Friday 30th March 2012
Is-16 u s-17 -il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – il-31 ta’ Marzu u l-1 t’April

minn Magnat


Se jsiru zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha.  L-ewwel laqgha ssir nhar is-Sibt (festa pubblika ta’ Jum il-Helsien), bit-tieni tinzamm nhar il-Hadd.  Iz-zewg laqghat jibdew fis-2pm, b’dik tas-Sibt tinkludi seba’ u tal-Hadd tmien tigrijiet (kollha tat-trott) fil-programm.


Il-gurnata l-kbira tal-finali tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira fl-ahhar waslet!  Tnax-il finalist ta’ klassi se jippruvaw inaqqxu isimhom fuq dan l-unur mill-aktar prestigjuz f’Malta bi tradizzjoni ta’ 78 sena.  Qabel il-finali se jkollna sfont mill-aktar attraenti ppreparat mill-Malta Racing Club, li ghandu jipprovdi preludju xieraq ghall-isfida bejn uhud mill-aqwa zwiemel tat-trott taghna fuq distanza ta’ 2,640m.


Dan se jinkludi parata ta’ karozzi u muturi klassici kif ukoll parata ohra tas-sewwieqa u zwiemel li se jippartecipaw.


Il-lista shiha tal-partecipanti (11-il ziemel imsewwi u stalljun wiehed) hija kif gej:
1. Mystere d’Urfist, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro302,630 u bl-ahjar hin ta’ 1’13’2 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha u 4 pjazzamenti minn 10 tigrijiet hawn Malta, bl-aqwa hin lokali ta’ 1’15’2 fil-kilometru registrat fuq 2,640m.


2. Mig of the Wood, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro432,710 u bl-ahjar hin ta’  1’12’2 fil-kilometru.  Huwa ghandu 2 rebhiet (inkluz il-finali ta’ Dicembru tal-Prix de Vincennes) u 3 pjazzamenti minn 7 tigrijiet f’Malta, u l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’0 fil-kilometru registrat fuq 2,640m. 


3. Nabab du Chatelet, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro205,198 u l-ahjar hin ta’ 1’13’9 fil-kilometru.  Huwa ghandu 2 rebhiet u pjazzament minn 4 tigrijiet f’Malta, u l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’3 fil-kilometru registrat fuq 2,640m. 


4.  Livi Cantona, Svediz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK306,090 u l-ahjar hin ta’ 1’12’9 fil-kilometru.  Huwa ghandu 13-il rebha (inkluz il-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels, it-Tazza tal-President u l-VOB Grand Final, kollha fl-2011) u 6 pjazzamenti u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru registrat fuq 1,640m, minn meta ddebutta fostna sena u 5 xhur ilu. 


5.  Ouest du Vivier, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro143,350 u l-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru.  Huwa rebah 2 tigrijiet u 2 pjazzamenti minn 7 tigrijiet f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’15’5 fil-kilometru registrat fuq 2,640m. 


6.  Nuage de Bourgogne, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro258,760 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa rebah 4 darbiet minn 5 tigrijiet f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’14’9 fil-kilometru registrat fuq 2,140m. 


7.  Arnie Sensation, Svediz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,485,468 u l-ahjar hin ta’ 1’12’0 fil-kilometru.  Huwa rebah 12-il tigrija (inkluz MRC Premier Trot, VOB Grand Final u Kampjonat tas-Sajf tal-klassi Premier, kollha fl-2009) u 21 pjazzament f’Malta minn meta ddebutta madwar 3 snin ilu, bl-ahjar hin ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m.


8.  Label Chouan, Franciz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro222,716 u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah 6 darbiet kif ukoll ha 5 pjazzamenti f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’15’0 fil-kilometru registrat fuq 2,140m. 
9.  Troy Boshoeve, Germaniz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ DNK875,380 u l-ahjar hin ta’ 1’14’7 fil-kilometru.  Kiseb 4 pjazzamenti minn 11-il tigrija f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru registrat fuq 2,140m. 


10. True Q, Svediz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,380,088 u l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru.  Huwa rebah 4 darbiet kif ukoll ha 3 pjazzamenti mill-10 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’0 fil-kilometru registrat fuq 2,640m. 


11.  Onyx Speed, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro230,670 u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 tal-kilometru.  Huwa akkwista 2 pjazzamenti fiz-2 tigrijiet tieghu fostna, bl-ahjar hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru registrat fuq 2,640m.
 
12.  Nelson du Val, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro228,220 u l-ahjar hin ta’  1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah 2 tigrijiet u ppjazza f’2 tigrijiet ohra mill-5 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’15’3 fil-kilometru registrat fuq 2,640m. 


Nawgurawlhom ilkoll tigrija brillanti, possibilment it-tigrija ta’ hajjithom.  Jalla jirbah l-aqwa ziemel.


Fil-laqgha ta’ nhar is-Sibt, se jkollna wkoll it-tappa ta’ Malta tal-kampjonat tal-Mediterranean Horse Racing Union ghas-sewwieqa.  Din se tkun l-ewwel tappa tal-kampjonat ta’ din is-sena, bil-partecipanti gejjin minn 5 pajjizi barra Malta, cioe’ Franza, l-Italja, r-Russja, s-Slovenja u l-Ukrajna, kollha pajjizi bi tradizzjoni u reputazzjoni tat-trott eccellenti.


Il-partecipanti se jsuqu zwiemel tat-trott tal-klassi Bronze din is-sena.


Ir-rapprezentant taghna huwa Raymond Clifton, sewwieq b’esperjenza twila u li jgawdi rispett oghli. Bil-kwalita’ tal-kompetizzjoni, huwa zgur li se jiffaccja sfida qawwija izda ahna ghandna konvinzjoni assoluta fil-kapacitajiet tieghu u nixtiequlu l-isbah xewqat.


Nhar is-Sibt ghandna wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Premier, it-tnejn b’lista shiha ta’ 16-il ziemel miktuba.  Dawn huma tigrijiet mill-aktar ibbilancjati b’numru ta’ zwiemel jippruvaw jikkonfermaw il-valur taghhom u bil-partecipazzjoni ta’ diversi zwiemel popolari.


Zewg debuttanti huma miktuba biex jaghmlu d-debutt taghhom  (hlief ghal xi skraccjaturi) fil-klassi Premier, cioe’ Nick de Touchyvon (FR) u Target Player (SE).


L-iSvediz ta’ disa’ snin Target Player huwa rregistrat bl-oghla numru ta’ punti ghal debuttant.  Barra minn Malta huwa rebah SEK1,403,500, bi 15-il tigrija mirbuha u diversi pjazzamenti u ghandu l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru fuq 2,140m.  Fost l-ahjar prestazzjonijiet tieghu fl-iSvezja fl-2011, huwa pplejsja fit-tielet post fuq 2,140m, ir-raba’ fuq 1,640m u rregistra hin tajjeb ta’ 1’14’2 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,140m.


Il-bqija tat-tigrijiet jikkonsistu fi tlieta ghall-klassi Gold, erbgha ghall-klassi Silver, tlieta ghal zwiemel tal-klassi Bronze u tigrija ghall-klassi Copper.  Dawn iz-zwiemel tat-trott huma miktuba biex jiddebuttaw f’dawn it-tigrijiet:  il-Francizi Ormuz u Paleo de la Dives fil-klassi Gold u Borups Hero (SE), Caddie Drink (SE), Orloff de Bougy (FR), Pepeton (FR) u Pittacos (FR) fil-klassi Silver.


Bla dubbju ta’ xejn, dan ghandu jkun tmiem il-gimgha mill-aqwa ta’ tigrijiet b’attendenzi sbieh ta’ spettaturi mistennija fil-korsa tal-Marsa.  Nistqarr li kull finali tat-Tazza l-Kbira li rajt bqajt niftakha b’mod car, inkluz dawk li rajt meta kont tifel – jiena cert li n-nies kollha li se jkunu hemm din is-sena se jkollhom ukoll esperjenza memorabbli.


L-ahhar laqgha


Il-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda kienet tinkludi zewg tigrijiet interessanti tal-klassi Premier u numru ta’ semi-finali mill-Condition Races ghal zwiemel tal-klassi Silver A u Copper, kollha fuq distanza ta’ 2,140m.
 
Oviedo Vici ddomina l-ewwel tigrija tal-klassi Premier tul it-tigrija kollha biex spicca ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’numru ta’ tulijiet, minn Nomade de Mai, Niky de Memartin u Niarpan.  Il-hin tieghu ta’ 1’15’0 fil-kilometru kien wiehed mill-ahjar hinijiet tal-istagun fuq id-distanza ta’ 2,140m. 


It-tieni tigrija tal-klassi Premier ipprovdietilna sfida eccitanti bejn erba’ zwiemel fid-dritta finali, bir-rebha fl-ahhar tmur ghal Think Yatzee b’nofs tul minn  Nono de Crouay, Belafonte u Milord Barbes f’hin ta’ 1’16’7 fil-kilometru.  Din kienet il-15 –il rebha ta’ Think Yatzee f’Malta, l-ewwel wahda fl-ahhar disa’ xhur u wasslet lil dan iz-ziemel biex jaqbez il-15,000 ewro f’rebh ta’ flus f’Malta. 


Fl-ewwel semi-finali Vida klassi Silver A, attakk b’sahhtu fuq in-nahat ta’ barra fl-ahhar nofs dawra wassal lil Confidence As biex jiehu l-ewwel rebha tieghu fl-ahhar kwazi sentejn b’madwar nofs tul minn Stoms Alex u Nevada Silver li kkwalifikaw ukoll.  Petrus du Vivier spicca fir-raba’ post.


Fil-bidu tat-tieni semi-finali kellna incident li kien jinvolvi d-debuttanta Jill Vox u lil Lovely Mab.  Hadd mis-sewwieqa u z-zwiemel ma sofra konsegewenzi serji izda t-tigrija kellha tinbeda mill-gdid u Jill Vox ma haditx sehem.


Fit-tigrija nnifisha, Olympio des Loyaux ha l-kmant madwar dawra mit-tmiem u rnexxielu jirrezisti l-isfida tal-fuq imsemmi Lovely Mab fid-dritta tat-tmiem biex ghadda l-gister l-ewwel b’distakk minimu.


Madankollu, Olympio des Loyaux eventwalment safa skwalifikat, bir-rebha tmur ghal Lovely Mab, quddiem Stainless Steel u Charlie Smitt li ghaddew ukoll ghall-finali.  Ir-rebbieh irregistra l-ahjar medja mit-tlett semi-finali, cioe’ 1’16’6 fil-kilometru.  Id-debuttant (li bi zvista thalla barra minn dan l-artiklu l-gimgha l-ohra) Pared An Hoel (FR) spicca r-raba’. 


Fit-tielet semi-finali, Prince du Moutier mar quddiem tista’ tghid mill-bidu u baqa’ hemm matul it-tigrija kollha, sabiex ha t-tieni rebha tieghu f’Malta b’madwar tul minn Number One of Max u Mint Condition li kienu l-bqija taz-zwiemel li kkwalifikaw.  My Gentleman spicca fir-raba’ post.


Is-semi-finali tal-Paul & Shark Condition Race tal-klassi Copper irrizultaw fil-finalisti li gejjin:  Orasi Index (rebbieh tas-semi-finali tieghu), Lorrain d’Oliverie, Katuelo, Gamin Launcher (rebbieh tat-tieni semi-finali), Dandy, Mistral du Chene, Keyser Engely (rebbieh tat-tielet semi-finali), Emil Brebro u Zut.


Kampjonati tat-Tazza l-Kbira tal-passat – It-Tieni Parti


Wahda mill-pagni ta’ quddiem tal-website tal-MRC kienet tghid hekk:  It-Tazza l-Kbira 2012 Fejn il-passat jerga’ jiehu l-hajja filwaqt li jtellqu z-zwiemel tal-prezent”.  U dan tant hu veru!  Ghaliex il-finalisti ta’ din is-sena jkomplu l-wirt storiku li hallewlna finalisti kbar tal-passat li ghamlu unur lill-korsa taghna.


Gimghatejn ilu, ftakarna fis-semi-finali tat-Tazza l-Kbira tal-1972 u tal-1977.  Ilum se naghtu daqqa t’ghajn lill-finali ta’ dawk is-sentejn.


Il-finali tal-1972 inzammet (bhas-soltu dak iz-zmien, fuq 1.75 mili jew 2,816m) fit-30 t’April bil-finalisti jkunu Questembert, , Sacrobate IV, Terido, Renov Vit, Urgo D, Tivoli, Twist Manderie, Toutankhamon, Sam II u Reza de Pibrac.


Din il-finali kienet ikkaratterizzata minn xejn inqas minn tlett “false starts”, bit-tigrija tibda’ ufficjalment mar-raba’ tentattiv.


Terido kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, ghalkemm Renov Vit ma kien qatt il-boghod minnu.  Mal-kors tat-tigrija, Sacrobate IV u Sam II inghaqdu maz-zwiemel ta’ quddiem, izda tard fit-tigrija Renov Vit ha l-kmant u rrezista attakk b’sahhtu minn Sam II u Sacrobate IV, biex ghadda l-gister l-ewwel.


Madankollu, wara t-tigrija Renov Vit gie skwalifikat mill-iStewards, talli qaleb u ggwadanja u talli ghafas wisq ma’ ziemel iehor, bir-rebha tmur ghaz-ziemel ta’ ghaxar snin Sam II, segwit minn Sacrobate IV u Reza de Pibrac.  F’dan l-istadju inqala’ l-glied u saru diversi arresti mill-pulizija.


Il-finali tal-1977 li nzammet fil-15 ta’ Mejju kienet ukoll ikkaratterizzata minn diversi “false starts”. Meta fl-ahhar bdiet it-tigrija, kien Cristal III li ha l-kmant segwit mir-rebbieh tas-sena ta’ qabel Alycon III bis-seba’ finalisti l-ohra (cioe’ Bambi III, Beguin du Mesnil, Urbain L, Cornichon M, Baal, Unique Tresor u Ave H) jsegwuhom f’qatta wahda.


Fl-ahhar parti tat-tigrija, Baal u Urbain L avvanzaw tajjeb biex jisfidaw liz-ziemel ta’ quddiem Cristal III.  Madankollu Beguin du Mesnil wettaq sprint b’sahhtu fid-dritta tat-tmiem izda hadd ma seta’ jzomm liz-ziemel ta’ disa’ snin Cristal III milli jirbah it-tigrija, segwit minn Beguin du Mesnil, Baal u Urbain L.


Cristal III kien gie mpurtat aktar kmieni fl-istess stagun 1976 -77 u wara kellu jkun ferm sfortunat, meta wegga’ qabel il-bidu tal-istagun ta’ wara, b’mod li ppartecipa f’tigrija wahda biss wara li rebah it-Tazza l-Kbira fl-1977.


Izda issa nirrornaw ghall-prezent, hekk kif tkompli tizvolgi l-istorja tat-Tazza l-Kbira nhar il-Hadd li gej.  L-ismijiet tal-finalisti ta’ din is-sena se jidhlu fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta u wiehed minnhom se jkollu ismu mnaqqax ghal dejjem fuq din it-Tazza mill-aktar prestigjuza.


Hafna snin ohra, n-nies se jirrakkuntaw anki l-istorja tal-finali ta’ din is-sena, kif ahna rrakkuntajna dawk tal-finali tat-Tazza l-Kbira ta’ 35 u 40 sena ilu, bl-ismijiet taz-zwiemel taghna tal-lum jibqghu fil-memorja tad-dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel.


Izda fil-frattemp, ejja lkoll niehdu pjacir bl-ispettaklu u l-eccitament li qed jistennewna fil-finali tad-Dragonara Tazza l-Kbira ta’ nhar il-Hadd li gej. 


Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem il-gimgha li gej.