata l-“outsider” Lys des Pres misjuq minn Raymond Clifton hareg b’velocita’ impressjonanti u fetah vantagg ta’ tlett tulijiet minn Keluguet u Liane du Comtal. Hekk kif iz-zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem Liane du Comtal kienet bil-mod il-mod qed tnaqqar il-vantagg ta’ Lys des Pres’ li nizel ghal xi tul 50 metru mit-tmiem. Ma dwari xi whud kienu qed jikkummentaw li d-debba kienet se taqbez liz-ziemel ta’ quddiem filwaqt li ohrajn kienu qed jghidu l-oppost. Dawn ta’ l-ahhar kellhom ragun, ghaliex Lys des Pres zamm il-vantagg biex rebah quddiem Liane du Comtal, Huit Valseurs u Keluguet.

Ghadda hafna zmien minn meta ttiehed dak ir-ritratt u minn meta saru dawk il-finali. Hija l-istess korsa izda l-kundizzjoni taghha tjiebet ferm, filwaqt li z-zwiemel, hafna nies, il-karozza tal-autostart u xi aspetti ohra nibidlu matul iz-zmenijiet. Izda meta nhares lejn dak ir-ritratt, inhoss li probabbli jiena l-aktar li nbdilt … sirt ixjeh, ghandi aktar piz u ras ta’ xaghar griz li ma kienetx hemm 25 sena ilu!

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.