Friday 2nd March 2012
L-10 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – l-4 ta’ Marzu

minn Magnat


Se ssir laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej 4 ta’ Marzu bi programm ta’ 8 tigrijiet, kollha tat-trott.  Il-laqgha tibda’ fis-1.30pm.


It-Tazza l-Kbira, l-aktar kampjonat tradizzjonali f’Malta, rega’ wasal!  Dan huwa l-ekwivalenti f’Malta tal-Prix d’Amerique jew l-Elitloppet, fejn l-ewwel edizzjoni tieghu nzammet fl-1934.  Ir-rebbieha jibqghu fil-qlub tad-dilettanti ghal dejjem.


Sitt heats minn dan il-kampjonat (li din is-sena huwa sponsorjat mid-Dragonara Casino) se jinzammu fuq distanza ta’ 2,640m, bi tnax-il participant f’kull wahda, f’etajiet ta’ bejn 7 u 15-il sena.  L-ewwel erba’ minn kull heat jikkwalifikaw ghas-semi-finali li se jinzammu fit-18 u d-19 ta’ Marzu.


Il-partecipanti kollha huma fost l-aqwa zwiemel f’Malta, gejjin jew mill-klassi Premier jew mill-oghla parti tal-klassi Gold.  Xejn inqas minn sitt nazzjonalitajiet huma rrapprezentati, b’46 ziemel tat-trott Franciz, 20 Svedizi, 2 Danizi u 1 kull wiehed mill-Germanja, l-Italja, l-Olanda u n-Norvegja.


Dawn jinkludu r-rebbieh tat-Tazza l-Kbira s-sena l-ohra Kakisis kif ukoll iz-ziemel li spicca fit-tieni post Lonshults Anders u dak li dahal fit-tielet post Lou Petiot, ir-rebbieh tal-kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels, tat-Tazza tal-President u tat-Tazza VOB ta’ Dicembru Livi Cantona, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes Mig of the Wood u z-ziemel li spicca fit-tieni post Nevaio des Bordes, u rebbieha ta’ dan l-ahhar bhal Master Lupin, Nabab du Chatelet, Nec Carmolo, Nono de Crouay, Nuage de Bourgogne, Oscar de la Vallee, True Q u hafna zwiemel ohra ta’ kwalita’.


Disa’ zwiemel tat-trott tal-klassi Premier huma miktuba biex jiddebuttaw fostna f’dawn il-heats, cioe’ d-debuttanti Francizi Nasko Pride, Natan des Jacquots, Natieu d’Echal, Naxos de France, Niky de Memartin, Nobleness Dubrio, Nophenio de Lune u Onyx Speed, and l-Isvediz Veikko Hornline.


Wiehed minn dawn huma rregistrat bl-oghla punti li jista’ jkollu debuttant fil-klassifikazzjoni tal-MRC.  Fil-fatt iz-ziemel Franciz ta’ hdax-il sena Nophenio de Lune (li kien saqu Noel Baldacchino f’Dicembru li ghadda fil-korsa ta’ Vincennes) ghandu rebh barra minn xtutna ta’ Euro313,590, l-aqwa hin ta’ 1’14’1 fil-kilometru fuq 2,850m, b’10 rebhiet u diversi pjazzamenti.  L-aqwa prestazzjonijiet tieghu fl-2011 jinkludu pjazzament fit-tieni post f’Enghien fuq 2,150m u pjazzament fit-tielet post fi Prunelli di Fium’ Orbo fuq 2,400m.


Iz-zewg tigrijiet l-ohra huma wahda ghall-klassi Copper u l-ohra ghall-klassi Bronze, it-tnejn fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m.


Minghajr dubbju ta’ xejn, laqgha spettakolari.  Li jkun fost il-kompetituri ghat-Tazza l-Kbira jfisser li z-ziemel partikolari huwa wiehed mill-aqwa zwiemel tat-trott f’Malta, jekk jikkwalifika ghas-semi-finali jfisser li jifforma parti mill-wirt ta’ dan il-kampjonat mill-aqwa.


L-ahhar laqghat


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-ahhar zewg laqghat kienu jikkonsistu fiz-zewg finali tal-Kampjonat Assikura ghal zwiemel tat-trott li mhumiex la Francizi u lanqas Svedizi, kif ukoll tlett tigrijiet tal-klassi Premier li nzammu nhar il-Hadd 19 ta’ Frar, kollha fuq distanza ta’ 2,140m.


Fil-finali tal-Kampjonat Assikura tal-Kategorija A, Zilver Boko mexxa l-qatta ghall-bicca l-kbira tad-distanza, izda ma seta’ jaghmel xejn biex jirrezisti l-attakki ta’ Knockout Molar u Count of Life fid-dritta finali, bid-Daniz Knockout Molar (Carl Caruana) fl-ahhar jiehu t-tieni rebha konsekuttiva u jirbah dan il-kampjonat, b’nofs tul f’hin tajjeb ta’ 1’15’8 fil-kilometru.  Zilver Boko u Socrates spiccaw it-tielet u r-raba’ rispettivament.


Fil-finali ta’ dan il-Kampjonat tal-Kategorija B, iz-ziemel tat-trott Amerikan Prince Regent (Tony Demanuele) wettaq attakk qawwi fuq in-naha ta’ barra fl-ahhar nofs dawra li wasslu biex jiehu l-kmand u jirbah ghall-ewwel darba f’Malta b’madwar zewg tulijiet minn Giant Game, Hawkear u Garden Pax.


L-ewwel tigrija tal-klassi Gold irrizultat fl-ewwel rebha stagjonali ghal Nec Carmolo b’madwar zewg tulijiet minn Nougat Voideen, Candy Fantasy u Oscarina.


L-eccitament kien fl-aqwa tieghu fit-tieni tigrija tal-klassi Premier, hekk kif Noble d’Ete, Nono de Crouay, Normand d’Oger u Label Chouan sfidaw lil xulxin b’velocita’ impressjonanti fid-dritta tat-tmiem.  Noble d’Ete dahal l-ewwel izda gie skwalifikat meta bidel il-pass, b’Nono de Crouay jiehu l-ewwel rebha tieghu fostna, quddiem Normand d’Oger, Label Chouan u Magic de Assigny.  Il-hin tar-rebbieh kien wiehed splendidu ta’ 1’14’8 fil-kilometru, l-ahjar hin s’issa dan l-istagun.


Nuage de Bourgogne imbaghad irregistra t-tieni rebha konsekuttiva tieghu f’hin iehor tajjeb hafna ta’ 1’14’9 fil-kilometru, grazzi ghal attakk qawwi fuq in-naha ta’ barra fl-ahhar nofs dawra, biex spicca tul quddiem  Milord Barbes, Arnie Sensation u Mystere d’Urfist.


Kellna wkoll erba’ tigrijiet interessanti tal-klassi Gold.  L-ewwel wahda rat taqtiegha brillanti fid-dritta tat-tmiem bejn Master Lupin u Jobie Lucky, b’ta’ l-ewwel jiehu l-ewwel rebha stagjonali tieghu b’ras u jakkwista l-promozzjoni ghall-klassi Premier.  


Fit-tigrijiet tal-klassi Gold tal-Hadd li ghadda, Matador Knick rebah b’mod komdu minn Pirate d’Urzy; l-ewwel rebha tieghu fl-ahhar ghaxar xhur.


Imbaghad, Nicos de Peneme ha t-tieni rebha stagjonali tieghu minn Lime Casted wara sfida qawwija bejn l-ewwel erba’ zwiemel fid-dritta tat-tmiem, filwaqt li Ouragan d’Any rebah ghat-tieni darba konsekuttiva meta gheleb lid-debuttant Delicious Brother b’ras, b’dan ta’ l-ahhar jigi skwalifikat u Lover Boy Index jispicca b’hekk fit-tieni post.


L-uniku tigrija tal-galopp, li ngriet fuq id-distanza twila ta’ 2,250m, intrebhet minn Just The Best, grazzi ghal zieda fil-velocita’ fl-ahhar 500m.  Ollie Fliptrik u Capital Hill spiccaw immedjatament wara r-rebbieh.


Unur Sewwieq tax-Xahar – Frar


L-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Frar intrebah minn Noel Baldacchino, rebbieh ta’ sitt tigrijiet u seba’ pjazzamenti matul ix-xahar ta’ Frar.  Huwa rnexxielu wkoll jirbah xejn inqas minn tlieta minn dawn it-tigrijiet fis-sitt laqgha tal-istagun fl-10 ta’ Frar.


Prosit Noel – tassew jisthoqqlok! Grazzi hafna wkoll lil Finn Tack talli taw is-support taghhom lill-isport taghna billi sponsorjaw l-unur ta’ Frar.


Il-Malta Horse Racing Awards


Nistqarr li qatt ma kont rajt daqstant protagonisti tat-tigrijiet taz-zwiemel ilkoll flimkien lebsin glekk u ngravata.  Aktar imdorrijin narawhom bi lbies tal-paddock, jew ta’ sewwieqa jew gerrejja. 


Is-setting fil-lukanda Dolmen kif ukoll d-dekorazzjoni tal-palk, il-klips tal-vidjo u l-organizzazzjoni kienu kollha mpekkabbli.  Konna wkoll onorati bil-prezenza fostna tal-Onor Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport, is-Sur Clyde Puli, il-Kelliem tal-Oppozizzjoni ghall-Isport u l-Organizzazzjonijiet Lokali s-Sur Chris Agius, il-Cermen (is-Sur Bernard Vassallo) u membri tal-Bord tal-Kunsill Malti ghall-Isport, ic-Cermen (Dott Matthew Brincat) u membri tal-Kunsill tal-Malta Racing Club u mistednin distinti ohra.


Kif konna dehlin gos-Sala Oracle, wiehed seta’ jhoss bic-car li din kienet okkazjoni tal-ewwel darba – l-ewwel edizzjoni ta’ serata gala tal-unuri li poggiet it-tigrijiet taz-zwiemel fic-centru tal-attenzjoni.  Serata li mhux biss onorat hafna rebbieha li tassew jisthoqqilhom, izda dawn ir-rebbieha rrapprezentaw ukoll tant sidien taz-zwiemel, trainers, handlers, sewwieqa, gerrejja u tant ohrajn li jikkontribwixxu ghal dan l-isport, kemm bhala gurnalisti, spettaturi jew f’xi rwol iehor.


Gabet ilkoll flimkien tant nies minn oqsma differenti tal-hajja, izda li ghandhom interess wiehed in komuni fosthom, cioe’ l-entuzjazmu taghhom ghat-tigrijiet taz-zwiemel. 


Ic-cerimonja tal-ghoti tal-unuri kienet celebrazzjoni mill-isbah ta’ tigrijiet taz-zwiemel, dak l-isport tradizzjonali li ghandu storja tant twila f’Malta.  Huwa xieraq li l-protagonisti ta’ dan l-isport ikunu onorati b’mod tant sabih u li s-success taghhom ikun celebrat b’mod spettakolari, sabiex jippremjahom ta’ tant xoghol li jaghmlu fis-silenzju meta jippreparaw lilhom infushom u liz-zwiemel taghhom ghall-appuntamenti ta’ tigrijiet matul is-sena. 


Hafna minnhom kienu qed jisthu jitilghu fuq il-palk sabiex jircievu l-unur taghhom, izda din id-darba kienu gustament fic-centru tal-attenzjoni.


Ghexna wkoll mill-gdid hafna mumenti mill-isbah mhux biss mill-istagun li ghadda, izda wkoll mill-passat – hafna hassew gisimhom xewk xewk meta rajna l-immagini ta’ Isard du Pont jaffaxxina lid-dilettanti tat-tigrijiet kwazi 30 sena ilu!


L-unuri intrebhu minn:
Ollie Fliptrik (L-aktar ziemel tal-galopp konsistenti),
Major Chaleonnais (L-aktar ziemel tat-trott konsistenti),
Rodney Gatt (Is-sewwieq apprentist tas-sena),
Ramon Grima (Il-gerrej tas-sena),
Noel Baldacchino (Is-sewwieq tas-sena),
Memorial Awards lill-familji tas-sewwieqa Charles Clifton (Il-Haw) u George Schembri (Il-Bubuna) li mietu fl-ahhar sena,
Award ghas-successi internazzjonali lill-gerrej Michael Sultana,
Awards lis-sidien u sewwieqa taz-zwiemel tat-trott mill-aqwa In Vitro du Bourg u James de l’Iton li gew irtirati s-sena l-ohra,
Lifetime Achievement Award lis-sewwieq veteran Raymond Clifton li ilu attiv f’dan l-isport ghal 55 sena, 
Award lis-sid u lis-sewwieq ta’ Livi Cantona, r-rivelazzjoni tal-istagun li ghadda, u
Award lis-sid u sewwieq ta’ Kakisis ghall-ahjar tmiem ta’ finali (l-Emirates Tazza l-Kbira 2011).


L-atmosfera mill-isbah kompliet matul il-bibita ta’ wara c-cerimonja, meta l-mistednin thalltu flimkien f’ambjent rilassat u ta’ hbiberija, kulhadd jiddiskuti suggetti marbuta maz-zwiemel.


Prosit tassew lill-Kunsill Malti ghall-Isport, lill-Malta Racing Club, u lill-Kumitat Organizzattiv immexxi minn Kenneth Vella, ghall-bicca xoghol mill-aqwa li ghamlu; kif ukoll lill-isponsors kollha. Ir-ritratt tar-rebbieha kollha se jibqa’ ghal dejjem mhux biss memorja mill-isbah ta’ okkazjoni mill-aqwa izda wkoll rikonoxximent ghall-kwalita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta. 


Ninsab cert li fl-ahhar tas-serata, hafna – kemm jekk rebbieha is-sena l-ohra u kemm jekk le – kienu diga’ qed jahsbu fl-istagun ta’ din is-sena, determinati li jaghtu l-almu taghhom kollu sabiex ikunu fost dawk li jitilghu jigbru l-unuri s-sena d-diehla ...


Nawgurawlkom ilkoll laqgha ohra eccitanti nhar il-Hadd li gej.