Friday 4th November 2011
Id-49 u l-50 laqgha tal-istagun 2011 – is-6 ta’Novembru u t-13 ta’ Novembru

minn Magnat

Zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu fil-korsa tal-Marsa matul il-gimgha li gejja; laqgha nhar il-Hadd li gej (6 ta’ Novembru) u ohra l-Hadd ta’ wara (13 ta’ Novembru), it-tnejn jibdew fis-1.30pm.

It-tnejn huma laqghat pjuttost twal bl-ewwel wahda tinkludi 10 tigrijiet u t-tieni 11 –il tigrija.

L-attrazzjoni ewlenija ta’ dawn il-laqghat hija l-finali tal-Exotique Challenge Cup ghaz-zwiemel tal-galopp li se tinzamm nhar il-Hadd li gej fuq id-distanza twila ta’ 2,250m. Is-seba’ finalisti huma Cheeky Jack, Kimberley Downs, Friarscourt, Lite North Wind, Ollie Fliptrik, Wildnis u Genievre. Hames zwiemel Amerikani, u ziemel kull wiehed mill-Germanja u Franza, dawn jinkludu uhud miz-zwiemel tal-galopp l-aktar konsistenti matul din is-sena.

Fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd li gej, ghandna wkoll tigrija tal-galopp “normali” tal-Klassi A fuq l-istess distanza, li kwazi s-seba’ partecipanti li fiha ma hadux sehem fil-heats tal-Exotique Challenge Cup. Hafna minnhom diga’ rebhu din is-sena, cioe’ Nuage de la Tour, Pride of India u Tarruji. Iz-ziemel tal-galopp Irlandiz Little Benny huwa wkoll irregistrat biex jiddebutta f’din it-tigrija.

It-tigrijet tat-trott se jinzammu fuq id-distanza ta’ 3,140m li hija l-itwal distanza tat-tigrijiet hawn Malta.

Numru ta’ zwiemel godda huma miktuba biex jiddebuttaw fostna, hafna minnhom bi preparazzjoni ghall-kampjonati tal-Francizi u t-Tazza tal-President li dalwaqt jibdew. Dawn huma Ok du Matin (FR), Olympio des Loyaux (FR) u Oyos (FR) fil-klassi Silver, Ouragan de Crouay (FR) fil-klassi Gold, kif ukoll seba’ debuttanti fil-klassi Premier li se nsemmuhom aktar l-isfel. (Ghall-precizjonji, apparti dawk imsemmija fl-artiklu tal-gimgha l-ohra, fl-ahhar laqgha kellna wkoll zewg debuttanti ohra, cioe’ Paco du Poncelet (FR) u Oliver du Sud (FR) fil-klassi Silver, li dahlu bhala riservi.)

Tlett tigrijiet tal-klassi Premier mistennija jinzammu matul dawn iz-zewg laqghat, wahda l-Hadd li gej u tnejn ohra l-Hadd ta’ wara. It-tigrija tal-Hadd li gej tinkludi zwiemel gejjin minn rebhiet jew pjazzamenti tajbin bhal Night Inlet, Lascar Beaujolais u Dialect Af Prinfo, iz-ziemel rebbieh ta’ hames tigrijiet dan l-istagun Energy Launcher, id-debuttanti Manuel Jet (FI), Nec Carmolo (SE) u Nous Dix de l’Evre (FR) u diversi zwiemel tat-trott interessanti ohra.

L-ewwel tigrija tal-klassi Premier nhar il-Hadd 13 ta’ Novembru tara fost ohrajn ir-rebbieha ta’ dan l-ahhar Niky du Donjon u Noble d’Ete u ziemel li spicca fit-tieni post recentement Bonus Kall, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes ta’ Gunju 2010 Madis Boy, id-debuttant Troubadour S (NL) u hafna zwiemel kompettivi ohra.

L-ahhar tigrija tal-klassi Premier tal-Hadd 13 ta’ Novembru hija riservata ghal zwiemel li ghandhom l-oghla punti fil-klassifikazzjoni tal-Malta Racing Club. Tinkludi lista ta’ zwiemel denji ta’ kull finali, bhar-rebbieh tal-Finali tal-Klassi Premier fl-Equestrian Festival ta’ din is-sena Mon Daniel, ir-rebbieh attwali tat-Tazza VOB Isolated, ir-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf tal-Klassi Premier Major Chaleonnais, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes Master Perrine li gej minn rebha l-gimgha l-ohra, z-ziemel li spicca fit-tieni post il-gimgha l-ohra True Q, u zwiemel popolari ohra.

It-tlett debuttanti f’din it-tigrija huma miktuba bl-oghla numru ta’ punti ta’ klassifikazzjoni ghad-debuttanti. Mig of the Wood huwa ziemel tat-trott ta’ 11-il sena b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro432,710, l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru (fuq 2,175m), bi 13-il rebha u hafna pjazzamenti barra minn Malta.

It-tnejn l-ohra huma zwiemel ta’ ghaxar snin. Nevaio des Bordes rebah Euro451,217 barra minn Malta, ghandu l-ahjar hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru (fuq 2,100m) u rebah 12-il darba, apparti diversi pjazzamenti barra minn xtutna – irregistra l-ahhar rebha tieghu fi Franza f’Awwissu 2011, fuq 2,900m. Normand d’Oger ghandu rebh ta’ flus barra minn xtutna ta’ Euro332,280, bi 8 rebhiet u pjazzamenti numeruzi u l-ahjar hin ta’ 1’13’3 fil-kilometru (fuq 2,100m). L-ahhar rebha tieghu fi Franza kienet f’Lulju 2011 fuq 2,150m.

Zewg tigrijiet tal-klassi Gold se jinzammu f’kull laqgha. Fost ohrajn, it-tieni wahda tal-Hadd tinvolvi zwiemel li huma ferm qrib tal-klassi Premier. Tinkludi hmistax-il ziemel b’sahhithom bhar-rebbieh tal-Kampjonat tal-Harifa ghall-klassi Gold Naja in Blue, rebbieha dan l-ahhar Ludo de Bellande, Peasant Gallant u Lucky Fan u hafna ohrajn.

Dawn ghandhom ikunu zewg laqghat ferm interessanti, bil-finali tal-Exotique Challenge Cup tkun appuntament ewlieni ghad-dilettanti tat-tigrijiet tal-galopp u nistghu nsegwu l-forma attwali ta’ hafna zwiemel tat-trott li se jikkompetu fil-kampjonati tal-Francizi u t-Tazza tal-President li se jibdew fil-gimghat li gejjin.

L-ahhar laqghat

Taht shab tax-xita li minnhom nizlu halbiet tax-xita f’xi hinijiet, il-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda pprovdiet tlett finali eccitanti mill-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels.

Fil-finali ewlenija, dik ghal zwiemel tal-klassi Premier, Carnegie Hall kien quddiem ghall-bicca l-kbira tad-distanza, bi Flash Coger jiehu l-kmand fl-ahhar dawra. Izda hekk kif iz-zwiemel daru l-ahhar kurva, Livi Cantona misjuq minn Charles Camilleri, pproduca accelerazzjoni mill-aqwa, mar fuq quddiem u spicca rebbieh b’mod komdu quddiem Lou Petiot, Lipouz Lesmelchen u Nabab des Corvees.

Kienet is-seba’ rebha stagjonali ghal Livi Cantona f’hin ta’ 1’14’7 fil-kilometru, li huwa mhux biss l-aqwa hin tal-istagun fuq id-distanza ta’ 2,140m, izda hin bhal dan ilu ma jigi rregistrat fuq dik id-distanza f’Malta ghal kwazi sentejn u nofs u huwa l-aqwa hin assolut fil-karriera ta’ dan iz-ziemel fuq distanza itwal minn 1,640m.

Il-finali tal-klassi Gold rat lil Naja In Blue jmur quddiem fl-ahhar dawra u jzomm il-pass b’sahhtu tieghu sat-tmiem biex rebah quddiem Beckham Bob, Magnifique Sablais u Touch The Diamond. Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’2 fil-kilometru.

Fil-laqgha tal-Gimgha, Mealington mexxa z-zwiemel l-ohra ghall-bicca l-kbira tat-tigrija izda Lutan Villetot wettaq attakk qawwi fl-ahhar nofs dawra li wasslu quddiem nett, sabiex fl-ahhar ittrijonfa b’distakk zghir minn Nevada Silver, Must du Buisson u Odelvio, f’hin ta’ 1’16’1 fil-kilometru.

Il-finali l-ohra rrizultaw f’rebhiet ghal Nashville Victory (klassi Copper) u Syllabub (klassi Bronze).

It-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Gimgha kienet interessanti, b’Milord Barbes ikun fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija. Madankollu Master Perrine li kien fil-qatta taz-zwiemel sa dak il-hin, zied il-pass fl-ahhar ftit mijiet ta’ metri biex ha t-tielet rebha stagjonali quddiem True Q, Kakisis u Arnie Sensation, f’hin ta’ 1’16’8 fil-kilometru, fuq 2,640m.

Il-laqgha tal-Gimgha pprovdiet ukoll tigrija internazzjonali bejn sewwieqa Maltin u Svedizi. Din intrebhet minn Darco As misjuq mis-sewwieq Malti Marco Tanti,quddiem King Boy du Dane, Izor Rick u Brokkur TYC, liema tlett izwiemel kienu kollha misjuqa minn sewwieqa Svedizi (Jan Skoglund, Lasse Punkari u Mats Holmstedt rispettivament).

Tigrijiet Normali

Wara l-finali eccitanti li kellna fi tmiem il-gimgha li ghaddiet, matul din il-gimgha, apparti l-finali tal-Exotique Challenge Cup, l-ghoxrin tigrija l-ohra nistghu nsejhulhom “normali”, cioe tigrijiet li ma jiffurmaw parti mill-ebda kampjonat.

Wara dawn iz-zewg laqghat imbaghad jibdew sensiela ta’ kampjonati prestigjuzi, l-kampjonat tal-Francizi, t-Tazza tal-President, il-Coronation Cup ecc.

Pero’ t-tigrijiet normali huma importanti wkoll fil-kalendarju tat-tigrijiet Malti. Naturalment hemm numru akbar ta’ tigrijiet normali milli tigrijiet f’kampjonati. Vantagg taghhom huwa li filwaqt li f’kampjonat, ziemel ikollu appuntamenti fissi ta’ meta jrid jigri f’fazijiet ta’ kwalifika jew finali u allura jkun taht certu pressjoni sabiex ikun fl-aqwa kundizzjoni tieghu f’data partikolari, meta jikkompeti f’tigrija normali z-ziemel mhux obbligat li jerga’ jigri f’xi data specifika u ghalhekk tippermetti li t-tahrig u l-mistrieh taz-ziemel jigu ppjanati b’mod aktar trankwill.

It-tigrijiet normali hafna drabi jirrizultaw f’zieda jew tnaqqis ta’ punti fil-klassifikazzjoni tal-Malta Racing Club. Dan jiddetermina l-klassi taz-zwiemel ghall-finijiet tat-tigrijiet u ghalhekk f’liema kampjonati jistghu jikkompetu. Li l-klassi li fiha jigru z-zwiemel tkun tirrifletti tajjeb l-abbilta’ taghhom huwa importanti sabiex ikollna tigrijiet ibbilancjati, sija fil-kampjonati kif ukoll fit-tigrijiet normali.

Tigrijiet li ma jiffurmaw parti mill-ebda kampjonat huma wkoll utli sabiex jesponu liz-zwiemel ghall-kompetizzjoni necessarja biex ikollhom preparazzjoni xierqa ghall-aktar appuntamenti importanti tal-istagun. Fihom gieli jigu ppruvati sewwieqa differenti, strategiji ta’ giri u stili ta’ sewqan differenti, taghmir varju, ecc., bil-ghan li jtejjbu l-prestazzjonijiet taz-zwiemel.

Pero’ wkoll,, bil-kwalita’ u l-kwantita’ ta’ zwiemel li ghandna fostna u l-kompetizzjoni qawwija li tirrizulta, anki li tirbah tigrija normali mhix haga facli. It-tigrijiet kumbattuti u spettakolari u l-ferh tas-sidien, sewwieqa, familjari u hbieb fiz-zona tar-rebbieha, anki wara tigrija normali huma xiehda bizzejjed ta’ dan.

Ghalhekk ejja nistennew bil-herqa u niehdu pjacir kemm bil-finali tal-Exotique Challenge Cup kif ukoll bit-tigrijiet normali li qed jistennewna fiz-zewg laqghat li gejjin.

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti matul il-gimgha li gejja.