Monday 20th February 2012
Issir l-ewwel edizzjoni tal-Malta Horse Racing Awards

 


“Bhala l-Awtorita’ Maltija ghall-isport, il-Kunsill Malti ghall-iSport jappoggja kull inizjattiva li tittiehed biex tonora l-isportivi Maltin. Il-Kunsill Malti ghall-iSport huwa wkoll konxju mill-popolarita’ tal-isport tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta u huwa ghalhekk li qieghed jaghti l-appogg kollu tieghu fl-organizzazzjoni ta’ din l-ewwel edizzjoni tal-Malta Horse Racing Awards.” Dan sostnieh ic-chairman tal-Kunsill Malti ghall-iSport Bernard Vassallo waqt konferenza tal-ahbarijiet li matulha tnediet l-ewwel edizzjoni tal-Malta Horse Racing Awards. Dawn l-awards se jsiru nhar il-Gimgha 24 ta’ Frar fit-8.30pm fil-lukanda Dolmen fil-Qawra.


Prezenti wkoll ghall-konferenza tal-ahbarijiet kien hemm ic-chairman tal-Malta Racing Club Dr Matthew Brincat li sostna li hija tradizzjoni li kull sena f’dan iz-zmien il-club jonora lil dawk l-isportivi fi hdanu li jkunu spikkaw fl-istagun ta’ qabel. Normalment dan kien isehh waqt cerimonja qasira li ssir waqt it-tigrijiet. “Izda din is-sena, grazzi ghall-ghajnuna tal-Kunsill Malti ghall-iSport, din ic-cerimonja se tghola fil-livell b’serata apposta,” tenna Dr Brincat.


Waqt l-istess konferenza ntqal li matul is-serata se jkunu premjati Noel Baldacchino bhala s-sewwieq tal-istagun; Rodney Gatt bhala s-sewwieq apprendist; Ramon Grima bhala l-ahjar jockey tas-sena u s-sidien ta’ Major Chaleonnais u Ollie Fliptrik bhala l-aktar zwiemel konsistenti. Ma’ dawn se jinghataw numru ta’ awards godda bhal iz-ziemel rivelazzjoni tal-istagun u l-isbah tmiem ta’ finali ghall-istagun 2011. Dawn se jkunu decizi b’votazzjoni minn naha tal-gurnalisti li jirrapportaw l-isport matul is-sena. Il-ko-ordinazzjoni qieghed issir minn Kenneth Vella, direttur fi hdan il-Kunsill Malti ghall-iSport li hadem mhux ftit biex tista tittella’ din is-serata.


Bernard Vassallo habbar ukoll li matul is-serata se jitfakkru wkoll is-sewwieqa Charles Clifton u George Schembri li mietu dan l-ahhar u li fil-passat taw kontribut kbir biex jikber dan l-isport f’pajjizna. Se jinghata wkoll award ghal lifetime achievement u award ghal successi internazzjonali. Prezenti ghas-serata se jkun hawn Malta wkoll it-trainer u sewwieq professjonali fl-Izvezja Charles Dergiorgio. Is-serata se tkun prezentata minn Lucienne Selvagi u se tittella’ bl-ghajnuna wkoll tal-lukanda Dolmen, Assikura Insurance Brokers Limited, Marindex Trophies, Emotions, Print It u Valletta Fund Management.


Il-Malta Horse Racing Awards se jixxandru fuq E22 is-Sibt 25 ta’ Frar 2012, b’repetizzjoni it-Tlieta 28 ta’ Frar fis-6.15pm.