Thursday 9th February 2012
Is-6 u s-7 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – l-10 u t-12 ta’ Frar

minn Magnat


Zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu fil-korsa tal-Marsa nhar il-Gimgha 10 ta’ Frar (festa pubblika ta’ San Pawl Nawfragu) u l-Hadd 12 ta’ Frar, it-tnejn jibdew fis-1.30pm.   It-tigrijiet fil-programmi rispettivi huma kollha tat-trott, b’tal-Gimgha tinkludi seba’ tigrjiet u tal-Hadd tmien tigrijiet, kollha fuq distanza ta’ 2,640m.


L-attrazzjonijiet ewlenin tat-tigrijiet ta’ tmiem il-gimgha li gej huma z-zewg tigrjiet tal-klassi Premier, wahda f’kull programm, b’lista’ ta’ 15-il ziemel miktub f’kull wahda.


Fit-tigrija tal-Gimgha, erbgha mill-partecipanti huma debuttanti Francizi ta’ 11-il sena, cioe’ Nabab du Chatelet, Net de Ginai, Nino de Saintho u Nono de Crouay, flimkien ma’ numru ta’ zwiemel tat-trott stabbiliti, bhal Bonus Kall li ha pjazzament tajjeb fit-tieni post fl-ahhar harga tieghu, ir-rebbieh tal-Prix d’Enghien ta’ Dicembru Night Inlet, Normand d’Oger li rregistra hin tajjeb hafna ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 2,140m ftit gimghat ilu u zwiemel tat-trott maghrufa ohra.


It-tigrija tal-Hadd ukoll tinkludi diversi zwiemel popolari, bhal Fire, rebbieh ta’ erbgha mis-sitt hargiet tieghu f’Malta, True Q rebbieh tal-ahhar tigrija tieghu, Noble d’Ete li rebah dan l-ahhar, zwiemel li kellhom pjazzamenti tajbin fl-ahhar zmenijiet, bhal Arnie Sensation u Bello Fratello, kif ukoll tlett debuttanti rregistrati bl-oghla numru ta’ punti ghad-debuttanti fil-klassifikazzjoni tal-MRC.


Iz-ziemel Svediz ta’ ghaxar snin Matrix Reloaded ghandu rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,774,218, l-aqwa hin ta’ 1’11 fil-kilometru fuq 1,609m, bi 11-il rebha u diversi pjazzamenti.  L-aqwa prestazzjonijiet tieghu fl-2011 jinkludu rebha u zewg pjazzamenti fit-tielet post kollha fuq 1,640m.


Iz-ziemel Franciz ta’ hdax-il sena Narval d’Ecajeul ghandu rebh barra minn Malta ta’ Euro386,526, l-aqwa hin ta’ 1’11.7 fil-kilometru fuq 2,100m, bi 18-il rebha u hafna pjazzamenti.  L-aqwa prestazzjonijiet tieghu fl-2011 jinkludu rebha fuq 1,680m u zewg pjazzamenti fit-tieni post fuq 2,600m u 2,925m.


Iz-ziemel Svediz ta’ disa’ snin Versace Boko ghandu rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,114, 657, l-aqwa hin irregistrat darbtejn ta’ 1’12’7 fil-kilometru, d-darbtejn fuq 1,640m, bi 11-il rebha u diversi pjazzamenti. L-aqwa prestazzjonijiet tieghu tal-2011 jinkludu zewg pjazzamenti fir-raba’ post it-tnejn fuq 2,680m u f’dik is-sena ghamel wiehed mill-aqwa hinijiet tieghu ta’ 1’12’7.


Hemm ukoll zewg tigrijiet tal-klassi Gold f’kull programm, li huma lkoll ferm ibbilancjati u interessanti.


Ghalhekk per ezempju, l-ewwel wahda tal-Hadd tghaqqad flimkien zwiemel li huma ferm vicin tal-promozzjoni ghall-klassi Premier, bhal Vasterbo Hitchiker, li gej minn rebha u pjazzament fit-tieni post, Jobie Lucky, li gej minn rebha u pjazzament fit-tielet post, ir-rebbieh tal-Prix de Cabourg Label Chouan, li gej minn zewg rebhiet fl-ahhar tlett hargiet tieghu, Le Bolide du Suret li rebah l-ahhar tigrija tieghu u z-zwiemel l-ohra interessanti kollha.


Apparti d-debuttanti tal-klassi Premier imsemmija aktar ‘il fuq, erba’ zwiemel Francizi huma wkoll mistennija jiddebuttaw fil-klassi Silver:  Pacha de Sassy, Phenix d’Or, Prince du Moutier and Prince Orange.  


Wara s-semi-finali tal-kampjonat Assikura nhar il-Hadd li ghadda, issa nirritornaw ghat-tigrijiet normali hekk kif zwiemel tan-nazzjonalitajiet kollha qed jigu ppreparati bis-shih ghall-heats tat-Tazza l-Kbira, li ghandhom jinzammu fil-bidu ta’ Marzu.


L-ahhar laqgha


Ghalkemm kien fiha biss seba’ tigrijiet u nzammet f’temp xitwi, l-ahhar laqgha kienet tinkludi varjeta’ ta’ aspetti interessanti.


L-ewwelnett rajna erba’ semi-finali mill-Kampjonati Assikura riservati ghal zwiemel li mhumiex la Francizi u lanqas Svedizi fuq distanza ta’ 2,140m.  Ghaxar zwiemel ikkwalifikaw ghall-finali kemm ta’ Kategorija A kif ukoll ta’ Kategorija B.


F’Kategorija A (Premier, Gold u l-parti ta’ fuq tal-klassi Silver), l-ewwel semi-finali rat sfida interessanti fl-ahhar nofs dawra bejn Indian Attack, Zilver Boko u Reado November, b’ta’ l-ewwel fl-ahharnett jikseb l-ewwel rebha tieghu fl-ahhar hames xhur b’madwar tlett tulijiet f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru. Zilver Boko, Reado November, Darco As u Socrates ghaddew ukoll ghall-finali.


It-tieni semi-finali kienet ikkaratterizzata mill-iktar tmiem missielet tal-laqgha, meta Knockout Molar u Count of Life grew b’sahha kbira d-dritta tat-tmiem prattikament flimkien.  Fl-ahhar il-photo-finish iddikjara lil Knockout Molar bhala r-rebbieh (it-tieni rebha tieghu f’Malta) b’distakk minimu, b’Count of Life, d-debuttant Side Spin, Newman u Big Hit ikunu l-finalisti l-ohra.  Il-hin tar-rebbieh kien ukoll ta’ 1’17’1 fil-kilometru.


F’Kategorija B (ghall-bqija tal-klassi Silver, flimkien mal-klassijiet Bronze u Copper), id-debuttant Belgjan Ackaturbo kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, izda nqabez minn Lady Holmely (l-ewwel rebha stagjonali ghaliha) fl-ahhar parti tad-dritta tat-tmiem, b’Garden Pax, Joker Pitstop u Klokkeblomst ukoll jiehdu posthom fil-finali. 


Fis-semi-finali l-ohra ta’ Kategorija B kellna storja simili, meta Morgan Kane ta sprint qawwi biex gheleb lil Giant Game fid-dritta tat-tmiem u ha t-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali, b’Hawkear, Splanky u Prince Regent ikunu l-bqija taz-zwiemel li kkwalifikaw. 


It-tigrija tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,640m rat prestazzjoni dominanti ta’ Nuage de Bourgogne fit-tieni tigrija tieghu f’Malta.  Dan iz-ziemel ha vantagg bikri u ma kellu l-ebda nkwiet matul it-tigrija kollha, biex fl-ahhar ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’madwar ghaxar tulijiet minn Candy Fantasy, Energy Launcher u Oviedo Vici, ghal darb’ohra f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru.


Kimbereley Downs ukoll iddomina t-tigrija tieghu tal-galopp tal-klassi A fuq 1,750m, meta rebah b’numru ta’ tulijiet minn Ollie Fliptrik u Just The Best.


It-tigrija li kien fadal, ghal zwiemel tal-klassi Bronze, intrebhet minn Noe de Loudat.


Sewwieq tax-xahar – Jannar 2012


Minn din is-sena, l-Malta Racing Club nieda l-unur tas-Sewwieq tax-Xahar, li huwa ntiz li jaghti rikonoxximent lis-sewwieq li jkun iddistingwa ruhu l-aktar ghal xi raguni specifika fix-xahar partikulari.  Dan l-unur huwa sponsorjat minn Top Horse. 


L-ewwel edizzjoni ta’ dan l-unur intrebhet mis-sewwieq ta’ 24 sena Shaun Portelli, li t-tlett rebhiet (fuq True Q, Morgan Kane u Newmarket Boy) matul ir-raba’ laqgha tal-istagun rebbhuh l-unur.  Prosit tassew lil Shaun. 



Tislima lil George “Bubuna” Schembri


Ftit qabel il-bidu tal-laqgha ta’nhar il-Hadd li ghadda, lkoll tnikkitna bl-ahbar tal-mewt ta’ George Schembri (maghruf bhala “Il-Bubuna”).  Matul il-laqgha ta’ nhar il-Gimgha li gejja, il-Malta Racing Club se jikkommemora lil George f’cerimonja li fiha, apparti l-funeral tieghu, se naghtuh l-ahhar tislima taghna fil-korsa fejn kien protagonist ghal tant snin.


George kien prezenza kostanti fil-korsa matul iz-zmien kollu li niftakar.  Niftakarni bhala tifel nistaqsi ghaliex ighidulu “Bubuna”.  Kellu talent u kien tattikament makakk f’kull ma kellu x’jaqsam mat-tigrijiet taz-zwiemel, kemm bhala trainer kif ukoll bhala sewwieq u kemm fit-tigrijiet tal-galopp kif ukoll f’dawk tat-trott, xi haga li wiehed ma tantx jiltaqa’ maghha.


Rebah l-unur ta’ sewwieq Campjin numru ta’ drabi, rebah titli prestigjuzi fuq varjeta’ ta’ zwiemel tal-galopp u tat-trott, kien rapprezentant tas-sidien u tas-sewwieqa fuq il-Kunsill tal-MRC.  F’kelma wahda, okkupa r-rwoli kollha li wiehed jista’ jahseb fihom fil-qasam tat-tigrijiet.


Jiguni f’mohhi tant memorji eghziez ta’ George. Ghadni qed narah jidderiegi lil Kysko ghal attakk brillanti fuq Isard du Pont fl-ahhar nofs dawra tal-ahhar fazi tal-kampjonat Farsons (fi stil ta’ league) 1986 biex jannulla is-sitt tulijiet vantagg li kellu dan tal-ahhar, jiehu l-vantagg u jirbah b’sitt tulijiet netti u jirbah il-kampjonat.  Imbaghad, fl-istess laqgha, George kompla billi dderiega lil Mont Saint Aubert biex imur fuq quddiem matul it-tigrija kollha u jirbah biex ikkonferma wkoll it-tieni post f’dak il-kampjonat – l-ewwel u t-tieni mpressjonanti ghalih!


Imbaghad, id-dehra tal-Bubuna isuq lil Nicolas de la Fuye sabiex imur quddiem fl-ahhar 500 metru tal-finali tat-Tazza l-Kbira tal-1988, jibqa’ sejjer ghal rebha mpressjonanti minn diversi zwiemel maghrufa, u jaqsam il-linja finali bi Schembri propju bil-wieqfa fuq is-serkin tieghu f’xena li tfakkarna fil-film Ben-Hur (gest li kienu ghamlu anki qabel fuq Kysko).


U mbaghad sena wara, bbrilla fit-tigrijiet tal-galopp, meta saq b’mod espert lil Swing Singer biex rebah il-Mediterranean Derby.  U xi nghidu ghall-immagini ta’ Reviens jiehu r-rails kmieni fil-finali tal-Coca Cola Cup 1992, u jzomm il-kmand matul it-tigrija kollha sal-gister minkejja d-diversi sfidi li kellu – ghadni niftakar lil George jheggeg b’mod energiku liz-ziemel li kien qed isuq biex jaghti l-aqwa tieghu meta kellu attakk qawwi minn Sanit fl-ahhar metri!


Kemm ritratti ... kemm rebhiet!  Ghalkemm ma kienx twil fid-daqs, George jibqa’ dejjem kbir fil-kontribuzzjoni tieghu lill-qasam tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


Naghtu l-oghmor sincier lill-familjari u ta’ George u lil dawk li kienu qrib tieghu.


Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.