Friday 3rd February 2012
Il-5 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – il-5 ta’ Frar

minn Magnat


Fil-korsa tal-Marsa se ssir laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel nhar il-Hadd li gej 5 ta’ Frar, li tibda’ fis-1.30pm.  Il-programm jikkonsisti f’sitt tigrijiet tat-trott u tigrija tal-galopp.


L-attrazzjoni ewlenija tal-laqgha tinvolvi erba’ semi-finali mill-Kampjonat Assikura fuq distanza ta’ 2,140m.  Dan il-kampjonat huwa riservat ghal zwiemel tat-trott li mhumiex la Francizi u lanqas Svedizi – z-zewg nazzjonalitajiet tal-ahhar huma l-aktar prevalenti fost iz-zwiemel tat-trott li jigru f’Malta.


Il-partecipanti f’dan il-kampjonat gejjin minn disa’ pajjizi differenti.  Ghalkemm mhux numeruzi wisq, dawn jinkludu diversi zwiemel tat-trott popolari.


Il-kampjonat huwa maqsum f’kategorija A li fiha nsibu zwiemel mill-klassi Premier, il-klassi Gold u l-parti ta’ fuq tal-klassi Silver, bil-bqija jinghaqdu f’kategorija B.  Se jinzammu zewg semi-finali minn kull kategorija, bi hdax-il ziemel f’kull tigrija ta’ kategorija A u tlettax f’kull semi-finali minn kategorija B.


Ghaxar zwiemel (hamsa minn kull semi-finali) jikkwalifikaw ghall-finali ta’ kull kategorija, li se jinzammu fi zmien gimghatejn ohra.


Hames zwiemel tat-trott huma miktuba biex jiddebuttaw f’dawn is-semi-finali, cioe’ Ackaturbo (BE- klassi Bronze / kategorija B), Ygor of Pass (NL – klassi Silver / kategorija B – li kien gie skraccjat qabel), Imbra d’Alfa (IT – klassi Premier/ kategorija A), Side Spin (USA – klassi Gold / kategorija A) u Tygo Idzarda (GER – klassi Premier/ kategorija A).


Iz-ziemel ta’ hdax-il sena Tygo Idzarda huwa rregistrat bl-akbar numru ta’ punti possibbli ghal debuttant fil-klassifikazzjoni tal-MRC.  Ghandu rebh ta’ Euro256,224, l-aqwa hin ta’ 1’12’6 fil-kilometru u prestazzjonijiet pozittivi fuq distanzi kemm qosra kif ukoll twal f’pajjizi bhal Franza, l-iSvezja u zewg rebhiet fil-Finlandja s-sena l-ohra.


Fit-tigrija “normali” tal-klassi Premier hemm 14-il ziemel miktub, fosthom zwiemel li gew promossi dan l-ahhar bhal Nomade de Mai, Nagano Phedo, Janitor u Ouest du Vivier, zwiemel b’esperjenza fostna bhal Energy Launcher, Kojak d’Isques u ohrajn, Nuage de Bourgogne (FR) li ddebutta l-gimgha l-ohra meta dahal bhala riserva, d-debuttant Master Gede (FR) u z-zwiemel l-ohra li huma kollha popolari. 


It-tigrija l-ohra tat-trott hija wahda ghall-klassi Bronze.  Ghall-precizjoni ninnutaw li f’wahda mit-tigrijiet tal-klassi Bronze tal-gimgha l-ohra, ghamlet id-debutt taghha Donna Giant (SE) li dahlet bhala riserva.


Ghandna wkoll tigrija interessanti tal-galopp tal-klassi A fuq distanza ta’ 1,750m, b’seba’ zwiemel miktuba, li huma Kimberley Downs, rebbieh tal-Exotique Challenge Cup 2011, Just The Best rebbieh ghal darbtejn fil-passat tal-Mediterranean Derby, Friarscourt rebbieh tal-Piscopo Cup 2011, l-aktar ziemel tal-galopp konsistenti tas-sena l-ohra Ollie Fliptrik, il-finalist tal-Coronation Cup tal-2011  Marivan u zewg debuttanti Brittanici, Palagonia u Sleep Walking.


Ghalkemm it-tigrijiet taz-zwiemel huma dejjem eccitanti, xejn ma jeghleb l-ispirtu kompetittiv li jiggeneraw il-kampjonati.  Nistennew aktar kampjonati missielta u ta’ livell oghli din is-sena.  Se nibdew bil-Kampjonat Assikura ...


Last meetings 


L-aspetti ewlenin tal-ahhar zewg laqghat kienu z-zewg tigrijiet tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,140m. 


Fit-tigrija tat-22 ta’ Jannar, Arifant ha l-kmant tat-tigrija kmieni u zammu sa nofs dawra mit-tmiem, meta nqabez minn Count of Life li baqa sejjer biex ha l-ewwel rebha tieghu fl-ahhar tmien xhur u nofs f’hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru, quddiem Anguz R.C., Energy Launcher u Troubadour S.


It-tigrija missielta ta’ nhar il-Hadd li ghadda finalment spiccat b’taqtiegha ras imb’ras fid-dritta finali bejn True Q u Bonus Kall.  Ta’ l-ewwel ha t-tieni rebha tieghu f’Malta b’nofs tul, f’hin tajjeb ta’ 1’16’2 fil-kilometru quddiem l-imsemmi  Bonus Kall, Arnie Sensation u Orion d’Ostal.


Nomade de Mai ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta u kiseb il-promozzjoni ghall-klassi Premier fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, meta rebah b’aktar minn tul minn Vasterbo Hitchiker, Jobie Lucky u Dialect Af Prinfo, f’hin ta’ 1’16’5 fil-kilometru.


Le Bolide du Suret ukoll rebah ghall-ewwel darba fostna fit-tigrija li kien imiss tal-klassi Gold, li kienet ikkaratterizzata minn taqtiegha eccitanti bejn xejn anqas minn erba’ zwiemel fid-dritta finali.  L-ewwel tlieta spiccaw prattikament f’linja dritta, b’Le Bolide du Suret jeghleb lil Hulot u Natif de l’Hommee b’ras u Race Ball jispicca r-raba’.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’9 fil-kilometru.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Hadd li ghadda, She’s Dreamlike ccelebrat it-ritorn taghha ghat-tigrijet wara assenza ta’ sitt xhur meta hadet it-tielet rebha minn daqstant tigrijiet f’Malta.  Marret quddiem fl-ahhar kilometru u baqghet hemm sat-tmiem, biex rebhet f’1’16’9 fil-kilometru quddiem Nicos de Peneme, Ouragan d’Any u L’Ideal de Fersan.


Fit-tigrija l-ohra tal-klassi Gold, Label Chouan irregistra l-hames rebha tieghu f’Malta (kollha fl-ahhar erba’ xhur u nofs), meta spicca numru ta’ tulijiet quddiem Reado November, Oscar de la Vallee u Touch The Diamond, f’hin tajjeb ta’ 1’16’3 fil-kilometru.


It-tigrija tal-galopp tal-klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m rat prestazzjoni mill-aqwa tad-debuttant Darielli, li rebah b’mod komdu mill-favorit Fyelehk u Marivan.


Ir-rebbieha l-ohra kienu New Hope u Newmarket Boy fil-klassi Copper, Marchallah, Morgan Kane u Olympus du Bouffey fil-klassi Bronze u Zilver Boko, Socrates, Sweep The Floor u Must du Buisson fil-klassi Silver.


Zwiemel tat-trott minn pajjizi li mhumiex Franza u l-iSvezja


Minhabba l-persentagg oghli ta’ zwiemel tat-trott Francizi u Svedizi li jtellqu f’Malta jista’ jkun hemm tendenza li zwiemel tat-trott ta’ nazzjonalitajiet ohra ma jissemmewx daqstant spiss daqs dawk tal-ewwel.  It-Tazza Assikura hija mmirata sabiex tiffoka fuq zwiemel ta’ nazzjonalitajiet ohra bhal dawn.  Il-partecipanti gejjin minn xejn inqas minn disa’ pajjizi differenti, cioe’ l-Belgju, d-Danimarka, l-Finlandja, il-Germanja, il-Gran Brettanja (dan iz-ziemel twieled id-Danimarka izda gie rregistrat fil-Gran Brittanja), l-Italja, l-Olanda, n-Norvegja u l-Istati Uniti.  


Dawn il-pajjizi huma wkoll fost ta’ quddiem fix-xena tat-tigrijiet tat-trott internazzjonali.  L-Istati Uniti huwa pajjiz ewlieni fid-dinja tat-trott, l-Italja huwa wiehed mit-tlett pajjizi ta’ fuq nett fit-trott Ewropew, filwaqt li hafna mill-ohrajn ukoll ghandhom tradizzjoni ta’ tigrijiet tat-trott twila u taw diversi zwiemel  mill-aqwa lill-komunita’ internazzjonali tat-tigrijiet.


Matul dawn l-ahhar 15 sena, wiehed minn dawn kien iz-ziemel tat-trott Taljan Varenne (mwieled fl-1995 – irtirat fl-2002), rebbieh fost ohrajn tad-Derby Italiano del Trotto, il-Gran Premio delle Nazioni u l-Breeders’ Crown, rebbieh ghal darbtejn tal-Prix d’Amerique u tal-Elitloppet u rebbieh ghal tlett darbiet tal-Gran Premio Lotteria d’Agnano; leggenda tat-tigrijiet u tat-taghmir.


Rebbieha ta’ kwazi US$5.6 miljuni sal-irtirar taghha fis-sena 2000, id-debba Amerikana Moni Maker (imwielda fl-1993) hija leggenda ohra u rebhet fost ohrajn il-Prix d’Amerique, il-Copenhagen Cup, il-Breeders’ Crown, l- Elitloppet, it-Trotting Classic Stakes, il-Gran Criterium de Vitesse u l-Gran Premio delle Nazioni.


Iz-ziemel tat-trott ta’ disa’ snin Brioni ghadu attiv s’issa u ghadu kif gie nkurunat iz-ziemel tas-sena 2011 fl-iSvezja.  Huwa rebah aktar minn SEK11.5 miljuni u tigrijiet internazzjonali prestigjuzi bhall-Kampjonat Ewropew ghaz-zwiemel ta’ 5 snin, l-Elitloppet u l-Olympic Trot.  Ziemel tat-trott Germaniz iehor Abano As (imwieled fl-1997), rebah il-Prix d’Amerique u tigrijiet prestigjuzi ohra, bhall-Breeders’ Crown, il-Criterium Continental u ohrajn. 


Ziemel tat-trott iehor maghruf dan l-ahhar huwa n-Norvegiz Jetstile (mwieled fl-2001), rebbieh fost l-ohrajn tal-Kampjonat Ewropew ghaz-zwiemel ta’ 5 snin u tal-Forus Open. 


U dawn huma biss ftit ezempji taz-zwiemel tat-trott mill-aqwa li originaw f’dawn il-pajjizi. 


Diversi zwiemel gejjin minn dawn il-pajjizi kellhom ukoll prestazzjonijiet tajbin hafna f’Malta.  Minbarra z-zwiemel tat-trott ta’ klassi li ghandna llum, rajna wkoll zwiemel mill-aqwa fil-passat.


Dawn jinkludu t-Taljan Teseide, rebbieh ta’ 17-il tigrija fil-korsa prezenti kif ukoll diversi ohra fl-antika, l-Finlandiz Ilex Garden rebbieh ta’ 17-il tigrija f’Malta, iz-ziemel tat-trott Amerikan Huggie Hanover rebbieh tat-Tazza tal-President darbtejn, rebbieh tat-Tazza Red Leaf u ta’ finali ta’ Condition Race f’total ta’ 16-il rebha, d-Daniz Cyrus Bonbeth ukoll rebbieh 16-il darba, inkluz it-Tazza Oracle Casino u zewg finali ta’ Condition races, kif ukoll hafna zwiemel eccellenti ohra.


It-Tazza Assikura ticcelebra lil dawn iz-zwiemel tat-trott, lill-pajjizi tal-origini taghhom u lill-wirt ekwestriku taghhom u hija mmirata li tinkuruna l-aqwa zwiemel tat-trott li ghandna fostna li mhumiex Francizi jew Svedizi.


Nawgurawlkom ilkoll laqgha eccitanti nhar il-Hadd li gej.