Tuesday 27th December 2011
Is-60 laqgha tal-istagun 2011 – it-30 ta’ Dicembru

minn Magnat


L-istagun 2011 se jaghlaq b’mod mill-isbah b’laqgha tal-ahhar tas-sena mill-aktar varjata nhar il-Gimgha 30 ta’ Dicembru li tibda’ fis-1.30pm u tikkonsisti fi tnax-il tigrija.


L-attrazzjoni ewlenija hija l-VOB Grand Final ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,640m, li tara zwiemel li ppjazzaw fl-ewwel postijiet tal-finali tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza tal-President, li ghaddew minn process ta’ ghazla wara l-iehor.


Dawn l-ghaxar zwiemel jikkonsistu f’sitt Francizi u erba’ Svedizi f’etajiet ta’ bejn 7 u 14-il sena, li huma:
1. z-ziemel li spicca fit-tieni post fil-finali tat-Tazza tal-President Malin Roro, li rebah darbtejn din is-sena,
2. r-rebbieh tal-Prix de Vincennes Mig of the Wood, rebbieh ta’ aktar minn Euro430,000 fi Franza u li rregistra l-hin mill-aqwa ta’ 1’15’0 fil-kilometru meta rebah il-Prix de Vincennes,
3. r-rebbieh tal-MRC Premier Trot, il-VOB Grand Final u-Kampjonat tas-Sajf tal-2009 Arnie Sensation, rebbieh ta’ aktar minn SEK1.5 miljuni fl-iSvezja,
4. Milord Barbes li rebah tlett darbiet dan l-istagun, li ghamel l-ahjar hin tieghu f’Malta ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m fil-finali tal-Prix de Vincennes dan l-ahhar,
5. z-ziemel relattivament gdid Nec Carmolo, rebbieh ta’ wahda mis-semi-finali tal-Tazza tal-President u li ghandu rekord tajjeb hafna barra minn Malta ta’ 1’13’2 fil-kilometru,
6. Utah Hornline, rebbieh ta’ semi-finali ohra tat-Tazza tal-President u aktar minn SEK1 miljun fl-iSvezja,
7. z-ziemel li rebah tmien darbiet dan l-istagun u rebah it-Tazza tal-President u l-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels, Livi Cantona, bl-aqwa hin tieghu f’Malta jkun dak ta’ 1’13’8 fil-kilometru,
8. z-ziemel li spicca fit-tieni post fil- Prix de Vincennes Nevaio des Bordes, rebbieh ta’ aktar minn Euro450,000 fi Franza, u li ghandu l-ahjar hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru barra minn Malta,
9.  r-rebbieh tat-Tazza l-Kbira u tal-kampjonat tal-harifa Dragonara 2010 Kakisis, li rebah aktar minn Euro550,000 fil-karriera tieghu barra minn Malta,
10. rebbieh tal-Prix de Vincennes fil-passat Joker de Choisel, li jzomm ir-rekord Malti fuq 2,640m ta’ 1’13’6 fil-kilometru registrat fl-2008, u li rebah madwar Euro450,000 fi Franza. 


Lista ta’ zwiemel brillanti, li tippormetti VOB Grand Final tal-oghla livell.


Iz-zwiemel tal-klassi Gold se jkunu wkoll protagonisti nhar il-Gimgha, din id-darba fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m.  Se jinzammu tlett semi-finali, b’erba’ zwiemel li jikkwalifikaw minn kull wahda jikkontestaw il-finali Pavo Feeds Gold li tinzamm aktar tard matul l-istess laqgha.


Dawn jinkludu diversi zwiemel tat-trott li gejjin minn rebhiet u pjazzamenti tajbin dan l-ahhar, xi ohrajn li grew fil-klassi Premier, diversi specjalisti tad-distanzi qosra, kif ukoll id-debuttant Najac (FR) li kien gie skraccjat dan l-ahhar meta kellu jiddebutta.


Ghandna wkoll sitt tigrijiet tat-trott li fihom is-sidien se jkunu protagonisti bhala sewwieqa.  Dawn jinvolvu tigrija minn kull klassi u zewg tigrijiet mill-klassi Silver, kollha fuq distanza ta’ 2,140m.


It-tigrija tas-sidien tal-klassi Premier tara lista ta’ tmien zwiemel li gejjin mid-Danimarka, Franza, l-Germanja u l-iSvezja, li jinkludu erba’ zwiemel li diga’ rebhu tal-inqas darba din is-sena, cioe’ Isolated, Energy Launcher, Obi Wan Kenobi u Kejser Flamingo, u erba’ zwiemel ohra li qed ifittxu l-ewwel rebha taghhom tal-istagun.


Ghandna wkoll tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq distanza ta’ 1,750m, b’lista shiha ta’ tmien zwiemel, f’etajiet ta’ bejn 4 u 6 snin, imwielda Franza, l-Germanja, l-Irlanda, l-Italja u l-Istati Uniti.  Dawn jinkludu wkoll id-debuttant Timolin (GER).


Laqgha pjacevoli li tinkludi hafna varjeta, u li toffri tmiem xieraq ghall-istagun.


L-ahhar laqgha


Iz-zwiemel tat-trott Francizi kienu fuq fomm kulhadd nhar il-Hadd 18 ta’ Dicembru meta ngrew il-finali tal-Kampjonati SECF li saru f’atmosfera mill-aqwa quddiem l-akbar folla tal-istagun. 


Il-finali tal-Prix de Vincennes ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier kienet l-aktar tigrija prestigjuza u din ma ddizappuntatx.  Nelson du Val ha l-kmand kmieni b’ritmu veloci quddiem Nevaio des Bordes u Noble d’Ete.  Madankollu madwar 650m mit-tmiem, dan bidel il-pass u gie skawlifikat, sabiex halla l-kmant tat-tigrija ghal Nevaio des Bordes quddiem Milord Barbes.


Fl-ahhar 400 metru gie l-attakk b’sahhtu fuq in-naha ta’ barra taz-ziemel ta’ 11-il sena Mig of the Wood (Noel Baldacchino), li sa dak il-hin kien qed jokkupa wiehed mill-postijiet tal-ahhar, attakk li wasslu fuq quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem u ghat-tieni rebha tieghu f’Malta, f’hin eccellenti ta’ 1’15’0 fil-kilometru, l-ahjar hin fuq id-distanza f’Malta f’dawn l-ahhar sentejn u nofs.  Nevaio des Bordes, Joker de Choisel u Milord Barbes spiccaw warajh f’dik l-ordni.


Il-finali tal-Prix d’Enghien (klassi Gold) rat lil Magnifique Sablais jiehu l-kmant kmieni fit-tigrija quddiem Ouest du Vivier u Naja In Blue.  Ouest du Vivier mar quddiem madwar nofs dawra mit-tmiem quddiem Naja In Blue, izda madwar 350m mit-tmiem, iz-ziemel ta’ 10 snin Night Inlet (Noel Baldacchino), beda attakk qawwi, ha l-kmant fl-ewwel parti tad-dritta finali, biex ha t-tielet rebha stagjonali b’mod komdu, quddiem Nomade de Mai, Lys des Etroits u Naja In Blue, f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’7 fil-kilometru. 


Fil-Prix de Cabourg (klassi Silver), Mealington mar quddiem kmieni fit-tigrija, quddiem Narval du Donjon u Nagano Phedo.  Madwar nofs dawra mit-tmiem, Nagano Phedo ha l-kmant, izda ftit wara, z-ziemel ta’ 12-il sena Label Chouan (David Ellul) beda sprint li wasslu ghal taqtiegha ras imb’ras ma’ Nagano Phedo fid-dritta finali.  Label Chouan mar quddiem ftit metri mill-gister, biex ha r-raba’ rebha tal-istagun minn Nagano Phedo, Mealington u Nevada Silver, f’hin iehor tajjeb hafna ta’ 1’15’8 fil-kilometru.   


Il-finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) rat iz-ziemel ta’ 9 snin Olifant du Pouy (Frans Tanti) u Marchallah jisfidaw lil xulxin fl-isprint taghhom fid-dritta tat-tmiem, bir-rebha fl-ahhar tmur ghal tal-ewwel.  Orgeat u Monte Cinto Mag spiccaw it-tielet u r-raba’ rispettivament.  Fil-finali tal-Prix de Caen (klassi Copper), iz-ziemel ta’ 13-il sena Koko Loco (Jesmar Gafa) rebah b’aktar minn tul minn  New Hope, Joker du Cornica u Jeo de Touvois.


Ghalhekk il-hames kampjonati SECF riservati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi intrebhu minn ziemel ta’ 9 snin (Olifant du Pouy), ziemel ta’ 10 snin (Night Inlet), ziemel ta’ 11-il sena (Mig of the Wood), ziemel ta’ 12-il sena (Label Chouan) u ziemel ta’ 13-il sena (Koko Loco).


Iz-zewg tigrijiet tal-klassi Copper “normali” li kien fadal intrebhu minn Gamin Launcher u Mirall Composite.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva hames rizultati ta’ testijiet tad-doping li kollha kellhom rizultat negattiv.  Nifirhu lis-sidien u t-trainers ta’ Noble Spirit (tigrija Silver – 2 t’Ottubru), Lascoste I.T. (tigrija Gold – 2 t’Ottubru), Flash Coger (tigrija Premier – 2 t’Ottubru), Naja In Blue (finali (Gold) tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels – 30 t’Ottubru) u Livi Cantona (finali (Premier) tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels – 30 t’Ottubru), li r-rizultati taghhom kollha kkonfermaw li kienu nodfa minn sustanzi projbiti.   


L-aqwa zwiemel u gerrejja tal-istagun


F’dan l-ahhar artiklu tal-istagun huwa xieraq li naghtu daqqa t’ghajn lejn xi statistici ta’ dan l-istagun. 


Iz-ziemel tat-trott Franciz Major Chaleonnais rebah l-unur tal-aktar ziemel tat-trott konsistenti b’seba’ rebhiet u hames pjazzamenti fit-tieni post minn hmistax-il tigrija, meta ghadda bi ftit lill-Franciz Magnifique Sablais u liz-ziemel tat-trott Svediz Livi Cantona.


L-unur tal-aktar ziemel tal-galopp konsistenti ntrebah mill-Amerikan Ollie Fliptrik bi tlett rebhiet, zewg pjazzamenti fit-tieni post u tlieta fit-tielet post minn erbatax-il tigrija, quddiem zewg Amerikani ohra, cioe’ Kimberley Downs u Cheeky Jack.  L-unur tal-Aqwa Gerrej intrebah minn Ramon Grima b’100 punt, quddiem Michael Sultana u Oliver Briffa.


Il-kompetizzjoni tal-Aqwa Sewwieq Taht il-25 Sena giet iddominata ghal darb’ohra minn Rodney Gatt li rebah quddiem Shaun Portelli u Redent Magro.


Finalment l-isfida mpressjonanti ghall-kompetizzjoni tal-Ahjar Sewwieq.  Taqtiegha qawwija bejn zewg sewwieqa li tassew jixhirqilhom, li giet rizolta biss fl-ahhar tigrija tal-ahhar laqgha.  Il-kampjonat ta’ din is-sena fl-ahhar mar ghal Noel Baldacchino b’517-il punt, punt biss quddiem Charles Camilleri (li kkompeta f’inqas tigrijiet matul l-istagun), b’Rodney Gatt jispicca fit-tielet post.


Prosit tassew lil dawk kollha msemmijin hawn fuq, kemm zwiemel, gerrejja u sewwieqa.  Kollha kemm intom qed taghtu kontribut qawwi ghat-tkabbir ta’ dan l-isport f’Malta u ahna tassew kburin bikom.


Nixtieq ukoll nirringrazzja diversi persuni li ghenuni sabiex nikteb dawn l-artikli matul is-sena.


Impossibbli li nsemmihom kollha, izda dawn li gejjin huma ftit ezempji:  Dr Matthew Brincat, Cermen tal-Malta Racing Club, ghall-appogg kostanti tieghu, s-Sur Mark Vella, Marketing Director tal-MRC, li mieghu tant ikolli diskussjonijiet dwar l-istorja tat-tigrijiet, episodji tat-tigrijiet taz-zwiemel u kampjonati tal-passat, u l-ahhar izda zgur mhux l-anqas is-Sur Nicholas Farrugia, li huwa tant impressjonanti bit-taghrif u “data” enciklopedici tieghu dwar it-tigrijiet tat-trott f’Malta, u li huwa tant pacenzjuz u disponibbli biex jipprovdi l-kontribut ferm utli tieghu.


Nawgurawlkom l-ahhar laqgha tal-istagun eccitanti nhar il-Gimgha, kif ukoll is-Sena t-Tajba 2012 lilkom u lill-mahbubin taghkom.