Thursday 12th January 2012
L-1 u t-2 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – l-14 u l-15 ta’ Jannar

minn Magnat


Wara waqfa ta’ hmistax-il gurnata, it-tigrijiet taz-zwiemel jirritornaw fil-korsa tal-Marsa bil-bidu tal-istagun 2012.  Se jsiru zewg laqghat matul tmiem il-gimgha, wiehed is-Sibt 14 u l-iehor il-Hadd 15 ta’ Jannar, it-tnejn jibdew fis-1.45pm u kull wahda tinkludi programm ta’ seba’ tigrijet tat-trott, kollha fuq distanza ta’ 2,140m.


Se jkun interessanti nsegwu l-effett ta’ din il-waqfa fuq il-forma taz-zwiemel fil-bidu tal-istagun il-gdid.


L-attrazzjonijiet ewlenin se jkunu tigrija tal-klassi Premier f’kull laqgha.  It-tigrija tas-Sibt ghandha erbatax-il ziemel miktub li l-bicca l-kbira minnhom kienu attivi f’Dicembru u ghalhekk fil-prattika qed ikomplu l-istagun tat-tigrijiet taghhom, filwaqt li Kojak d’Isques, Nico d’Aussy u Magnific As ma kkompetewx minn Gunju ‘l hawn. 


Il-lista tinkludi diversi zwiemel li kellhom success is-sena l-ohra, bhal Energy Launcher, Master Lupin, Naja In Blue, Anguz R.C. u ohrajn, kif ukoll id-debuttant Nabor Star (FR).


It-tlettax –il ziemel fit-tigrija tal-Hadd ukoll jinkludu diversi zwiemel tat-trott li kellhom almenu rebha wahda fl-ahhar xhur tas-sena l-ohra, bhal Fire, Lou Petiot, Bello Fratello u Solid Lady Spin, kif ukoll zwiemel popolari ohra u d-debuttant Orion d’Ostal (FR).


It-tlett tigrijiet tal-klassi Gold imxerrda maz-zewg laqghat huma ferm ibbilancjati.  L-ewwel tigrija ta’ nhar il-Hadd tara numru ta’ zwiemel li jigu promossi ghall-oghla klassi b’rebha jew pjazzament tajjeb, u whud minnhom kienu qed jikkompetu f’dik il-klassi sa ftit zmien ilu.  Nagno Phedo, Nomade de Mai, Label Chouan u ohrajn huma kollha gejjin minn prestazzjonijiet tajbin hafna.


L-istess huwa l-kaz taz-zewg tigrijiet l-ohra tal-klassi Gold, li jinkludu fost ohrajn id-debuttant Reado November (GER) u hafna zwiemel popolari li kollha jistghu jkunu protagonisti meta tigi d-daqqa taghhom.


Il-kumplament tat-tigrijiet huma wahda ghall-klassi Copper u erba’ ghal kull wahda mill-klassijiet Bronze u Silver.   Nicole L.H. (SE) u Ygor of Pass (NL) huma miktuba biex jaghmlu d-debutt taghhom fil-klassi Bronze, filwaqt li Prince Feulavoir (FR) u Zilver Boko (NL) mistennija jiddebuttaw fil-klassi Silver. 


Wara l-istagun ta’ success li kellna s-sena l-ohra, mistennija sena ohra ta’ tigrijiet mill-aqwa.  Nawguraw l-isbah xewqat u tigrijiet bla incidenti lil kulhadd.


L-ahhar laqgha


Ghalkemm pjuttost kiesah, it-temp xitwi kien hanin bizzejjed mad-dilettanti tat-tigrijiet fl-ahhar laqgha tal-istagun, bix-xita tibda’ biss fl-ahhar tigrija.


L-attrazzjoni ewlenija, il-VOB Grand Final fuq distanza ta’ 2,640m, irrispettat l-aspettattivi, biz-zwiemel ewlenin mill-finali tal-Prix de Vincennes u t-Tazza tal-President jissieltu bejniethom ghal dan l-unur.


True Q ha vantagg ta’ tul kmieni fit-tigrija li zammu sal-ahhar nofs dawra, meta sofra l-isfidi ta’ Joker de Choisel, Livi Cantona u Nevaio des Bordes.


Livi Cantona (Charles Camilleri) kien bic-car l-aktar b’sahhtu, meta bhas-soltu attakka fuq in-naha ta’ barra ferm, biex mar quddiem fl-ahhar kurva qabel id-dritta finali u rebah b’mod komdu b’aktar minn zewg tulijiet minn Joker de Choisel, Nevaio des Bordes u Arnie Sensation.


Livi Cantona rregistra l-hin tajjeb ta’ 1’16’3 fil-kilometru.  Din kienet id-disa’ rebha stagjonali ghalih u t-tielet kampjonat kbir, wara l-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels (2,140m) u t-Tazza tal-President (2,140m), kif ukoll it-tieni post fil-finali tal-Equestrian Festival ghall-klassi Premier (1,640m); wirjiet impressjonanti fuq diversi distanzi.  


Attrazzjoni ohra ewlenija kienet il-Kampjonat Pavo Feeds ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Gold fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m.  It-tlett heats li nzammu matul l-istess laqgha rrizultaw f’rebhiet ghal Nacarat Campbell, Vasterbo Hitchiker u Lime Casted.


Il-finali giet ikkontesta minn tnax-il finalist u rat lil Vasterbo Hitchiker jiehu l-kmant kmieni fit-tigrija, li zammu sad-dritta finali meta kellu jcedih ghall-attakk qawwi ta’ Nacarat Campbell (Rodney Gatt), li wassal lil dan tal-ahhar ghall-hames rebha stagjonali f’ hin ta’ 1’15’3 fil-kilometru, quddiem Lime Casted (li rregistra l-ahjar hin tal-laqgha ta’ 1’15’1 fil-heat tieghu), Vasterbo Hitchiker u Dream Leader. 


Kien hemm ukoll diversi tigrijiet fejn iz-zwiemel instaqu mis-sidien rispettivi taghhom.  Dawn irrizultaw f’rebhiet ghal Bello Fratello (quddiem Energy Launcher) fil-klassi Premier, Lutan Villetot (li dahal qabel  Oscar de la Vallee) fil-klassi Gold, Sir de Landerije (quddiem Sweep the Floor) fil-klassi Silver, Nereus Galbe (quddiem Owens Kim) fil-klassi Bronze u Miami du Coq (li ppreceda lil Mailbag) fil-klassi Copper.


It-tigrija tal-galopp tal-klassi A rat prestazzjoni mill-aqwa tad-debuttant Germaniz Timolin li rebah quddiem Tarruji u Ollie Fliptrik.


Il-laqgha kellha wkoll aspetti ohra interessanti, l-aktar tigrija tat-trott specjali fejn sewwieqa regolari saqu zwiemel akkumpanjati minn eks-plejers tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol fix-xrieret – inizjattiva li ghaqqdet l-isports tal-futbol ma’ dak tat-tigrijiet taz-zwiemel u li ntlaqghet tajjeb hafna kemm mill-ispettaturi kif ukoll mill-partecipanti - u tigrijiet tal-ponijiet ghal zghazagh li qed jitharrgu bhala sewwieqa.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva disa’ rizultati ta’ testijiet tad-doping li kollha kellhom rizultat negattiv.  Nifirhu lis-sidien u t-trainers ta’ Fyelehk (Finali tal-Burmarrad Commercials Coronation Cup – 11 ta’ Dicembru), Koko Loco (Finali tal-SECF Prix de Caen), Olifant du Pouy (Finali tal-SECF Prix de Cagnes Sur Mer), Label Chouan (Finali tal-SECF Prix de Cabourg), Night Inlet (Finali tal-SECF Prix d’Enghien), Nomade de Mai (Finali tal-SECF Prix d’Enghien), Mig of the Wood (Finali tal-SECF Prix de Vincennes), Nevaio des Bordes (Finali tal-SECF Prix de Vincennes) u Joker de Choisel (Finali tal-SECF Prix de Vincennes), l-ahhar tmienja minnhom kienu kollha mizmuma fit-18 ta’ Dicembru, li r-rizultati taghhom kollha kkonfermaw li kienu nodfa minn sustanzi projbiti.   


L-aqwa hinijiet tal-istagun


Gew irregistrati hinijiet impressjonanti fuq id-distanzi kollha din is-sena, inkluzi xi whud li ma kenux saru f’aktar minn sentejn.


L-aqwa hin fuq id-distanza ta’ 1,640m kien dak ta’ 1’13’8 fil-kilometru li sar minn kull wiehed miz-ziemel tat-trott Franciz Mon Daniel u z-zwiemel tat-trott Svedizi Livi Cantona u Candy Fantasy fl-Equestrian Festival fil-5 ta’ Gunju.  Dan kien l-aqwa hin registrat f’Malta fuq id-distanza minn April 2009.


L-aqwa hin fuq id-distanza ta’ 2,140m kien 1’14’7 fil-kilometru maghmul miz-ziemel tat-trott Svediz Livi Cantona fil-finali tal-klassi Premier tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels fit-30 t’Ottubru.  Dan kien l-aqwa hin fuq id-distanza minn April 2009.
 
L-aqwa hin fuq id-distanza ta’ 2,640m kien ta’ 1’15’0 fil-kilometru maghmul mill-Franciz Mig of the Wood fil-finali tal-SECF Prix de Vincennes fit-18 ta’ Dicembru, l-aqwa hin fuq id-distanza minn Gunju 2009.


L-aqwa hin fuq id-distanza ta’ 3,140m kien 1’17’5 fil-kilometru maghmul miz-ziemel Franciz In Vitro du Bourg f’tigrija tal-klassi Premier mizmuma fis-6 ta’ Mejju.


L-aqwa hin ta’ l-istagun fit-tigrijiet Monte’ kien dak ta’ 1’17’8 fil-kilometru rregistrat miz-ziemel tat-trott Olandiz Sir de Landerije fuq 2,160m, li huwa r-record nazzjonali fuq dik id-distanza fit-tigrijiet monte’.


Fil-xena tat-tigrijet tal-galopp, l-aqwa hin fuq id-distanza ta’ 1,250m (1’12’33 minuti) gie registrat miz-ziemel tal-galopp Irlandiz Fyelehk f’tigrija tal-klassi A mizmuma fit-23 ta’ Settembru.  L-istess ziemel kellu wkoll l-aqwa hin fuq id-distanza itwal ta’ 1,750m, b’hin ta’ 1’47’70 minuti maghmul fl-14 t’Ottubru f’tigrija tal-klassi A.


F’tigrija ohra tal-klassi A mizmuma fl-20 ta’ Frar, iz-ziemel tal-galopp Ingliz Uncle Bertie rregistra hin ta’ 2’15’58 minuti fuq id-distanza ta’ 2,250m, l-aqwa hin fuq dik id-distanza fl-2011.


Tassew hinijiet mill-aqwa fuq id-distanzi kollha kemm miz-zwiemel tat-trott kif ukoll minn dawk tal-galopp.  Nawguraw li l-istagun 2012 ikun ikkaratterizzat ukoll minn aktar hinijiet brillanti.


Nawgurawlkom ilkoll bidu eccitanti ghall-istagun il-gdid.