Thursday 29th September 2011
Il-41 u t-42 laqgha tal-istagun 2011 – it-30 ta’ Settembru u t-2 t’ Ottubru

minn Magnat

Zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha; laqgha nhar il-Gimgha (30 ta’ Settembru) u ohra il-Hadd (2 t’ Ottubru).

Kull laqgha tinkludi 9 tigrijiet, kollha kemm huma tigrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m. Il-laqgha tal-Gimgha tibda’ fis-7pm, filwaqt li dik tal-Hadd tibda’ fis-2pm.

Il-qofol ta’ tmiem il-gimgha huwa l-bidu tal-Kampjonat tal-Harifa sponsorizzat minn Cassar Fuels, li huwa s-successur tal-kampjonat tas-sena l-ohra sponsorizzat mid-Dragonara.

Se jinzammu erba’ heats ferm mistennija, tnejn f’kull laqgha. Dawn jinkludu 47 fost l-aqwa zwiemel tat-trott f’pajjizna, gejjin mid-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Germanja, l-Italja, in-Norvegja u l-iSvezja. L-ewwel hamsa minn kull heat jikkwalifikaw ghas-semi-finali, li se jinzammu gimghatejn ohra.

Barra minn numru ta’ zwiemel tat-trott li huma diga’ popolari, sitt zwiemel godda huma mistennija jiddebuttaw f’dawn il-heats, cioe’ Bonus Kall (SE), Dialect Af Prinfo (SE), Joker C.N. (DK), Nabab des Corvees (FR), Noble d’Ete (FR) u Norman d’Avril (FR). Dawn huma kollha zwiemel li ghandhom kwalita’ li tixraq il-klassi Premier.

Per ezempju, Joker C.N. huwa rregistrat bl-oghla numru ta’ punti ghad-debuttanti. Huwa ziemel tat-trott ta’ ghaxar snin b’rebh ta’ flus barra minn Malta ta’ NOK2,368,862, l-aqwa hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,100m u gabar diversi rebhiet u pjazzamenti interessanti barra minn xtutna. L-izghar huwa z-ziemel ta’ seba’ snin Bonus Kall li ghandu rebh ta’ SEK948,700, l-aqwa hin ta’ 1’12’7 fil-kilometru fuq distanza ta’ 1,640m u rebah 9 darbiet u diversi pjazzamenti barra minn Malta.

It-tigrijiet l-ohra wkoll mistennija joffru spettaklu eccellenti. Ghandna tlett tigrijiet tal-klassi Gold li jinkludu zwiemel b’varjeta’ ta’ karatteristici. Uhud, bhal Lucky Fan, Lys de l’Oasis u ohrajn kienu fil-klassi Premier fil-passat, ohrajn, bhal Niky du Donjon, Nono d’Echal u ohrajn huma qrib ta’ promozzjoni ghal dik il-klassi.

Ghandna wkoll zwiemel bhal Lime Casted, Hulot u ohrajn li gejjin minn rebhiet tajba, kif ukoll id-debuttant Nagano Phedo (FR).

It-tigrijiet l-ohra huma tlieta ghall-klassi Copper, erbgha ghall-klassi Bronze b’erba’ ohra jkunu riservati ghal zwiemel tal-klassi Silver. F’dawn ta’ l-ahhar ghandna zewg debuttanti miktuba, cioe’ New Grove Jeton (FI) u Prince Regent (US). (Ghall-precizjoni, il-gimgha l-ohra, Running Rose (FI) ghamlet id-debutt taghha fil-klassi Gold minflok fil-klassi Silver, minhabba korrezzjoni fin-numru ta’ punti ta’ klassifikazzjoni taghha.)

U ghalhekk issa, wara ftuh interessanti tat-tieni parti tal-istagun, nistennew b’entuzjasmu Kampjonat tal-Harifa mill-aktar missielet sponsorizzat minn Cassar Fuels. Naghtu l-isbah xewqat lill-partecipanti kollha.

L-ahhar laqghat

L-ahhar zewg laqghat kienu ddedikati ghal tigrijiet sprint fuq distanza ta’ 1,640m (fil-kaz taz-zwiemel tat-trott) u 1,250m (ghaz-zwiemel tal-galopp).

Bhas-soltu, it-tigrijiet ewlenin kienu dawk riservati ghaz-zwiemel tat-trott tal-klassi Premier. Fil-laqgha tal-Gimgha, rajna lil Carnegie Hall jiehu t-tieni rebha stagjonali tieghu meta kien fil-kmant prattikament matul it-tigrija kollha u baqa’ sejjer biex rebah f’wiehed mill-aqwa hinijiet tal-istagun ta’ 1’14’2 fil-kilometru, quddiem Niro u Enjoy Kronos.

It-tigrija ta’ nhar il-Hadd giet iddominata minn Skip Dimanche li wkoll mar quddiem minn kmieni u zamm il-kmant sat-tmiem biex xejjen l-isfida ta’ Solid Lady Spin, l-aktar fid-dritta finali.

Fost l-aqwa hinijiet tal-gimgha l-ohra nsibu wkoll il-1’14’8 fil-kilometru rregistrat mid-debuttanta Oscarina fil-klassi Gold, b’zieda fil-pass fl-ahhar dawra li wassalha biex rebhet b’mod komdu minn Kejser Flamingo u Wim, debuttant iehor.

Rajna wkoll numru ta’ finali tat-tigrija kumbattuti. Wahda minn dawn kienet it-tigrija tal-klassi Gold mirbuha minn Lys des Etroits (it-tielet rebha stagjonali ghalih), b’ras biss minn Nobel Pasmarick, f’hin iehor tajjeb ta’ 1’14’9 fil-kilometru.

It-tigrija l-ohra tal-klassi Gold irrizultat fl-ewwel rebha stagjonali ta’ Quick Cape wara assenza ta’ seba’ xhur mill-korsa.

It-tigrija tal-galopp tal-Klassi A giet iddominata mid-debuttant Fyelehk li mexxa t-tigrija mill-bidu sat-tmiem, ma sofra l-ebda sfida serja sat-tmiem u rebah b’distakk qawwi. Frairscourt spicca fit-tieni post.

Debuttanti – ftit statistika

Meta fadal biss terz tal-istagun, jekk iz-zwiemel tat-trott miktuba biex jiddebuttaw fi tmiem din il-gimgha jaghmlu dan, in-numru ta’ debuttanti f’pajjizna din is-sena jaqbez il-200 sal-bidu t’Ottubru. Numru nkoragganti meta nikkunsidraw li n-numru ta’ debuttanti ghas-sena l-ohra kollha kien ta’ 231, b’214 fl-2009 u 242 fl-2008.

193 ziemel tat-trott iddebuttaw sal-ahhar laqgha. Il-maggoranza kienu Francizi (107 – madwar 55.4%), segwiti minn 65 Svediz (madwar 33.7% - in-numru ta’ debuttanti Svedizi din is-sena diga’ qabez dak ghas-sena l-ohra kollha), 7 minn kull wiehed mid-Danimarka u l-Germanja (madwar 3.6% ghal kull wiehed minn dawn il-pajjizi), bis-7 zwiemel l-ohra jigu mill-Finlandja, l-Olanda, in-Norvegja u l-iStati Uniti.

Ghalhekk, id-debuttanti fil-qasam tat-trott gew minn tmien pajjizi. Kollha hlief l-iStati Uniti huma pajjizi Ewropej u anki l-ftit zwiemel Amerikani kienu qed itellqu fl-iSkandinavja qabel ma gew Malta.

L-aktar eta’ tipika fost id-debuttanti tat-trott kienet dik ta’ 9 snin b’xejn anqas minn 33.7%, segwiti miz-zwiemel ta’ 10 snin (25.9%) u dawk ta’ 8 u 11 –il sena (bi 12.4% kull wiehed). Il-bqija tad-debuttanti ghandhom eta’ li tvarja bejn 4 u 13 –il sena.

L-aktar klassi popolari tad-debuttanti hija dik Silver (madwar 35.2%), segwita mill-klassi Gold (madwar 31.1%) u l-klassi Premier (madwar 25.9%), bl-ohrajn maqsuma bejn il-kumplament tal-klassijiet.

Kellna wkoll 18 il-ziemel tal-galopp gdid s’issa – fis-sena kollha 2010 kellna 21 b’kollox. Iz-zwiemel Irlandizi kienu l-aktar numeruzi (38.9%), segwiti miz-zwiemel Francizi, Brittanici u Amerikani (madwar 16.7% kull wiehed) u mbaghad l-Italja (madwar 11.1%).

L-aktar eta’ popolari kienet dik ta’ 5 snin (33.3%), segwita miz-zwiemel ta’ 3 u 6 snin (22.2% kull wiehed), biz-zwiemel tal-galopp l-ohra jkollhom etajiet ta’ bejn 4 u 8 snin.

Iz-zwiemel godda huma krucjali ghax-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta ghax ikattru l-kompetizzjoni u l-varjeta’. Jalla naraw aktar zwiemel ta’ kwalita’ jidhlu fil-komunita’ taz-zwiemel taghna fix-xhur li gejjin.

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.