Thursday 19th January 2012
It-3 u r-4 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – it-22 u d-29 ta’ Jannar

minn Magnat


Se jsiru laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa fiz-zewg tmiem il-gimgha li gejjin, wahda nhar il-Hadd li gej 22 ta’ Jannar u ohra l-Hadd ta’ wara 29 ta’ Jannar.  Kull laqgha tibda’ fis-1.30pm u tikkonsisti fi tmien tigrjiet, kollha tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m, hlief ghal tigrija wahda tal-galopp fuq distanza ta’ 1,250m.  


Kull programm jinkludi tigrija tat-trott tal-klassi Premier.  Dik ta’ nhar il-Hadd li gej ghandha lista’ shiha ta’ 16 –il ziemel miktub li diversi minnhom gejjin minn rebhiet jew pjazzamenti tajba jew fil-klassi Premier jew f’dik Gold, bhal Energy Launcher, Nagano Phedo, Count of Life, Anguz R.C. u diversi ohrajn.


Ghal uhud rebha tarahom jitilghu ghal livelli ta’ punti oghla fil-klassi Premier, filwaqt li nuqqas ta’ pjazzament ifisser li xi ftit minnhom jigu relegati ghall-klassi Gold.


It-tigrija tal-klassi Premier tad-29 ta’ Jannar tinkludi wkoll lista shiha ta’ 16-il ziemel miktuba, b’partecipanti denji ta’ finali.  Dawn jinkludu lil Fire li rregistra erba’ rebhiet u pjazzament fit-tieni post fil-hames tigrijiet tieghu f’Malta, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fil-Prix de Vincennes ta’ Dicembru Nevaio des Bordes, u zwiemel ohra li gejjin minn rebha jew pjazzament tajjeb dan l-ahhar, bhal Noble d’Ete, Normand d’Oger, Magic de Assigny, Bello Fratello u ohrajn.


Ghandna wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Gold f’kull laqgha.  L-ewwel wahda ta’ nhar il-Hadd li gej hija riservata ghal zwiemel bl-oghla numru ta’ punti f’din il-klassi, fejn rebha (u kultant anki pjazzament tajjeb) twassal ghal promozzjoni ghall-klassi Premier.


Numru minnhom ikkompetew fil-klassi Premier sa dan l-ahhar, bhal Master Lupin, Key Value, Marquis Penalan, Manuel Jet, Or Noir Mabon u Dialect Af Prinfo.  Ohrajn gejjin minn prestazzjonijiet sbieh, bhal Jobie Lucky, Vasterbo Hitchiker, Najac, Nomade de Mai u l-bqija.


Zwiemel ta’ kwalita’ simili se jippartecipaw fit-tlett tigrijiet l-ohra tal-klassi Gold, li jinkludu wkoll id-debuttanti Pirate d’Urzy (FR) u Stoms Alex (SE).


Il-bqija tat-tigrijiet tat-trott huma erbgha ghall-klassi Silver, tlieta ghall-klassi Bronze u tnejn ghall-klassi Copper.  Hames debuttanti huma miktuba biex jiddebuttaw f’dawn it-tigrijiet, cioe’ Esmeralda Run (SE) fil-klassi Copper, Qualandry (FR) fil-klassi Bronze, Nicole L.H. (SE), Prince Feulavoir (FR) (it-tnejn skraccjati l-gimgha l-ohra) u Punch Em (SE) fil-klassi Silver.


It-tigrija tal-galopp tal-klassi A tara lista ta’ seba’ zwiemel li jinkudu fost ohrajn ir-rebbieh tal- McDonalds Mediterranean Derby tal-2011 Buttermilk, ir-rebbieh tal-Burmarrad Commercials Coronation Cup tal-2011 Fyelehk, kif ukoll Marivan u Sandy’s Dream u d-debuttanti Capital Hill (SE), Darielli (US) u Sellybegood (IR).


Id-dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel se jkunu b’seba’ ghajnejn fuq l-istat ta’ forma kurrenti taz-zwiemel f’dawn l-ahhar laqghat qabel il-bidu tal-kampjonati ta’ din is-sena fi Frar...


L-ahhar laqghat


L-istagun tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 fetah fi tmiem il-gimgha li ghadda b’zewg laqghat li kienu jikkonsistu f’14-il tigrija tat-trott b’kollox, kollha fuq id-distanza ta’ 2,140m.


L-aktar tigrija mistennija ta’ tmiem il-gimgha kienet probabbli t-tigrija tal-klassi Premier tal-Hadd riservata ghal zwiemel bl-oghla punti f’dik il-klassi.  Din rat lil Normand d’Oger jiehu vantagg bikri li zamm kwazi ghad-distanza kollha.  Madankollu wara li avvanza qrib iz-ziemel ta’ quddiem b’dawra mit-tmiem, Fire wera l-isportu kumbattiv tieghu meta hareg bi sprint impressjonanti fid-dritta tat-tmiem, u rnexxielu jghaddi lil Normand d’Oger b’distakk minimu wara li gie kkonsultat il-photo-finish.


Fire ha r-raba rebha f’Malta u rregistra l-ahjar hin ta’ tmiem il-gimgha ta’ 1’15’3 fil-kilometru.  Magic de Assigny u Bello Fratello spiccaw it-tielet u r-raba’ rispettivament.


It-tigrija tas-Sibt tal-klassi Premier kienet iddominata ghal prattikament id-distanza kollha minn Noble d’Ete li ha t-tieni rebha tieghu f’Malta b’mod komdu b’1’15’9 fil-kilometru, minkejja l-attakk ta’ Master Lupin fid-dritta finali.  Dan ta’ l-ahhar gie skwalifikat b’Anguz R.C. jispicca fit-tieni post, segwit minn Nobel de Grimoult u Energy Launcher.


L-ewwel tigrija tal-klassi Gold ta’ tmiem il-gimgha rrizultat fl-ewwel rebha f’Malta b’margni rispettabbli ghal Touch The Diamond, meta kien l-ahjar fost diversi izwiemel li sfidaw lil xulxin fid-dritta finali.  Novak, Race Ball u Jigsaw spiccaw warajh f’dik l-ordni.


Wara taqtiegha qawwija bejn Nagano Phedo u Count of Life, tmiem iehor bil-photo-finish irrizulta fir-raba’ rebha fostna ghal ta’ l-ewwel, biz-zewg zwiemel jigu promossi ghall-klassi Premier.  Nomade de Mai (li kien fuq quddiem ghal hinijiet twal) u Big Hit spiccaw immedjatament warajhom.


Minkejja li beda bin-numru difficli 16, Jobie Lucky xorta kien b’sahhtu bizzejjed biex jipproduci sprint finali brillanti li gabu fuq quddiem fl-ahhar parti tad-dritta finali fit-tigrija tieghu tal-klassi Gold, u ha t-tieni rebha tieghu f’Malta f’hin iehor tajjeb ta’ 1’15’9 fil-kilometru.  Najac, Lime Casted u Baron GL hadu l-pjazzamenti li kien fadal.


Ta’ min wiehed jinnota wkoll il-hin tajjeb hafna ghall-klassi Silver (1’15’7 fil-kilometru) ta’ Nicos de Peneme, meta zieda fil-velocita’ impressjonanti nofs dawra mit-tmiem wasslet ghall-ewwel rebha tieghu fostna b’distakk konsiderevoli minn Mint Condition.  It-tigrijiet l-ohra tal-klassi Silver raw rebhiet ghal Olympio des Loyaux quddiem Flying As, Notice As minn Zilver Boko u Magnum quddiem Nympheta de Besoir.


It-tigrijiet l-ohra intrebhu minn Mr King, Robin Lou, Nereus Galbe u Mario d’Orbec fil-klassi Bronze u Papa’s Dream fil-klassi Copper. 


Testijiet tad-doping


Iz-ziemel tat-trott Mealington u s-sidien tieghu gew sospizi ghal perjodu ta’ sena mill-Malta Racing Club kemm milli jikkompetu fit-tigrijiet kif ukoll mid-dhul fil-paddock, minhabba offizi relatati ma’ test tad-doping. 


Debuttanti fl-2011


Il-bidu tal-istagun il-gdid u d-debuttanti li diga’ qed naraw din is-sena, nebbhuni biex naghti daqqa t’ghajn lejn l-istatistika tad-debuttanti tas-sena l-ohra.


Abbazi tal-informazzjoni disponibbli, n-numru ta’ zwiemel tat-trott differenti li kkompetew f’almenu laqgha ufficjali wahda matul l-2011 kien jammonta ghal 765 – ftit anqas mic-cifra tal-2010 (781) izda aktar minn dik tal-2009 (744).  In-numru ta’ zwiemel tal-galopp lahaq it-43, ftit inqas mid-49 tal-2010 u s-46 tal-2009.


Fost iz-zwiemel tat-trott, madwar wiehed minn kull tlieta kien debuttant matul l-2011, cioe’ 253 debuttant, li huwa t-tieni l-oghla numru ta’ debuttanti f’sena kalendarja (l-aqwa kien 261 fis-sena 2000).  Fost iz-zwiemel tal-galopp madwar nofs iz-zwiemel li kkompetew kienu debuttanti, cioe’ total ta’ 22 debuttant, wiehed aktar mill-2010. 


Kwazi d-debuttanti kollha tat-trott kienu Ewropej u anki d-debuttanti Amerikani grew fl-iSkandinavja.  Il-maggoranza taz-zwiemel tat-trott godda kienu Francizi (141, rekord ghal debuttanti minn pajjiz partikolari – 55.73%), sewgiti mill-iSvedizi fuq 81 (32.02%), numru oghla minn dak li kellna fl-ahhar sentejn.  Bejniethom Franza u l-iSvezja kellhom kwazi 88% tad-debuttanti tat-trott f’Malta fl-2011.


Imbaghad jigu d-Danizi u l-Germanizi b’9 kull wiehed (3.56% kull wiehed), u t-13 (jew ftit aktar minn 5%) li fadal jinqasmu bejn il-Finlandja, l-Italja, l-Olanda, n-Norvegja u l-Istati Uniti.  


Fost iz-zwiemel tal-galopp, il-pajjiz tal-origini ewlieni kien l-Irlanda b’9 (40.91%), sewgit mill-Istati Uniti b’4 (18.18%), imbaghad Franza u l-Gran Brettanja bi 3 kull wiehed (13.64% kull wiehed) u t-3 zwiemel li fadal jinqasmu bejn l-Italja u l-Germanja.


Iz-zwiemel tat-trott godda kienu predominantement dawk ta’ 9 snin (83 – 32.81%) u ta’ 10 snin (69 – 27.27%), imbaghad b’qabza kbira ghal dawk ta’ 8 snin (31 – 12.25%), ta’ 11-il sena (29 – 11.46%) u ta’ 7 snin (21 – 8.30%), u bl-20 ziemel tat-trott li jifdal jinqasmu bejn is-snin l-ohra bejn 4 u 13-il sena.


Fost iz-zwiemel tal-galopp, l-aktar eta’ popolari fost id-debuttanti kienet 5 snin (7 – 31.82%), segwiti minn dawk ta’ tlett snin (5 – 22.73%) u dawk ta’ 4 u 6 snin b’4 (18.18%) kull wiehed, biz-zewg zwiemel li jifdal ikunu wiehed ta’ 7 u l-iehor ta’ 8 snin.


Aktar minn wiehed minn kull tlett zwiemel tat-trott godda inkitbu fil-klassi Silver (87 ziemel – 34.39%), b’numri kwazi ndaqs bejn il-klassijiet Gold u Premier, 75 fil-klassi Gold (29.64%) u 73 fil-klassi Premier (28.85%).  Il-bqija inqasmu bejn il-klassijiet Bronze (14), Copper (3) u Qualification (1).


Statistici u numri ... izda wara kull numru hemm ziemel bil-passat tieghek, gej minn pajjiz il-boghod sabiex jigri fostna.


Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fiz-zewg tmiem il-gimgha li gejjin.