Saturday 17th December 2011
Id-59 laqgha tal-istagun 2011 – it-18 ta’ Dicembru

minn Magnat


Laqgha brillanti ta’ tigrijiet taz-zwiemel se tinzamm fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej 18 ta’ Dicembru li tibda’ fis-2pm u tinkludi seba’ tigrijiet tat-trott. Apparti zewg tigrijiet tal-klassi Copper, il-programm jinkludi hames finali mill-kampjonati SECF, wahda ghal kull klassi, riservati ghal zwiemel Francizi, fuq distanza ta’ 2,640m.


Naturalment, l-attrazzjoni ewlenija hija l-finali tal-Prix de Vincennes, li fiha jikkonfrontaw ruhom disa’ finalisti f’etajiet ta’ bejn 10 u 14 –il sena li bejniethom rebhu aktar minn 2.9 miljun Ewro barra minn Malta u aktar minn 30 tigrija f’Malta.


Minn dawn, wiehed (Joker de Choisel) rebah Prix de Vincennes fil-passat, Kakisis rebah il-Kampjonat tal-harifa Dragonara s-sena l-ohra u l-Emirates Tazza l-Kbira din is-sena u Major Chaleonnais rebah il-Kampjonat tas-Sajf ta’ din is-sena. L-ohrajn kollha ddebuttaw fostna jew tard is-sena l-ohra jew din is-sena u bhalissa jinsabu f’forma tajba hafna.


Il-lista shiha hija Joker de Choisel, Mica Bonero, Major Chaleonnais, Noble d’Ete, Mig of the Wood, Nevaio des Bordes, Milord Barbes, Nelson du Val u Kakisis.


Il-finali tal-Prix d’Enghien (klassi Gold) tara wkoll disa’ finalisti, f’etajiet ta’ bejn 9 u 12-il sena li bejniethom rebhu 23 darba f’Malta. Il-bicca l-kbira taghhom iddebuttaw hawn Malta iktar kmieni din is-sena, cioe’ Nomade de Mai, Night Inlet, Oscar de la Vallee, Naja In Blue, Ouest du Vivier u Orlando Tejy, b’numru zghir ta’ zwiemel li ilhom fostna ghal xi zmien, cioe’ ir-rebbieh tal-Prix de Cabourg ta’ Gunju Lys des Etroits, ir-rebbieh ta’ tmien tigrijiet Magnifique Sablais u Ludo de Bellande.


B’etajiet ta’ bejn 9 u 13-il sena, d-disa’ finalisti tal-Prix de Cabourg (klassi Silver) jaqsmu bejniethom 21 rebha f’Malta u anki huma jghaqqdu l-parti l-kbira zwiemel li gew importati relattivament recentament, Ocean Gede, Nicos de Peneme, Nagano Phedo, Nerval du Donjon u Nevada Silver ma’ ohrajn li huma mdorrija sew fil-korsa tal-Marsa, cioe’ Mealington, Korentin, Label Chouan u Netter Williams. Xi whud minnhom kellhom reputazzjoni tajba fi Franza, filwaqt li ohrajn urew xi jsarrfu anki aktar hawn Malta.


Iz-zewg finali l-ohra huma l-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) u l-Prix de Caen (klassi Copper) u anki hawn mistennija tigrijiet ibbilancjati u missielta.


Din mistennija tkun wahda mill-aktar laqghat attraenti tal-istagun, u l-Malta Racing Club qed jipprepara wkoll sfond innovattiv ghal din l-okkazjoni. Niehdu wkoll l-opportunita’ li naghtu merhba lil ufficjali oghlja tal-assocjazzjoni Franciza tat-trott (is- Societe’ d’encouragement a’ l’elevage du cheval francais – SECF) li se jattendu ghal din il-laqgha.


L-ahhar laqghat


Il-qasam tal-galopp seraq l-attenzjoni fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda, bil-finali tal-Burmarrad Commercials Coronation Cup fuq id-distanza qasira ta’ 1,250m.


Din it-tigrija giet iddominata miz-ziemel tal-galopp Fyelehk (Michael Sultana) li mar fuq quddiem malli t-tmien finalisti hargu mill-“gates”, ddomina t-triq kollha sat-tmiem, u spicca aktar minn tlett tulijiet quddiem Cheeky Jack u Tarruji, biex b’hekk rebah il-Coronation Cup u ha t-tielet rebha tieghu minn daqstant hargiet.


It-tigrija tat-trott tal-klassi Premier rat prestazzjoni dominanti ohra, din id-darba miz-ziemel Svediz Fire, li rebah it-tielet tigrija tieghu minn erba’ hargiet f’Malta, grazzi ghal zieda fil-velocita’ fantastika fl-ahhar nofs dawra li ratu jisplodi fuq quddiem u jispicca rebbieh facli b’madwar tmien tulijiet minn Think Yatzee, Magic de Assigny u Mystere d’Urfist, f’wiehed mill-aqwa hinijiet tal-istagun fuq 2,140m, cioe’ 1’14’8 fil-kilometru.


Nhar it-Tlieta, f’temp Mediterranju sabih u xemxi kien imiss it-Tazza tal-President ghaz-zwiemel tat-trott tal-klassi Premier li giet ikkontestata minn ghaxar finalisti fuq distanza ta’ 2,640m.


Ghall-ewwel bejn wiehed u iehor zewg kilometri, il-kmant tat-tigrija alterna bejn Truq Q, Nec Carmolo u Flash Coger, izda madwar 500m mit-tmiem, Livi Cantona (Charles Camilleri) attakka b’sahhtu min-naha ta’ barra biex mar quddiem u baqa’ hemm sa l-ahhar, minkejja l-attakk ta’ Malin Roro li spicca fit-tieni post. Arnie Sensation u Nec Carmolo spiccaw it-tielet u r-raba’ rispettivament. Din kienet it-tmien rebha stagjonali ghal Livi Cantona f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’7 fil-kilometru.


Kien tassew unur ghad-dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel li din it-tigrija giet segwita mill-korsa mill-Eccellenza Tieghu Dr George Abela, President ta’ Malta, li pprezenta t-trofej lir-rebbieha wara t-tigrija, ghamel kelmtejn lill-folla prezenti u ha ritratti kommemorattivi.


Kellna wkoll tigrija interessanti Monte’ fuq 2,160m. Din irrizultat f’taqtiegha missielta fid-dritta finali bejn Sir de Landerije u Lime Casted, bir-rebha fl-ahhar jehodha ta’ l-ewwel f’hin tajjeb ta’ 1’17’8 fil-kilometru. Max Galbe u Absolut Chili spiccaw it-tielet u r-raba’ rispettivament.


Prosit


Prosit tassew lill-gerrej Michael Sultana li rcieva Gold Award matul il-Malta Olympic Committee Awards ta’ din is-sena. Huwa tassew ta’ soddisfazzjon li naraw is-successi ta’ rapprezentant tal-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta jircievu rikonoxximent tant prestigjuz, b’dan isegwi successi simili miksuba minn sewwieqa Maltin fl-2009 u l-2010.


Ninnutaw ukoll bi pjacir is-success miksub dan l-ahhar mit-trainer Malti Charles Degiorgio (attiv gewwa l-iSvezja) biz-ziemel ta’ sentejn Amy’s Bad Boy, fil-korsa ta’ Mantorp. Din ir-rebha ghandha sinifikat specjali, ghax hija l-ewwel rebha ghal Charles b’ziemel mwieled fic-centru tieghu.


Interessanti ninnutaw li Charles huwa sid, trainer u sewwieq ta’ dan iz-ziemel li huwa wild tad-debba Svediza Rebecca T li kienet ittellaq f’Malta. Prosit ukoll lil Malti iehor, Silvio Buttigieg, li z-ziemel tieghu Malta B spicca r-raba f’dik it-tigrija.


Noqorbu lejn tmiem ta’ stagun iehor


Bilkemm nista’ nemmen, izda ghaddiet kwazi sena ohra u maghha stagun iehor. L-ahhar tas-sena huwa dejjem zmien tajjeb biex inharsu lura lejn dak li jkun gara matul l-istagun.


Il-laqghat ta’ nhar il-Hadd li gej u tat-30 ta’ Dicembru jwasslu ghal total ufficjali ta’ 60 laqgha dan l-istagun, izda fil-verita’ n-numru totali ta’ laqghat jammonta ghal 61, minhabba li nzammet laqgha fi stil ta’ festival fit-2 ta’ Jannar (li fiha ngriet anki Gran Finali) li ma gietx moghtija numru.


Ghalhekk in-numru ta’ laqghat ilahhaq dak tal-2010, li huwa t-tieni l-oghla minn mindu qlibna ghal stagun kalendarju fl-2004 (minn dak iz-zmien, l-oghla numru kien ta’ 63 laqgha fl-2008). Din mhix haga facli meta wiehed jikkonsidra fost ohrajn l-ispejjez u l-preparazzjonijiet – kemm dawk li jidhru kif ukoll dawk li jsiru minn wara l-kwinti – rikjesti fl-organizzazzjoni tal-laqghat, u xi ftit taqlib li ltqajna mieghu din is-sena minhabba l-maltemp.


Kellna wkoll numru estramement tajjeb ta’ kampjonati ta’ kwalita oghlja.


Fil-qasam tat-trott, kellna:


(1) il-kampjonati U*Bet ghal kull klassi riservati ghal zwiemel Svedizi (fuq 2,140m),
(2) l-Emirates Tazza l-Kbira ghall-klassijiet l-oghlja (fuq 2,640m),
(3) it-Tazza Assikura ghal zwiemel tat-trott li mhumiex Francizi u lanqas Svedizi, bil-klassijiet jinqasmu fi tnejn (fuq 2,140m),
(4) il-kampjonati tal-Equestrian Festival ghal kull wahda mill-klassijiet Premier, Gold u Silver (heats u finali fl-istess gurnata fuq 1,640m),
(5) it-Tazza Sette Giugno ghal zwiemel tal-klassi Premier (fuq 2,140m),
(6) il-kampjonati SECF ta’ Gunju ghal kull klassi riservati ghal zwiemel Francizi (fuq 2,140m),
(7) it-Tazza VOB ghal zwiemel tal-klassi Premier li tghaqqad il-finalisti ewlenin tal-finali tal-Prix de Vincennes u tal-finali tat-Tazza Sette Giugno (fuq 2,140m),
(8) il-Kampjonat tas-Sajf ghal kull klassi f’format ta’ league li ghalaq b’finali (fuq 2,140m),
(9) il-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels ghal kull klassi (fuq 2,140m),
(10) it-Tazza tal-President ghall-klassi Premier (fuq 2,640m),
(11) il-kampjonati SECF ta’ Dicembru ghal kull klassi riservati ghal zwiemel Francizi (fuq 2,640m),
(12) il-Gran Finali ta’ Dicembru ghal zwiemel tal-klassi Premier li tghaqqad il-finalisti ewlenin tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza tal-President (fuq 2,640m). Il-Gran Finali tas-sena l-ohra inzammet fit-2 ta’ Jannar ta’ din is-sena,
(13) Tazza Monte’ li kellha tinzamm izda ma kelliex bizzejjed partecipanti. Minflok, kampjonat Pavo Feeds ghal-klassi Gold b’heats u finali fl-istess gurnata fuq 1,640m se jinzamm fl-ahhar laqgha.

Fil-qasam tat-tigrijiet tal-galopp, rajna:


(1) il-Butler Cup fuq 1,750m,
(2) il-Piscopo Gardens Cup fuq 1,750m,
(3) il-McDonalds Mediterranean Derby fuq 1,750m,
(4) l-Exotique Challenge Cup fuq 2,250m,
(5) il-Burmarrad Commercials Coronation Cup fuq 1,250m.


Tassew lista mill-isbah ta’ kampjonati kemm tat-trott kif ukoll tal-galopp. Prosit tassew lill-Malta Racing Club ghall-organizzazzjoni u talli sab l-isponsors, u grazzi kbira lill-isponsors kollha li minghajr l-ghajnuna taghhom ma kienx ikun possibbli li jinzammu dawn il-kampjonati prestigjuzi li jikkostitwixxu l-akbar attrazzjonijiet tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


Nawgurawlkom laqgha eccitanti nhar il-Hadd li gej kif ukoll il-Milied it-Tajjeb lilkom u lill-mahbubin taghkom.