Friday 23rd March 2012
Il-15-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – il-25 ta’ Marzu

minn Magnat


Nhar il-Hadd se ssir laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa, li tibda’ fis-1.30pm u tinkludi tmien tigrijiet fil-programm.


L-attrazzjonijiet ewlenin ta’ din il-laqgha se jkunu zewg tigrijiet tal-klassi Premier u sitt semi-finali tal-Condition races, tlieta ghal zwiemel tal-klassi Silver A u tlieta ohra ghal zwiemel tal-klassi Copper.


L-ewwel tigrija tal-klassi Premier li ghandha lista shiha ta’ 16-il ziemel tat-trott tinkludi diversi partecipanti li jew rebhu jew hadu pjazzament tajjeb matul l-ahhar xahrejn, ghalkemm xi whud minnhom ghamlu dan fil-klassi Gold u gew promossi ghall-klassi Premier.


Dawn jinkludu fost ohrajn lil Le Bolide du Suret, Nomade de Mai, Candy Fantasy, Troubadour S, Oviedo Vici u Oscarina.  Id-debuttant Franciz Otas Fighter huwa wkoll miktub biex jiddebutta f’din it-tigrija. 


Lista shiha ohra ta’ 16-il ziemel se jisfidaw lil xulxin fit-tieni tigrija tal-klassi Premier riservata ghal zwiemel b’numru ghola ta’ punti f’din il-klassi.  Uhud minn dawn iz-zwiemel diga’ ddistingwew ruhhom aktar kmieni din is-sena, bhar-rebbieha jew zwiemel li ppjazzaw fit-tieni post dan l-ahhar Nec Carmolo, Nono de Crouay, iz-ziemel li spicca t-tieni fil-finali tat-Tazza Assikura Kategorija A Count of Life, Anguz R.C., Milord Barbes u zwiemel tat-trott popolari ohra.


Tlett zwiemel minn kull semi-finali tal-Vida klassi Silver A u tal-Paul & Shark klassi Copper jikkwalifikaw ghall-finali tal-Condition race rispettiva, biex b’hekk kull wahda minn dawn il-finali se tinkludi 9 finalisti.


Kull semi-finali Vida Silver A tinkludi lista shiha ta’ sittax-il ziemel miktub, fosthom id-debuttanti Svedizi Jill Fox u Bella Notte fit-tieni wahda.


Dawn is-semi-finali jinkludu zwiemel li diga’ wrew il-forma tajba taghhom din is-sena. Fl-ewwel wahda, Petrus du Vivier rebah iz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, Orphee Kadesh rebah tigrija x-xahar li ghadda, filwaqt li Darco As, Stonecreek, L’Ideal de Fersan u Zerbin ippjazzaw matul dan l-ahhar xahar.


It-tieni semi-finali tinkludi fost l-ohrajn ir-rebbieha ta’ dan l-ahhar Prince Regent (rebbieh tal-finali tat-Tazza Assikura Kategorija B), Stainless Steel, Norfolk de Gouerie, Lord of Rush u Landi Breton, filwaqt li  Lovely Mab, Simb Groovy u Ygor of Pass kollha kisbu pjazzament matul dan l-ahhar xahar.  


Ir-rebbieha recenti fl-ahhar semi-finali tal-Vida klassi Silver A jinkludu lil Prince du Moutier u Orgeat, b’Kandy du Frutier, Number One of Max, Nasdaq du Closet, Power Cape, My Gentleman u Soren Sufflor jippjazzaw dan l-ahhar.


Dan se jkun l-ewwel laqgha tar-Rebbiegha ghal din is-sena u nisperaw li bhal ma kien il-kaz fi tmiem il-gimgha li ghadda, temp xemxi tipiku tar-Rebbiegha fil-Mediterran jipprovdi l-isfont xieraq ghall-laqgha li matulha l-bqija tal-finalisti se jibbukkjaw posthom ghall-finali tal-Condition Races ta’ Hadd il-Ghid.


L-ahhar laqghat


Matul it-tmiem il-gimgha twil li ghadu kif kellna nzammu zewg laqghat mill-isbah taht sema glorjuz ikhal u xemxi, bit-tigrijiet infushom ikunu mill-aktar pjacevoli u eccitanti.  L-attrazzjonijiet ewlenin kienu z-zewg semi-finali tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira. 


Fis-semi-finali ta’ nhar il-Hadd Nuage de Bourgogne ha vantagg bikri minn Nabab du Chatelet u Nagano Phedo.  Madwar nofs dawra mit-tmiem, zieda qawwija fil-velocita’ wasslet lil True Q biex jisfida liz-ziemel ta’ quddiem b’mod serju fid-dritta tat-tmiem, izda Nuage de Bourgogne zamm sod biex ha r-raba’ rebha konsekuttiva b’nofs tul, f’1’15’0 fil-kilometru (li kienet ukoll il-medja ta’ True Q), l-aqwa hin s’issa din is-sena fuq 2,640m.   True Q, Nabab du Chatelet, Onyx Speed, Mig of the Wood u Troy Boshoeve kkwalifikaw ukoll ghall-finali.


L-ewwel Arnie Sensation u mbaghad Ouest du Vivier hadu l-kmant fis-semi-finali ta’ nhar it-Tnejn.  Imbaghad Nelson du Val mar quddiem madwar dawra mit-tmiem. 


Madankollu fl-ahhar ftit mijiet ta’ metri, Mystere d’Urfist u Livi Cantona saru l-protagonisti meta sfidaw lil xulxin ghar-rebha matul id-dritta finali.  Finalment, Livi Cantona ha r-raba’ rebha konsekuttiva tieghu (it-tieni wahda din is-sena) madwar nofs tul mill-istess Mystere d’Urfist, b’Nelson du Val, Ouest du Vivier, Arnie Sensation u Label Chouan jiehdu l-postijiet l-ohra fil-finali.  Il-hin tar-rebbieh kien wiehed eccellenti ta’ 1’15’1 fil-kilometru.  


Fis-semi-finali tal-Fairplay Bingo Condition Race ghall-klassi Gold fuq 2,140m, l-ewwel rajna lil Zilver Boko jirregistra t-tielet rebha stagjonali tieghu grazzi ghal attakk b’sahhtu madwar 300m mit-tmiem, li wasslu ghal rebha b’madwar erba’ tulijiet fil-hin tajjeb ta’ 1’15’7 fil-kilometru.  Figaro A. West li spicca fit-tieni post ukoll ghadda ghall-finali, meta dahal quddiem Knockout Molar u The Big Blue World.


Fit-tieni semi-finali, sprint tard fit-tigrija minn Oscar de la Vallee wasslu biex ha t-tieni rebha stagjonali tieghu b’distakk komdu, quddiem Imbra d’Alfa li kkwalifikat ukoll, f’hin ta’ 1’16’2 fil-kilometru.  Mint Spirit u Dialect Af Prinfo spiccaw fit-tielet u r-raba’ post.   


Imbaghad nhar it-Tnejn, l-ewwel kien imiss lil Nicos de Peneme.  Huwa ha l-kmant f’nofs it-tigrija u rrezista l-isfidi kollha sabiex kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu f’wiehed mill-aqwa hinijiet tal-istagun (u l-aqwa hin personali tieghu b’mod assolut) fuq id-distanza, ta’ 1’15’0 fil-kilometru.  Lime Casted, li spicca fit-tieni post ikkwalifika wkoll ghall-finali, meta ghadda lil Matador Knick u lil Lys des Etroits f’dik l-ordni.


Sprint b’sahhtu fid-dritta tat-tmiem wassal lil Oscar Mati biex johrog rebbieh fi sfida ras imb’ras bejn erba’ zwiemel fid-dritta tat-tmiem.  Peasant Gallant spicca nofs tul warajh biex ikkwalifika wkoll ghall-finali, quddiem Global Hunt u Okir de Leau.  Il-hin tar-rebbieh kien ukoll l-aqwa hin li qatt irregistra dan iz-ziemel, dak tajjeb hafna ta’ 1’15’2 fil-kilometru.


Fl-ahhar semi-finali tal-klassi Gold, Oviedo du Sam irregistra t-tieni rebha tieghu f’Malta, meta mar quddiem b’madwar dawra mit-tmiem u rrezista b’mod komdu l-isfidi kollha biex spicca rebah b’tul, f’hin iehor tajjeb ta’ 1’15’8 fil-kilometru, minn Galileo Bisa li ha l-ahhar post li kien fadal fil-finali.  Novak u Side Spin spiccaw it-tielet u r-raba’ rispettivament.


Mit-tigrijiet ta’ tmiem il-gimgha li ghadda hargu l-finalisti li gejjin ghall-Condition Races l-ohra:
TRM Condition Race Klassi Silver B:  Money Boy, Meadow Dancer, Phenix d’Or, Oregon de la Foret, Eastwick, Conmore Toll, Lonestar Somolli, Onwards Star u Cross Country F.C.


Finish Line Condition Race Klassi Bronze:  Ackaturbo, Hickory Crown, It’s My Way, Belbroughton Road, Lorenz de Noyelles, Lazume Simoni, Robin Lou u Mr King.


It-tigrijiet ta’ tmiem il-gimgha li ghadda kienu jinkludu wkoll zewg tigrijiet tal-galopp.  Fil-Klassi A, Cheeky Jack kien jokkupa wiehed mill-postijiet ta’ wara sa madwar 700m mit-tmiem, meta z-zieda fil-velocita’ tieghu wasslitu biex jisfida lill-mexxej tat-tigrija Fyelehk u biex jaqbez lil dan ta’ l-ahhar fid-dritta tat-tmiem, sabiex baqa’ sejjer biex irregistra l-ewwel rebha stagjonali tieghu.  Timolin spicca fit-tielet post.


Sellybegood hadet vantagg bikri fit-tigrija tal-Klassi B u zammitu sa l-ahhar nofs dawra meta nqabzet minn Sleepwalking li baqghet sejra biex hadet l-ewwel rebha taghha f’Malta b’distakk komdu, minn Etoile du Pic u Friarscourt.


Apparti l-klassi Premier ...


Dan huwa tipiku wkoll ta’ sports iehor u tal-hajja in generali; cioe’ dawk rikonoxxuti bhala l-aqwa esponenti hafna drabi jiggeneraw interess akbar, ghax normalment huma l-aktar rapprezentanti rinomati tas-settur partikulari ... dawk bl-akbar success.


Hi x’inhi s-sistema li tintuza, kwazi f’kull pajjiz huwa normali li z-zwiemel tal-oghla klassi jkunu dawk li l-aktar jigbdu l-attenzjoni.  Dawn huwa tipiku wkoll ta’ sports iehor u tal-hajja in generali; cioe’ rikonoxxuti bhala l-aqwa esponenti hafna drabi jigbdu aktar interess, ghax  normalment huma l-aktar rapprezentanti rinomati tas-settur partikulari ... dawn bl-akbar success.


U Malta mhix eccezzjoni.  Iz-zwiemel taghna tal-klassi Premier (segwiti minn dawk tal-klassi Gold) tipikament ikunu fic-centru tal-attenzjoni.


Izda dawn il-Condition Races huma intizi biex igibu bhala protagonisti lil zwiemel fil-klassijiet l-ohra barra l-klassi Premier. Tabilhaqq, dawn il-klassijiet huma wkoll importanti ferm fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


L-ewwelnett, dawn jipprovdu varjeta’ ta’ zwiemel li jikkumplimentaw lil dawk tal-klassi Premier, kemm bhala kwalita’ kif ukoll fil-kwantita’.  F’Malta u barra minn Malta, li jkollok biss zwiemel tal-oghla klassi mhux bizzejjed biex izzomm sport tat-tigrijiet taz-zwiemel b’sahhtu.  Kieku f’pajjizi bhal Franza u l-iSvezja, z-zwiemel kellhom ikunu ristretti ghal dawk li kapaci jaslu sal-Prix d’Amerique, l-Elitloppet jew tigrijiet ohra ta’ Group 1, ma kienx ikollhom kultura tat-trott b’sahhitha.


Dawn il-klassijiet huma mill-aktar ibbilancjati u regolarment jipprovdulna tigrijiet mill-aktar attraenti, kumbattuti u bi tmiem spettakolari.  F’numru ta’ kazijiet, il-hinijiet li jigu registrati, partikolarment fil-klassijiet Gold u Silver, huma f’livelli daqs, jew qrib ta’ dawk tal-klassi Premier.


Uhud mill-aktar zwiemel tat-trott ta’ success fostna ghamlu d-debutt taghhom f’dawn il-klassijiet.  Fost il-finalisti tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira, wiehed ghamel id-debutt tieghu fil-klassi Silver izda l-prestazzjonijiet tieghu f’pajjizna wassluh biex jilhaq mhux biss il-klassi Premier izda sahansitra numru sostanzjali ta’ punti f’dik il-klassi.


Is-sistema tal-punti taghna bir-ragun tiehu kont tal-fatt li normalment iz-zwiemel taghna ma jergghux jigu esportati u ghalhekk l-eta’ u problemi ta’ sahha jistghu ihallu effett anki fuq l-aqwa zwiemel.  Ghalkemm f’certu stadju tal-karriera taghhom dawn iz-zwiemel jistghu ma jibqghux jikkwalifikaw biex jigru fil-klassi Premier, huma xorta jistghu jkunu ghadhom ferm kompetittivi fi klassijiet ohra u kapaci jaghtu sodisfazzjon misthoqq lil sidien, trainers u spettaturi. 


U whud minn dawn iz-zwiemel jaf ikollhom qawmien gdid f’dawn il-klassijiet.  Finalist iehor tat-Tazza l-Kbira ghamel id-debutt tieghu fil-klassi Premier izda t-telf ta’ punti bil-mod il-mod eventwalment wasslu biex jigri fil-klassi Silver.  Madankollu f’din il-klassi huwa sab mill-gdid il-forma u l-moral tieghu u diversi rebhiet u pjazzamenti f’temp ta’ ftit xhur wassluh lura fil-klassi Premier u fil-finali tat-Tazza l-Kbira.


Ghalhekk huwa tabilhaqq xieraq li dawn il-Condition Races ghandhom jonoraw liz-zwiemel tat-trott taghna li jigru fi klassijiet li mhumiex dik Premier.  Bhalma diga’ kien il-kaz, ahna konvinti li dawn iz-zwiemel se jaghtuna aktar tigrijiet ta’ kwalita’ oghlja ... u fl-ahhar mill-ahhar, b’rizultat ta’ dan, xi whud minnhom jista’ jkun ukoll li jigu promossi ghall-klassi Premier. 


Nawgurawlkom ilkoll laqgha eccitanti nhar il-Hadd li gej.