Thursday 24th November 2011
It-53 u l-54 laqgha tal-istagun 2011 – il-25 ta’Novembru u s-27 ta’ Novembru

minn Magnat



Zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha; l-ewwel wahda nhar il-Gimgha (25 ta’ Novembru) u l-ohra l-Hadd (27 ta’ Novembru); tal-ewwel tibda’ fis-7pm u l-ohra fis-1.30pm.  Se jkollna disa’ tigrijiet tat-trott f’kull laqgha. 


L-attrazzjonijiet ewlenin tat-tigrijiet ta’ tmiem din il-gimgha huma erba’ semi-finali mit-Tazza tal-President riservati ghaz-zwiemel tat-trott tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,640m.  Se naraw fl-azzjoni zwiemel imwielda fid-Danimarka, l-Finlandja, Franza, l-Germanja, l-Italja, l-Olanda, n-Norvegja u l-iSvezja.


In-numru sabih ta’ 43 partecipant miktub jinkludi numru ta’ zwiemel tat-trott popolari bhad-detentur tar-rekord ta’ rebh ta’ flus f’Malta In Vitro du Bourg, ir-rebbieh tat-Tazza tal-President tas-sena l-ohra Lucas Ness, rebbieha ta’ kampjonati din is-sena Mon Daniel (Festival Ekwestri klassi Premier), Livi Cantona (Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels klassi Premier), Isolated (Tazza VOB) u ohrajn. 


Ninnotaw b’soddisfazzjon l-inizjattiva mehuda minn numru ta’ negozji li jservu l-komunita’ ekwestri, li qed jisponsorjaw premjijiet ta’ flus relattivi ghat-Tazza tal-President, biex b’hekk jaghtu s-sostenn taghhom lill-isport tat-tigrijiet taz-zwiemel u lill-kawza filantropika li qed tigi promossa permezz ta’ dan il-kampjonat.  Dawn huma Anthony Axisa Importers, Krafft, Finn Tack, FM Italia Products Pharmavet, P&M Farrugia Tan-Niger u Vetplus. Prosit lilhom kollha.


Dawn is-semi-finali jinkludu wkoll hames debuttanti interessanti, cioe’ Eastwood OM (IT), Harmonic Silvio (SE), Matin de Manche (FR), Norde de Littry (FR) u Utah Hornline (SE).


Ta’ min jinnota li tlieta minn dawn huma rregistrati bl-oghla numru ta’ punti ghad-debuttanti fil-klassifika tal-MRC.  Eastwood OM, ta’ ghaxar snin, huwa l-ewwel debuttant tat-trott Taljan dan l-istagun, b’rebh ta’ Euro237,317 barra minn Malta, l-ahjar hin ta’ 1’13’1 fil-kilometru, u ghandu 27 rebha u pjazzamenti numeruzi barra minn xtutna – fost l-ahjar prestazzjonijiet tieghu minn Ottubru 2010, insibu tlett rebhiet fuq distanzi ta’ 2,040m, 2,060m u 2,220m.


Iz-ziemel tat-trott Svediz ta’ ghaxar snin Harmonic Silvio ghandu rebh barra minn Malta ta’ SEK2,719,300, l-ahjar hin ta’ 1’11’4 fil-kilometru fuq 1,640m, b’21 rebha u hafna pjazzamenti – fost l-ahjar prestazzjonijiet tieghu fl-ahhar sena, kellu rebha fil-korsa ta’ Boden fuq 2,160m u zewg pjazzamenti fir-raba’ post fuq 1,640m u 3,160m rispettivament.


Utah Hornline huwa ziemel tat-trott Svediz ta’ tmien snin li ghandu rebh ta’ flus ta’ SEK 1,002,393 barra minn Malta, l-ahjar hin ta’ 1’13’7 fil-kilometru fuq 2,140m, bi 11-il rebha u diversi pjazzamenti – fost l-aqwa prestazzjonijiet tieghu din is-sena, insibu rebha fil-korsa ta’ Jagersro fuq 2,140m u erba’ pjazzamenti fit-tieni post fuq distanzi ta’ 2,140m u 2,200m.  


Attrazzjoni ohra nhar il-Gimgha hija t-tlett semi-finali mill-Prix de Caen (klassi Copper), li minn kull wahda minnhom l-ewwel tlett zwiemel ighaddu direttament ghall-finali.  Dawn huma tigrijiet ibbilancjati li jinkludu diversi zwiemel gejjin minn rebha jew it-tieni post dan l-ahhar.


It-tigrijiet l-ohra huma tigrijiet “normali” li jinvolvu zwiemel tat-trott li mhumiex Francizi, bi tlett tigrijiet ghal kull wahda mill-klassijiet Gold, Silver u Bronze u tnejn ghall-klassi Copper.  Dawn jinkludu tlett debuttanti Svedizi, cioe’ Zmaj Boko fil-klassi Bronze, Bankiren fil-klassi Silver u Anguz R.C. fil-klassi Gold.


Huwa mistenni tmiem il-gimgha iehor ta’ tigrijiet mill-aqwa, li jizguraw esperjenza mill-aktar pjacevoli ghall-ispettaturi ...


L-ahhar laqghat
L-ahhar laqghat kienu jinkludu xejn inqas minn 18-il heat mill-kampjonati SECF riservati ghaz-zwiemel Francizi fuq distanza ta’ 2,640m, biz-zwiemel mill-klassijiet Premier, Gold, Silver u Bronze jkunu fl-azzjoni fil-kampjonat rispettiv taghhom.  Tmintax-il ziemel ikkwalifikaw ghas-semi-finali mill-klassi Premier, dsatax mill-klassi Gold, erba’ u ghoxrin mill-klassi Silver u ghoxrin ohra mill-klassi Bronze. 


Kif kien mistenni, l-attenzjoni principali kienet iffukata fuq it-tlett heats mill-Prix de Vincennes (klassi Premier).  It-tigrija tas-Sibt rat lil Mig of the Wood jmur quddiem kmieni fit-tigrija u jzomm il-kmand sal-ahhar nofs dawra, meta Milord Barbes li sa dak il-hin kien qed jokkupa wiehed mill-postijiet tal-ahhar, attakka b’mod b’sahhtu hamsa fuq barra, ha l-kmand fl-ahhar ftit mijiet ta’ metri u baqa’ sejjer biex ha t-tielet rebha stagjonali tieghu minn Mig of the Wood, Norman d’Avril, Lou Petiot, Normand d’Oger u Nabab des Corvees, li kkwalifikaw ukoll.


L-ewwel heat tal-Hadd imbaghad rat lil Lipouz Lesmelchen jmur quddiem kmieni fit-tigrija, izda dan gie maqbuz minn numru ta’ zwiemel qrib il-bidu tal-ahhar dawra, bl-ahhar fazi tat-tigrija tirrizulta f’taqtiegha bejn Major Chaleonnais u Master Perrine, li ntrebhet minn ta’ l-ewwel, biex b’hekk ha s-sitt rebha stagjonali tieghu fl-ahjar hin ta’ tmiem il-gimgha ta’ 1’16’0 fil-kilometru.  Master Perrine, Madis Boy, Joker de Choisel, Podium u Nuper ghaddew ukoll ghas-semi-finali.


L-ahhar heat giet iddominata mid-debuttant Nelson du Val, li mar quddiem kmieni fit-tigrija u zamm il-kmand sat-tmiem meta rrezista l-attakk taz-ziemel li spicca fit-tieni post Mica Bonero.  Iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw kienu Kakisis, Noble d’Ete, Nevaio des Bordes u Mont Cenis Honey.


Zewg debuttanti ohra rebhu l-heats rispettivi taghhom mill-Prix d’Enghien (klassi Gold).  Dawn kienu  Oscar de la Vallee li ttrijonfa grazzi ghal sprint qawwi fl-ahhar tat-tigrija u Ouest du Vivier li mar quddiem fl-ahhar dawra u zamm il-kmand sal-ahhar.  Iz-zewg rebbieha l-ohra tal-Prix d’Enghien irregistraw it-tieni rebha stagjonali taghhom, cioe’ No Comprendo li kien quddiem prattikament mill-bidu sat-tmiem u Night Inlet li rnexxielu jeghleb lill-favorit Magnifique Sablais b’mod pjuttost komdu.


Ir-rebbieha l-ohra kienu Korentin u Nagano Phedo (it-tnejn fil-hin tajjeb ta’ 1’16’6 fil-kilometru) kif ukoll Noble d’Urzy, id-debuttant Oscar Mati, Mealington (il-hames rebha stagjonali) u Kaki de Peyrahout fil-Prix de Cabourg (il-klassi Silver) u Kamido, Oregeat, Orlov du Poncelet, Marchallah (il-hames rebha stagjonali) u November Oaks fil-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze).


It-tigrija tal-galopp tal-Klassi B irrizultat fl-ewwel rebha fil-korsa tal-Marsa ghal Prince Yarraman, quddiem Lite North Wind u Little Benny.


Pavo Feeds Monte Championship
Ta’ min jinnota li fil-kitba li jmiss li ssir nhar is-Sibt u l-Hadd li gej, jistghu jinkitbu zwiemel ghall-Pavo Feeds Monte Championship li l-heats tieghu jinzammu madwar gimghatejn wara.  Anki zwiemel tat-trott li jigu eliminati mill-kampjonati tal-Francizi u mis-semi-finali tat-Tazza tal-President huma eligibbli sabiex jinkitbu ghal dan il-Kampjonat Monte’. 


It-Tazza tal-President
Wara assenza ta’ hames snin (l-ahhar edizzjoni kienet inzammet fl-2004), nammetti li kont estremament kuntent bir-ri-introduzzjoni tat-Tazza tal-President is-sena l-ohra.
 
Dan il-kampjonat huwa rikk fis-sinifikat minhabba li jikkommemora Jum ir-Repubblika, jonora l-Kap tal-iStat taghna, u jikkonferma is-sens civiku u filantropiku tad-dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel permezz tal-kontribuzzjoni u s-support lill-Community Chest Fund.


Jippermettilna wkoll li ninghaqdu ma’ Repubbliki ohra madwar id-dinja, li nirriservaw post prominenti fil-kalendarju tat-tigrijiet ghal trofew iddedikat lill-President.


Ghadni niftakar l-ewwel edizzjoni, li l-finali taghha nzammet fit-23 ta’ Lulju 1992.  Din kienet riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassijiet A1, A, B, C and D (illum il-klassijiet Premier, Gold u Silver), bil-fazijiiet ta’ kwalifikazzjoni jsiru ghall-klassijiet A1 u A flimkien u ghall-B, C u D flimkien.  Erbgha kkwalifikaw minn tal-ewwel, cioe’. Zito Bob, My Glesca, Waylon Bee u Rio Airlines (skraccjat fil-finali) u erbgha zwiemel ikkwalifikaw mill-klassijiet B, C u D, cioe’ Ricky du Lac, Riverman, Naldos u Persan de Souvigne.


Din kienet tigrija bil-vantagg fuq 2,190m, biz-zwiemel mill-klassijiet A1 u A jitilqu bi zvantagg ta’ 25m wara l-ohrajn.   Naldos kellu bidu tajjeb u kien fuq quddiem ghal xi zmien, izda f’nofs it-tigrija, iz-ziemel Svediz Zito Bob misjuq minn sidu Tony Tanti, lahhaq maz-ziemel ta’ quddiem u ghaddih, segwit mill-qrib mill-favorit Waylon Bee.


Minn hemm ‘il quddiem, l-ebda ziemel ma seta’ jlahhaq mal-velocita’ ta’ Zito Bob, li kompliet tizdied fid-dritta tat-tmiem, sabiex rebah b’mod komdu b’madwar zewg tulijiet minn Waylon Bee li gie skwalifikat.  Ricky du Lac spicca fit-tieni post b’Riverman it-tielet.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’17’7 fil-kilometru.


Il-President ta’ Malta ta’ dak iz-zmien Dr Censu Tabone segwa t-tigrija mill-korsa, u hu pprezenta wkoll it-Tazza tal-President lis-sewwieq/ sid rebbieh.  Wara kwazi 20 sena, ghadni niftakar il-pjacir tal-ispettaturi ghall-unur li jkollhom il-President tar-Repubblika fosthom, kif ukoll is-soddisfazzjon tal-Eccellenza Tieghu talli kien qed jaqsam serata mal-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


Nistennew bil-herqa kampjonat iehor ta’ success u eccitanti tat-Tazza tal-President din is-sena u nittamaw li jkollna l-opportunita’ li naraw il-President ta’ Malta fostna fil-gurnata tal-finali, sabiex nuru b’mod tangibbli r-rispett taghna lejn il-Kap tal-iStat Malti u l-valuri assocjati ma’ dan l-oghla ufficcju tal-istat, partikolarment dawk ta’ natura filantropika promossi permezz tal-Community Chest Fund.   


Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.