Friday 16th March 2012
It-13 u l-14 -il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – it-18 u d-19 ta’ Marzu

minn Magnat


Se jsiru zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha.  L-ewwel laqgha ssir nhar il-Hadd filwaqt li t-tieni tinzamm it-Tnejn (San Guzepp – festa pubblika).  Iz-zewg laqghat jibdew fis-1.30pm u jinkludu 8 tigrijiet fil-programm.


U mbaghad se jkun hemm 12!  It-12-il ziemel tat-trott li se jikkwalifikaw ghall-finali tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira, li se tinzamm fl-1 t’April.


Fil-fatt, it-zewg tigrijiet ewlenin ta’ dan it-tmiem il-gimgha huma s-semi-finali tal-imsemmija Tazza l-Kbira fuq distanza ta’ 2,640m, li se jinzammu wahda l-Hadd u l-ohra t-Tnejn.


Tlieta u ghoxrin zwiemel tat-trott tal-klassi Premier, sittax Francizi, hamsa Svedizi, wiehed Germaniz u l-iehor Taljan, se jissieltu bejniethom ghal wiehed mill-ewwel sitt pjazzamenti f’kull semi-finali, sabiex jikkwalifikaw ghall-finali.  Dawn ghandhom etajiet ta’ bejn 8 u 15-il sena, bi tnax minnhom (madwar nofs) ghandhom 11-il sena.


Iz-zwiemel li gejjin li rebhu bejniethom 24 tigrija f’Malta huma miktuba fl-ewwel semi-finali: Noble d’Ete, Normand d’Oger, Troy Boshoeve, Nuage de Bourgogne, Mig of the Wood, Nasko Pride, Onyx Speed, Nagano Phedo, True Q, Energy Launcher u Nabab du Chatelet.


It-tieni semi-finali tinkludi zwiemel li rebhu ‘l fuq minn 50 tigrija bejniethom, cioe’ Marathon Villers, Eastwood OM, Mystere d’Urfist, Bello Fratello, Lou Petiot, Arnie Sensation, Ouest du Vivier, Label Chouan, Naxos de France, Livi Cantona, Nelson du Val u Magic de Assigny.


Dawn iz-zwiemel jirrapprezentaw tahlita eccitanti ta’ zwiemel tal-klassi Premier, minn dawk li ilhom maghna u li ghandhom lista ta’ prestazzjonijiet sbieh, ghal zwiemel li bdew jigru fostna dan l-ahhar u li diga’ bdew juru x’isarrfu, ghal debuttanti fil-heats tat-Tazza l-Kbira li kellhom passat rispettabbli barra minn Malta.  


It-tigrijiet tat-trott l-ohra huma wkoll mill-aktar interessanti, ghax huma s-semi-finali ghal “Condition races” fuq distanza ta’ 2,140m, ghal kull wahda mill-klassijiet Gold, Silver (A u B), Bronze u Copper.


Dawn it-tigrijiet huma kkaratterizzati minn numru kbir ta’ partecipanti, bil-klassi Gold jkollha 5 tigrijiet (tnejn il-Hadd u tlieta t-Tnejn) b’zewg zwiemel jikkwalifikaw minn kull wahda, 3 tigrijiet mill-klassi Silver “B” (kollha t-Tnejn) bi tlett zwiemel jikkwalifikaw minn kull wahda, u 4 tigrijiet nhar il-Hadd ghall-klassi Bronze (zewg zwiemel jikkwalifikaw minn kull wahda).  Il-bqija tas-semi-finali, cioe’ dawk tal-klassi Silver “A” u dawk tal-klassi Copper, se jinzammu l-Hadd 25 ta’ Marzu.


Dawn iz-zwiemel tat-trott huma miktuba biex jiddebuttaw fis-semi-finali tal-“Condition races”:  Arctic Tooma (SE), Obby de Boisy (FR), Ollico Pellois (FR) u Oscar des Racques (FR) fil-klassi Gold u Eastwick (SE) u Play Boy du Canter (FR) fil-klassi Silver. 


Ghandna wkoll zewg tigrijiet tal-galopp, wahda ghall-Klassi A u l-ohra ghall-Klassi B, fuq distanza ta’ 1,750m.  It-tigrija tal-klassi A ghandha biss 5 partecipanti miktuba izda m’hemmx dubbju dwar il-kwalita’ taghhom: ir-rebbieh recenti Fyelehk, Cheeky Jack li spicca t-tielet fl-ahhar tigrija, Timolin li ha sehem b’success fl-uniku tigrijiet tieghu f’Malta s’issa fl-ahhar tal-2011 u Mr Roxy Music u Priviledged Boy, zewg zwiemel li wrew x’isarrfu fil-passat izda li ilhom ma jikkompetu ghal xi zmien.


It-tigrija tal-Klassi B ghandha sitt partecipanti li huma maghrufa ghad-dilettanti mad-dilettanti tat-tigrijiet f’Malta, kif ukoll il-haga rari li ghandna debuttant Malti, Bon Santos.  Tigrija ohra interessanti.


Qed jistennewna zewg laqghat brillanti, kkaratterizzati minn semi-finali “knock-out” li minnhom ziemel jew ighaddi jew jinqala’ fit-tigrija partikolari, fejn iz-zwiemel u s-sewwieqa jridu jaghtu l-almu taghhom kollu biex ikollhom cans tajjeb li jghaddu ghall-finali ... 


L-ahhar laqghat


Iz-zewg laqghat ta’ tigrijiet taz-zwiemel ta’ tmiem il-gimgha li ghadda kienu ddedikati esklussivament ghal tigrijiet sprint, fuq 1,640m ghaz-zwiemel tat-trott, u 1,250m ghal dawk tal-galopp.


Fin-nuqqas tal-klassi Premier, iz-zwiemel tat-trott tal-klassi Gold kellhom ic-centru tal-attenzjoni b’erba’ tigrijiet.  Fl-ewwel wahda, Osiris des Kids irregistra l-aqwa hin tal-istagun s’issa fuq din id-distanza u l-aqwa hin ta’ dejjem tal-karriera tieghu ta’ 1’14’7 fil-kilometru, grazzi ghal zieda fil-velocita’ qawwija fl-ahhar 700m li wasslitu ghat-tieni rebha konsekuttiva tieghu, b’tul minn Oviedo du Sam u d-debuttanti Okir de Leau u Global Hunt.


Imbaghad kien imiss lil Zilver Boko li jiehu t-tieni rebha stagjonali tieghu meta mar fuq quddiem b’madwar dawra mit-tmiem u zamm sod minkejja l-attakk b’sahhtu ta’ Pirate d’Urzy fid-dritta tat-tmiem biex rebah b’nofs tul.  Lys des Etroits u Paradis du Lupin spiccaw it-tielet u r-raba rispettivament.


Id-debba She’s Dreamlike ghamlithom erba’ rebhiet mill-erba’ tigrijiet li ppartecipat fihom minn Lulju tas-sena l-ohra, wara li attakkat b’sahha fl-ahhar bejn wiehed u iehor 300m sabiex rebhet b’zewg tulijiet minn Touch The Diamond, Reado November u Matador Knick f’hin tajjeb ta’ 1’15’9 fil-kilometru.


Finalment fl-ahhar tigrija tal-klassi Gold kellna tmiem simili, meta Le Bolide du Suret irregistra wkoll it-tieni rebha stagjonali tieghu b’madwar zewg tulijiet, grazzi ghal sprint qawwi fl-ahhar 300m.  Huwa kien segwit mid-debuttant Figaro A. West, Marini du Mont and debuttant iehor Frisco Pe.


Iz-zewg programmi ta’ tigrijiet kienu jinkludu wkoll sitt tigrijiet tal-klassi Silver li rrizultaw f’rebhiet ghal Petrus du Vivier (it-tieni rebha tieghu miz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta f’hin tajjeb ta’ 1’16’0 fil-kilometru), Galileo Bisa (l-ewwel rebha stagjonali), Must du Buisson (it-tieni rebha stagjonali), Landi Breton (l-ewwel rebha fl-ahhar sbatax-il xahar), Stainless Steel (l-ewwel rebha fl-ahhar ghaxar xhur) u Lonestar Somolli (l-ewwel rebha fl-ahhar erbatax-il xahar).


Fit-tigrija tal-galopp tal-klassi A, Fyelehk irregistra r-raba’ rebha mill-hames tigrijiet li kkompeta fihom f’Malta, meta spicca rebbieh b’distakk qawwi fuq Darielli u Cheeky Jack fl-aqwa hin tal-istagun fuq id-distanza.


Matul il-laqgha ta’ nhar il-Hadd, ic-Cermen tal-Malta Racing Club Dr Matthew Brincat flimkien mar-rapprezentant tal-Finn-Tack is-Sur Karl Debono ghamlu l-prezentazzjoni tas-Sewwieq tax-Xahar ta’ Frar lir-rebbieh Noel Baldacchino.  Prosit Noel tar-rebh ta’ dan l-unur u grazzi lil Finn-Tack talli ssapportjaw l-isport taghna billi sponsorjaw din l-inizjattiva.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva rizultat ta’ test tad-doping.  Nifirhu lis-sidien u t-trainers ta’ Prince Regent (Finali tal-Kampjonat Assikura Kategorija B – 19 ta’ Frar) li r-rizultat tieghu kkonferma li kien nadif minn sustanzi projbiti.   


Kampjonati tat-Tazza l-Kbira tal-passat


Kif darba qalli sid ta’ ziemel:  “Insa li nirbahha, izda kemm nixtieq li jkolli ziemel li almenu jghaddi ghall-finali tat-Tazza l-Kbira!” U fil-fatt, bil-kwalita’ tal-partecipanti, li ziemel jasal sal-finali u jkun fost l-aqwa ghaxar jew tnax-il ziemel fil-kampjonat tikkostitwixxi fiha nnifisha success tassew kbir.  Tiggarantixxi post fl-istorja tat-tigrjiet taz-zwiemel f’Malta.


Lejlet is-semi-finali tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira, jiguni f’mohhi memorji tal-passat.  Memorji ta’ 40 u 35 sena ilu ... izda b’ismijiet ta’ zwiemel li ma jintesew qatt.


Fl-1972, l-ewwel semi-finali inzammet fit-2 t’ April bil-partecipanti li gejjin: Sacrobate IV, Sam II, Spartacus III, Urgo D, Renov Vit, Toutankhamon, Solid Espoir, Sissi IV u St. Sylvestre II.


Urgo D u Sam II hadu vantagg bikri u f’xi hin ta’ l-ewwel kien qed igawdi vantagg ta’ zewg tulijiet.  Madankollu, fil-kurva kien hemm grupp sabieh ta’ zwiemel jissieltu bejniethom f’linja dritta.  Madwar 20 jarda mit-tmiem, Sam II, Sacrobate IV u  Toutankhamon marru fuq quddiem u sprintjaw flimkien sal-gister.  Sam II rebah b’distakk minimu minn Sacrobate IV u Toutankhamon, b’Urgo D u Renov Vit ighaddu wkoll ghall-finali.


It-tieni semi-finali giet ikkontestata gimgha wara minn dawn iz-zwiemel tat-trott:  Questembert, Regecolore, Terido, Twist Manderie, Tarzan Novel, Rick R.A., Reza de Pibrac, Sire du Mesnil u Tivoli.  Terido, Twist Manderie, Questembert u Reza de Pibrac kienu l-protagonisti ewlenin ghall-bicca l-kbira tat-tigrija b’Terido jiehu l-vantagg fl-ahhar fazi izda jigi maqbuz minn Reza de Pibrac segwit minn Twist Manderie fit-tmiem.  Questembert u Tivoli kienu z-zewg zwiemel l-ohra li kkwalifikaw.   



Fl-1977, is-semi-finali nzammu fl-24 t’April.  L-ewwel rat dawn iz-zwiemel:  Bambi III, Teseide, Boristene, Beguin du Mesnil, Cornichon M, Arnas, Cesar d’Orge, Urbain L u Capimon.  Diversi zwiemel bidlu bejniethom il-kmant tat-tigrija izda madwar l-ahhar kurva Cesar d’Orge ha vantagg ta’ tlett tulijiet, li pero’ gie fix-xejn taht l-attakk perfett ta’ Bambi III min-naha ta’ gewwa, li ta r-rebha lil dan ta’ l-ahhar.  Cesar d’Orge spicca t-tieni, Beguin du Mesnil it-tielet b’Urbain L u Cornichon M iseguhom fil-finali. 


Unique Tresor, Ave H, Acteon Joli, Baal, Ardent VI, Cocoto, Cristal III, Alcyon III, Echassier u Antoine D hadu sehem fis-semi-finali l-ohra.  Ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira tas-sena ta’ qabel, Alcyon III, ha vantagg bikri flimkien ma’ Ardent.  Meta dan ta’ l-ahhar deher li ghejja, kien Baal li sfida bil-qawwa lil Alcyon III, izda dan ta’ l-ahhar irnexxielu jzomm sod sa l-ahhar, bl-isprint finali qawwi li kien maghruf ghalih.  Baal spicca fit-tieni post, Cristal III it-tielet, Unique Tresor ir-raba, b’Ave H jiehu l-post li kien fadal fil-finali.


Liema zwiemel tat-trott se jinghaqdu mal-predecessuri memorabbli taghhom billi jikkwalifikaw ghall-finali tad-Dragonara Tazza l-Kbira ta’ din is-sena? 


Nhar il-Hadd u t-Tnejn inkunu nafu r-risposta ...


Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem il-gimgha li gej.