Saturday 3rd December 2011
Il-55 u s-56 laqgha tal-istagun 2011 – l-4 ta’ Dicembru u t-8 ta’ Dicembru

minn Magnat


Zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu fil-korsa tal-Marsa matul il-gimgha li gejja; l-ewwel wahda nhar il-Hadd (4 ta’ Dicembru) u l-ohra l-Hamis (8 ta’ Dicembru - festa pubblika), it-tnejn jibdew fis-1.30pm u jinkludu tmien tigrijet tat-trott kull wahda.   


L-attrazzjoni ewlenija tal-laqgha ta’ nhar il-Hadd li gej hija t-tigrija tal-klassi Premier fuq 2,140m b’lista shiha ta’ sittax-il ziemel miktuba.  Hafna minn dawn ghadhom kif ippartecipaw fil-heats tal-kampjonati tal-Francizi jew tat-Tazza tal-President, flimkien ma xi zwiemel relattivament godda ghal Malta.  Tinkludi fost ohrajn ir-rebbieh tat-Tazza tal-President tas-sena l-ohra Lucas Ness, ir-rebbieh ta’ sitt tigrijiet din is-sena Energy Launcher, ir-rebbieh tat-tigrija tal-klassi Gold tal-gimgha l-ohra Anguz R.C. u hafna zwiemel ohra validi daqshom.


Il-hmistax-il ziemel miktuba ghat-tigrija tal-klassi Gold jinkludu wkoll diversi zwiemel maghrufa.  Xi whud minnhom gejjin minn rebhiet dan l-ahhar, bhal Master Lupin u Peasant Gallant, filwaqt li numru sew, bhal Natif de l’Hommee, Dream Leader, Never Better u ohrajn grew fil-klassi Premier dan l-ahhar.


Zewg zwiemel, cioe’ Perceval du Gault (FR) u Petit Veinard (FR), huma miktuba biex jaghmlu d-debutt taghhom fil-klassi Silver.


Il-laqgha tat-8 ta’ Dicembru imbaghad hija ddedikata esklussivament ghas-semi-finali tal-kampjonati SECF riservati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi.  Se jinzammu zewg semi-finali mill-kampjonati ghal kull wahda mill-klassijiet Premier, Gold, Silver u Bronze, b’hames zwiemel tat-trott minn kull tigrija jikkwalifikaw ghall-finali.


Fil-Prix de Vincennes (klassi Premier), ghandna tmien zwiemel miktuba fl-ewwel semi-finali u disa’ fit-tieni, b’etajiet taz-zwiemel li jvarjaw bejn tmienja u erbatax-il sena.  Il-partecipanti kollha kienu rebhu aktar minn Euro170,000 fi Franza u jinkludu rebbieha tal-passat tat-Tazza l-Kbira, l-Prix de Vincennes u tal-Kampjonat tas-Sajf kif ukoll numru tajjeb ta’ zwiemel relattivament godda b’rebh sostanzjali fi Franza qabel ma gew importati f’Malta.


L-ewwel semi-final tal-Prix d’Enghien (klassi Gold) tara ghaxar zwiemel tat-trott miktuba, b’disgha fit-tieni.  L-etajiet taghhom ivarjaw bejn disa’ u hmistax-il sena u kwazi kollha ghandhom rebh li jaqbez il-Euro120,000 fi Franza.  Dawn jinkludu hafna zwiemel popolari, bhar-rebbieh ta’ tmien tigrijiet din is-sena Magnifique Sablais, ir-rebbieh tal-Kampjonat tal-Harifa ghall-klassi Gold Naja In Blue, ir-rebbieh tal-Prix de Cabourg ta’ Gunju 2011 Lys des Etroits, diversi zwiemel li kienu jigru fil-klassi Premier u numru ta’ zwiemel relattivament godda promettenti.


Fl-ahhar mill-ahhar m’hemm xejn li jeghleb tigrijiet “knock-out” bhal dawn biex jizdied l-eccitament fil-korsa, b’kulhadd izomm quddiem ghajnejh li l-icken nuqqas jista’ jiswa post fil-finali ...


L-ahhar laqghat
L-attrazzjonijiet ewlenin tal-ahhar laqghat kienu minghajr dubbju l-erba’ semi-finali tat-Tazza l-President fuq distanza ta’ 2,640m li nzammu f’temp mill-isbah tal-harifa nhar il-Hadd li ghadda.  Dawn irrizultaw fi tnax-il finalist (disa Svedizi u tlieta Francizi) li huma miktuba biex jikkompetu fil-finali li se tinzamm f’Jum ir-Repubblika (13 ta’ Dicembru).


L-ewwel semi-finali rat lil True Q jkun fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija ghalkemm kien sfidat b’mod regolari mid-debuttant Harmonic Silvio.  Tal-ewwel zamm sod biex ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’distakk tajjeb mill-istess Harmonic Silvio u l-favorit Livi Cantona li wkoll ghadda ghall-finali. 


It-tieni semi-finali rat attakk brillanti fuq in-nahat ta’ barra fl-ahhar ftit mijiet ta’ metri minn Nec Carmolo li wasslu biex jirbah b’margni qawwi minn Arnie Sensation u Belafonte.  Din kienet l-ewwel rebha ta’ Nec Carmolo f’Malta u huwa rregistra l-aqwa hin ta’ tmiem il-gimgha ta’ 1’16’0 fil-kilometru.


Anki Flash Coger zamm il-kmand matul il-bicca l-kbira tat-tielet semi-finali, segwit l-aktar minn Malin Roro.  Hawnhekk l-azzjoni principali kienet riservata ghad-dritta finali meta dan ta’ l-ahhar attakka lil Flash Coger li madankollu zamm pass tajjeb biex ha t-tieni rebha stagjonali tieghu b’nofs tul mill-istess Malin Roro u Le Coup de Foudre li spicca b’sahhtu biex ha l-post l-iehor fil-finali. 


Zieda fil-velocita’ madwar dawra mit-tmiem rat lid-debuttant Utah Hornline jmur quddiem fl-ahhar semi-finali u dan zamm l-ewwel post sat-tmiem.  Skip Dimanche u Lipouz Lesmelchen spiccaw immedjatament wara r-rebbieh biex saru l-ahhar finalisti tat-Tazza tal-President.


Il-laqgha ta’ nhar il-Gimgha kienet tinkludi fiha wkoll tlett semi-finali tal-Prix de Caen (klassi Copper), mill-kampjonat tal-Francizi.  Dawn irrizultaw fit-tieni rebha stagjonali ghal Kaolin de Bannes u Koko Loco u l-ewwel rebha f’Malta ghal Qualou d’Axel.  Jeo de Touvois, Newmarket Boy, Jocker du Cornica, Koehchel Baz, Ideal de Suce u New Hope wkoll ghaddew ghall-finali li se tinzamm fit-18 ta’ Dicembru. 


Nhar il-Hadd li ghadda, kellna wkoll tigrija interessanti tal-Kunsilli Lokali li fiha ppartecipaw zwiemel tat-trott amateurs li nstaqu minn sewwieqa maghrufa u garrew sindki tal-kunsilli localli fuq ix-xarretti.  Din it-tigrija gibdet hafna interess u giet segwita wkoll mis-Segretarji Parlamentari Clyde Puli u Chris Said.  Ir-rebha marret ghal I.P. Broadway, misjuq minn Charles Camilleri u li kien qed igorr lis-sindku ta’ H’Attard Stefan Cordina.


L-isbah xewqat
L-ahhar kelma taghna ghal-lum hija intiza biex nawguraw l-isbah xewqat.  Dawn imorru ghas-sewwieq campjin kurrenti Noel Baldacchino li se jirrapprezenta lil Malta fil-Prix des Rencontres Internationales du Trotteur Francais li se jsir nhar is-Sibt 3 ta’ Dicembru fil-korsa mitika ta’ Vincennes, f’Parigi.  Din it-tigrija internazzjonali prestigjuza organizzata mill-SECF (l-assocjazzjoni tat-trott Franciza) tlaqqa’ kontra xulxin sewwieqa jirrapprezentaw 14-il pajjiz differenti, li jsuqu zwiemel tat-trott Francizi fuq distanza ta’ 2,100m.


Ghal darb’ohra, din is-sena, din se tinkludi diversi sewwieqa maghrufa, bhall-Franciz Eric Raffin (sewwieq fost’ohrajn ta’ Rapide Lebel, rebbieh tal-Grand Circuit Ewropew), Randy Waples (sewwieq fost’ohrajn ta’ San Pail, rebbieh tal-Breeders’ Crown Kanadiza) li jirrapprezenta l-Kanada, ir-rebbieh ta’ din it-tigrija s-sena l-ohra Gerard Vergaerde tal-Belgju, bil-bqija jkunu fost l-aqwa sewwieqa fil-pajjizi rispettivi taghhom.


M’hemmx dubbju, din hija kompetizzjoni tal-oghla kalibru ghal Noel, minn sewwieqa li jirrapprezentaw pajjizi bi snin twal ta’ tradizzjoni, facilitajiet tat-tigrijiet taz-zwiemel mill-aqwa u b’rizorsi qawwija investiti f’dan l-isport. 


Madankollu, Noel huwa sewwieq ta’ esperjenza li rebah il-kampjonat tas-sewwieqa f’Malta diversi drabi u l-ammont ta’ esperjenzi locali u internazzjonali li kien espost ghalihom huma preparazzjoni eccellenti ghal dan l-avveniment. 


L-isbah xewqat taghna jmorru wkoll ghall-gerrejja Sarah Borg, li se tirrapprezenta lil pajjizna fl-ahhar tappa mill-kampjonat tal-gerrejja tal-Mediterranean Horse Racing Union, li se tinzamm fit-8 ta’ Dicembru fil-korsa sabiha tal-Ippodromo del Mediterraneo f’Siracusa.  Hi wkoll se tkun qed tiffaccja kompetizzjoni iebsa minn gerrejja gejjin minn pajjizi ikbar u b’aktar rizorsi f’dan il-qasam.


Izda huwa tassew ta’ pjacir li naraw gerrejja zaghzugha u promettenti li qed ikollha stagun tajjeb hafna (bhalissa tinsab fir-4 post fil-kampjonat tal-gerrejja f’pajjizna) tirrapprezenta lil Malta u tiehu aktar esperjenza prezzjuza fix-xena internazzjonali.  Hija haga tajba li ninvestu fil-generazzjoni ta’ gerrejja li tiela, li huma l-aqwa tama li ghandna ghal futur sabih fit-tigrijiet tal-galopp f’Malta.


Bhas-soltu meta ahna l-Maltin nikkompetu f’avvenimenti sportivi internazzjonali, l-isfidi li s-sewwieqa u l-gerrejja taghna jiffaccjaw jidhru simili ghal kompetizzjoni bejn David u Gulija.  Madankollu s-sewwieqa u l-gerrejja taghna ghamluna kburin f’diversi okkazjonijiet fil-passat u t-talent u l-professjonalita’ taghhom huma maghrufa anki barra minn Malta, minkejja d-daqs u r-rizorsi limitati taghna.  Naturalment, hafna se jiddependi wkoll mix-xorti taz-ziemel li jigi mtella’ biex jinstaq mis-sewwieq jew gerrej taghna, xi haga li hafna drabi ma tiffavorinies.


Madankollu fi kwalunkwe kaz, ghandna kunfidenza shiha fil-kapacitajiet ta’ Noel u Sarah.  Ninsabu konvinti li mhux se jkunu intimidati bil-kompetizzjoni u li se jaghtu l-almu taghhom kollu biex jipprovdu dimostrazzjoni ohra tat-talent tas-sewwieqa u l-gerrejja taghna anki fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel internazzjonali.



Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti matul il-gimgha li gejja.