Friday 17th February 2012
It-8 u d-9 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – id-19 u s-26 ta’ Frar

minn Magnat


Se jsiru laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa fiz-zewg tmiem il-gimgha li gejjin, wahda nhar il-Hadd li gej 19 ta’ Frar u ohra l-Hadd ta’ wara 26 ta’ Frar.  Kull laqgha tibda’ fis-1.30pm u tikkonsisti f’xejn inqas minn hdax-il tigrija, kollha tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m, hlief ghal tigrija wahda tal-galopp fil-programm ta’ nhar il-Hadd li gej.  


L-attrazzjoni ewlenija tal-laqgha ta’ nhar il-Hadd li gej tikkonsisti fiz-zewg finali tal-Kampjonat Assikura ghal zwiemel tat-trott li mhumiex la Francizi u lanqas Svedizi.  Fil-finali tal-Kategorija A, kwazi l-ghaxar finalisti kollha jikkompetu fil-klassi Premier jew f’dik Gold u l-partecipanti kollha huma zwiemel ta’ kwalita’.  Il-lista shiha hija Big Hit, Knockout Molar, Indian Attack, Zilver Boko, Socrates, Darco As, Count of Life, Side Spin, Newman u Reado November – 3 Danizi, 3 Germanizi, 2 Finlandizi, 1 Olandiz and 1 Amerikan.


Anki l-finali tal-Kategorija B li tingera fl-istess gurnata hija mimlija bi protagonisti interessanti. Dawn huma Klokkeblomst, Ackaturbo, Splanky, Morgan Kane, Prince Regent, Joker Pitstop, Lady Holmely, Giant Game, Hawkear u Garden Pax – 6 Danizi, u 1 minn kull wiehed mill-Belgju, l-Finlandja, n-Norvegja u l-Istati Uniti.


Minhabba x-xewqa li z-zwiemel li se jikkompetu fit-Tazza l-Kbira jinghataw gimghatejn mistrieh qabel il-heats, tlett tigrijiet tal-klassi Premier u tigrija ghal zwiemel bl-oghla punti fil-klassi Gold se jinzammu nhar il-Hadd li gej.


Kull wahda mit-tigrijiet tal-klassi Premier ghandha lista shiha ta’ 16-il ziemel miktub.  Dawn jinkludu zwiemel tat-trott tal-oghla kwalita’, minn rebbieha ta’ dan l-ahhar bhal Nuage de Bourgogne, Nabab du Chatelet, Label Chouan u ohrajn, ghal diversi zwiemel stabbiliti, kif ukoll id-debuttanti Idea di Re (IT), Natif de Fontaine (FR) u Nougat Voideen.  Dawn huma tigrijiet ferm ibbilancjati li ghandhom ikunu spettakolari.


L-istess jista’ jinghad ghat-tigrijiet tal-klassi Gold, li wahda minnhom se tinzamm nhar il-Hadd li gej u t-tlieta l-ohra il-Hadd 26 ta’ Frar. 


Anki dawn jinkludu hafna zwiemel interessanti.  Dawk li sa dan l-ahhar kienu qed itellqu fil-klassi Premier, bhal Arifant, Nagano Phedo, Nous Dix de l’Erve, Obi Wan Kenobi u ohrajn, dawk li gejjin minn rebha fl-ahhar tigrija taghhom, bhal Le Bon Mayennais, Orlando Tejy, Orphee Kadesh, Oscar de la Vallee u Ouragan d’Any, id-debuttanti Delicious Brother (NO), Okir de Leau (FR), Paradis du Lupin (FR), Prince November (SE) u Simb From Abroad (SE), u z-zwiemel kollha validi l-ohra.


Minbarra d-debuttanti msemmija aktar ‘il fuq, Petrus du Vivier (FR) huwa wkoll miktub biex jiddebutta fil-klassi Silver.


It-tigrija tal-galopp tal-klassi A se tkun ikkontestata fuq id-distanza twila ta’ 2,250m minn seba’ zwiemel.  Dawn huma d-debuttant Carling (GB), Capital Hill u Palagonia li ddebuttaw dan l-ahhar , Ollie Fliptrick, li spicca fit-tieni post gimghatejn ilu, ir-rebbieh tal-Piscopo Cup Friarscourt, ir-rebbieh ghal darbtejn tal-Mediterranean Derby, Just The Best, u Pride of India, li qed jerga’ jirritorna wara assenza ta’ tlett xhur.


Zewg finali, diversi tigrijiet tal-klassijiet Premier u Gold, tigrija tal-galopp tal-klassi A u programmi mimlija ta’ 11-il tigrija ‘l wiehed – l-ingredjenti kollha ghal zewg wara nofsinharijiet mill-aktar pjacevoli fil-korsa.


L-ahhar laqghat


Il-laqghat li kellna fi tmiem il-gimgha li ghadda kienu kkaratterizzati b’diversi hinijiet tajbin hafna taht il-1’16’8 fil-kilometru li gew imkejjla f’tigrijiet tal-klassijiet Premier u Gold fuq id-distanza ta’ 2,640m.


Fit-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Gimgha, d-debuttant Nino de Saintho ha vantagg bikri li zamm ghal madwar l-ewwel dawra, sakemm inqabez minn Normand d’Oger u debuttant iehor Nabab du Chatelet.  Dan ta’ l-ahhar mar quddiem fl-ahhar nofs dawra u baqa’ hemm sal-ahhar biex rebah f’1’16’7 fil-kilometru, quddiem Bonus Kall, Nono de Crouay u Normand d’Oger.


Fit-tigrija tal-klassi Premier tal-Hadd, Utah Hornline kien l-ewwel li mar quddiem, izda dan malajr inqabez minn Nevaio des Bordes, li zamm il-kmant sakemm sofra l-attakk ta’ True Q madwar 150m mit-tmiem.  Nevaio des Bordes bidel il-pass u gie skwalifikat, bi True Q jibqa’ sejjer biex jiehu t-tieni rebha konsekuttiva f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru, l-ahjar hin fuq din id-distanza s’issa dan l-istagun.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold tal-Gimgha, Oscar de la Vallee wettaq attakk b’sahhtu madwar 500m mit-tmiem, li wasslu biex imur fuq quddiem u jirbah d’distakk qawwi minn Frasse Filiokus, Magnifique Sablais u Nacarat Campbell.


It-tieni tigrija tal-klassi Gold rat wiehed mill-aktar tmiem missielet ta’ tmiem il-gimgha, b’erba’ zwiemel jispiccaw biss ftit metri minn xulxin.  Ouragan d’Any ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’nofs tul minn Max Galbe, b’ Pirate d’Urzy u Matador Knick jiehdu l-pjazzamenti l-ohra.


Il-Hadd imbaghad, Label Chouan ha t-tieni rebha konsekuttiva meta ddomina t-tigrija tieghu mill-bidu sat-tmiem, u zied il-velocita’ matul it-tigrija.  Rebah b’mod komdu f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru quddiem Dialect Af Prinfo, L’An Deux Milles u Keeping Quality.


L-ahhar tigrija tal-klassi Gold rat lil Orlando Tejy jiehu l-kmant madwar nofs dawra mit-tmiem u jzidu sal-ahhar ghal madwar 4 tulijiet biex ha l-ewwel rebha tiegu fl-ahhar erba’ xhur f’hin iehor ta’ 1’16’6 fil-kilometru, quddiem Hulot, Nicos de Peneme u Victory Toll.


It-tigrijiet l-ohra intrebhu minn Orgeat, Le Bon Mayennais, Prince du Moutier, Norfolk de Gouerie u Orphee Kadesh fil-klassi Silver, Owens Kin u Notre Joyeux fil-klassi Bronze u Qualou d’Axel u Noli de Marray fil-klassi Copper.


Il-Malta Horse Racing Awards


Nhar il-Gimgha filghaxija 24 ta’ Frar, il-Malta Racing Club flimkien mal-Kunsill Malti ghall-iSport qed jorganizzaw l-ewwel edizzjoni tal-Malta Horse Racing Awards li se tinzamm fil-lukanda New Dolmen , fil-Qawra. 


Din se tkun serata specjali intiza biex tonora lill-aqwa protagonisti fost iz-zwiemel, gerrejja u sewwieqa matul l-istagun 2011, biex b’hekk iggib it-tigrijiet taz-zwiemel fil-livell ta’ sport iehor mill-aktar popolari f’Malta u taghti rikonoxximent xieraq lis-successi tal-partecipanti f’dan l-isport.


L-unuri se jinkludu l-Aqwa Sewwieq, l-Aqwa Sewwieq Apprentist, l-Aqwa Gerrej, l-aktar Ziemel tat-Trott Konsistenti, l-Aktar Ziemel tal-Galopp Konsistenti u unuri ohra.  Barra minn dan, se nikkommemoraw lil Charles Clifton u George Schembri, zewg sewwieqa li hallewna matul l-ahhar sena.


Din is-serata tal-unuri se tkun sponsorjata minn Assikura Insurance, Emotions, Marindex Trophies, New Dolmen Hotel, Print It u Valletta Fund Management – nirringrazzjaw lil dawn l-isponsors ghas-sostenn taghhom.  Is-serata se tigi wkoll imxandra fuq it-televizjoni fuq Education 22 nhar is-Sibt 25 ta’ Frar b’ripetizzjoni nhar it-Tlieta 28 ta’ Frar. 


Nawguraw serata mill-aqwa lil kull minn se jkun prezenti u bidu ta’ success ghal din l-inizjattiva li jisthoqqilha tifhir.


Tletin sena ilu


Dan l-ahhar waqghu f’idejja xi zewg gazzetti tal-15 ta’ Frar 1982 u b’mod istintiv dort ghall-pagni ta’ wara, specifikament ghar-rapport fuq it-tigrijiet taz-zwiemel.  Precizament 30 sena ilu ... Iz-zmien ghandu tendenza li jdallmilna l-memorji taghna sakemm xi haga terga’ ddawwalhom u ggibhom cari mill-gdid.


Kien zmien interessanti ghall-isport taghna.  Wara l-qawmien li rajna fl-isport fis-sebghinijiet b’diversi zwiemel eccitanti godda jigu mportati, it-tmenijiet dahhlu era gdida ta’ innovazzjonijiet, bhall-korsa l-gdida, l-autostart, il-photofinish, diversi zwiemel ta’ klassi ecc, li gibdu hafna nies biex isegwu dan l-isport.


Bhal ma jigri normalment f’dan iz-zmien tas-sena, l-Hadd 14 ta’ Frar 1982 kien wara nofsinhar kiesah, bit-tigrijiet jinzammu taht sema mimli shab, izda xorta gibdu folla ta’ spettaturi ferm numeruza.  Din kienet it-tmiem il-gimgha tal-Ladies Jockeys li nzammet fuq jumejn u li fiha nzammu “Scurry races” ghall-ponijiet bil-partecipazzjoni ta’ gerrejja nisa nglizi.


Madankollu dak il-programm inluda wkoll hames tigrijiet tat-trott.  L-attrazzjoni ewlenija kienet l-ahhar tigrija bil-vantagg tal-laqgha, dik ghaz-zwiemel tat-trott tal-klassi A1, ghall-E.W. MacAdie Stakes.


Gael, wiehed mill-favoriti, gie skraccjat ezatt qabel il-bidu, bi tmien zwiemel tat-trott jikkontestaw it-tigrija. 


L-ex Campjin Espoir de Marais (dak iz-zmien kellu 12-il sena) li kellu bzonn rebha biex izomm postu fil-klassi A1, ha vantagg bikri flimkien ma’ z-ziemel ta’ 10 snin Galgal u mexxa t-tigrija ghall-ewwel 300m, f’liema stadju z-ziemel ta’ 8 snin Iso du Pont mar quddiem sa’ nofs it-tigrija ta’ 2,200m, b’Galgal u Espoir du Marais isegwuhom.


Sadanittant iz-ziemel ta’ 11-il sena Flavacour beda javvanza tajjeb u kien fir-raba’ post fil-bidu tal-ahhar dawra.  Huwa attakka fid-dritta tal-faccata, qabez lil Espoir de Marais u mbaghad lil Galgal fl-ahhar kurva, u beda d-dritta tat-tmiem fuq in-naha ta’ barra taz-ziemel ta’ quddiem Iso du Pont.


F’nofs id-dritta tat-tmiem Iso du Pont u Flavacour kienu qed jissieltu ras imb’ras, izda b’madwar 50m mit-tmiem, Espoir de Marais attakka lit-tnejn ta’ quddiem bi sprint impressjonanti.  Issa l-folla kollha kienet fuq saqajha, hekk kif Flavacour, misjuq minn Joe Falzon, ha l-vantagg u spicca nofs tul quddiem Espoir de Marais u Iso du Pont f’dik l-ordni, sabiex ha t-tielet rebha minn erba’ tigrijiet, minkejja li kien qed jibda’ bi zvantagg tassew qawwi ta’ 50m.


Inzammu wkoll zewg tigrijiet tal-klassi A, b’Dicav jeghleb lil Hourra Vaci u Galdos f’dik l-ordni fl-ewwel wahda, filwaqt li Eldy des Etangs spicca l-ewwel quddiem Echo de Piltiere u Grille Bois fl-ohra.


Falbala du Val rebah it-tigrija tal-classi C quddiem Hectowatt u Fin Champagne, b’Caviar jirbah it-tigrija tal-klassi D minn Cesar d’Orge u Twist A rispettivament. 


Fi tmiem il-laqgha, s-Sur E. W. MacAdie, Cermen ta’ Maxotels u sponsor tat-tmiem il-gimgha tal-Lady Jockeys ipprezenta t-tazzi u t-trofej lir-rebbieha. 


Inkredibbli, izda ghaddew 30 sena minn dakinhar.  Madankollu l-ismijiet ta’ dawn iz-zwiemel jibqghu jghixu fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta u jgibu tant memorji mill-aqwa ta’ zwiemel popolari u tigrijiet eccitanti ... 


Nawgurawlkom ilkoll laqghat eccitanti fiz-zewg tmiem il-gimgha li gejjin.