Friday 6th April 2012
It-18-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – it-8 t’April

minn Magnat


Nhar il-Hadd (Hadd il-Ghid) se ssir laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa, li tibda’ fis-2pm u tinkludi tmien tigrijiet, kollha tat-trott, fil-programm.


Wara l-finali tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira nhar il-Hadd li ghadda, laqgha ohra eccitanti b’sitt finali qed tistenniena nhar il-Hadd li gej.


L-ewwelnett, ghandna l-innovazzjoni ta’ Finali ta’ Konsolazzjoni fuq 2,640m ghal semi-finalisti tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira li ma kkwalifikawx ghall-finali.  Tabilhaqq, li tasal sas-semi-finali b’dik il-kompetizzjoni tant qawwija huwa unur u l-kwalita’ tat-tmien zwiemel tat-trott li huma miktuba biex jippartecipaw nhar il-Hadd hija minghajr dubbju.


Dawn jinkludu hames zwiemel Francizi, zewg Svedizi u Taljan, f’etajiet ta’ bejn 11 u 15-il sena.  Il-Francizi ghandhom rebh barra minn xtutna ta’ bejn Euro123,530 u Euro361,880, l-iSvedizi ghandhom rebh barra minn Malta ta’ SEK411,060 u SEK1,063,350, filwaqt li l-partecipant Taljan rebah Euro237,317 barra minn Malta. 


F’Malta rebhu madwar 30 tigrija bejniethom.  Minghajr dubju rizultati impressjonanti minn kull aspett. 


Il-lista shiha tal-partecipanti hija:  Nasko Pride, Nagano Phedo, Normand d’Oger, Lou Petiot, Energy Launcher, Bello Fratello, Eastwood OM u Noble d’Ete.


Il-Condition Races jinkludu finali ghal kull klassi, b’zewg finali jkunu riservati ghall-klassi Silver, kollha fuq 2,140m.


L-ghaxar finalisti fil-Finali tal-Fairplay Bingo Condition Race ghall-klassi Gold jinkludu erbgha minn kull wiehed minn Franza u l-iSvezja, u wiehed mill-Italja u l-Olanda. Kull wiehed minnhom irregistra hin ta’ bejn 1’15’0 u 1’16’4 fil-kilometru u erbgha minnhom gew promossi (jew huwa punt il-boghod mill-promozzjoni) ghall-klassi Premier bis-sahha tal-prestazzjonijiet tajba taghhom dan l-ahhar.


Mistennija tigrija mill-aktar ibbilancjata bil-finalisti jkunu:  Peasant Gallant, Oscar de la Vallee, Nicos de Peneme, Imbra d’Alfa, Figaro A. West, Zilver Boko, Oscar Mati, Galileo Bisa, Oviedo du Sam u Lime Casted.


Interessanti li z-zewg finali tal-klassi Silver jinvolvu distakk ta’ eta’ wiesa, bl-etajiet tal-partecipanti jvarjaw bejn 7 u 15-il sena.  Bejniethom dawn irregistraw disa’ rebhiet u xejn inqas minn 25 pjazzamenti mill-bidu ta’ din is-sena.


Il-lista ta’ partecipanti f’dawn iz-zewg finali (li gejjin mid-Danimarka, Franza, l-iSvezja u l-Istati Uniti) huma: 


Finali Vida Silver A:  Charlie Smitt, Stainless Steel, Stoms Alex, Number One of Max, Prince du Moutier, Confidence As, Mint Condition, Nevada Silver u Lovely Mab.


Finali TRM Silver B:  Conmore Toll, Lonestar Somolli, Phenix d’Or, Eastwick, Cross Country F.C., Oregon de la Foret, Meadow Dancer u Onwards Star.


It-tmien finalisti (fl-ordni tan-numru taghhom) fil-Finish Line Condition Race klassi Bronze huma: Belbroughton Road, Lorenz de Noyelles, Ackaturbo, It’s My Way, Robin Lou, Hickory Crown, Mr King u Lazume Simoni.


Dawn li gejjin huma d-disa’ kompetituri miktuba (anki hawnhekk fl-ordni tan-numru taghhom) fil-finali tal-Paul & Shark Condition Race ghall-klassi Copper: Kejser Engely, Emil Brebro, Zut, Katuelo, Lorraine d’Oliverie, Gamin Launcher, Dandy, Mistral du Chene u Orasi Index. 


L-ewwel u l-ahhar tigrija tal-gurnata huma tigrijiet “normali”, wahda ghall-klassi Copper u l-ohra ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Silver.


Tassew programm xieraq ghal Hadd il-Ghid ... l-ispettaklu jkompli fil-korsa tal-Marsa!


L-ahhar laqghat


Wara xahar ta’ stennija, il-heats, is-semi-finali u mbaghad il-finali, issa ghandna rebbieh.  U r-rebbieh huwa ... Mig of the Wood!


Il-finali tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira inzammet f’xemx glorjuza quddiem l-akbar folla tal-istagun.  Il-finalisti kienu hdax, ghax sfortunatament, Livi Cantona, wiehed mill-favoriti l-kbar, kellu jigi skraccjat. 


Nuage de Bourgogne ha vantagg bikri izda gie segwit mill-qrib minn Mig of the Wood, li malajr inghaqad mieghu Nabab du Chatelet jigri fuq in-nahat ta’ barra.  Il-velocita’ tat-tigrija zdied sewwa fl-ahhar dawra u 600m mit-tmiem True Q wettaq attakk qawwi wkoll fuq in-nahat ta’ barra.


Nuage de Bourgogne zied aktar il-pass, izda ftit mijiet ta’ metri mit-tmiem, Mig of the Wood faqqa attakk b’sahhtu li wasslu biex imur fuq quddiem ftit wara li z-zwiemel dahlu fit-dritta finali.  Huwa zamm il-vantagg sat-tmiem biex rebah bi kwazi zewg tulijiet, bis-sewwieq Noel Baldacchino jgholli jdejh b’sinjal ta’ triomf anki qabel ma ghadda l-gister.


Il-hin tar-rebbieh kien wiehed tajjeb hafna ta’ 1’15’4 fil-kilometru fuq id-distanza ta’ 2,640m u huwa gie segwit minn Nuage de Bourgogne, Mystere d’Urfist, Nelson du Val u Nabab du Chatelet f’dik l-ordni. 


Ghal Mig of the Wood din kienet l-ewwel rebha stagjonali, it-tielet wahda tieghu f’Malta mit-tmien tigrijiet li ppartecipa fihom s’issa.  Kien it-tielet success ta’ Noel Baldacchino fil-finali tat-Tazza l-Kbira wara r-rebhiet li rregistra fuq James de l’Iton fl-2008 u l-2009.  Is-sewwieqa li bhalissa jokkupaw l-ewwel tlett postijiet fil-klassifika tas-sewwieqa tal-MRC hadu l-ewwel tlett pjazzamenti ukoll fil-finali tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira.


Wara t-tigrija, is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport l-Onor Clyde Puli u Ms Svetlana Bukova, rapprezentanta tal-isponsors Dragonara Casino Lounge & Bistro, fil-prezenza tac-Cermen tal-Malta Racing Club Dr Matthew Brincat u ta’ membri ohra tal-Kunsill tal-MRC ipprezentaw it-trofej u l-premjijiet ta’ flus lis-sidien u sewwieqa rebbieha u dawk li pplejsjaw.


Izda tmiem il-gimgha li ghadda kien jinkludi wkoll aspetti ohra interessanti.  Fil-laqgha tas-Sibt, is-sewwieq veteran Raymond Clifton ipprovda sodisfazzjon kbir lill-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta fl-ewwel tappa tal-kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterranean Horse Racing Union, li nzammet f’Malta.


Huwa mexxa liz-ziemel afdat lilu Polytain biex jiehu vantagg zghir bikri minn Petit Veinard u Wonderofyou.  Polytain zamm fuq quddiem sad-dritta tat-tmiem meta sofra l-attakk ta’ Petit Veinard u deher jinqabez minn dan ta’ l-ahhar, izda l-esperjenza ta’ Clifton xprunat lil Polytain biex jirkupra u biex jirbah b’ras fost il-briju tal-folla prezenti.  Huwa gie segwit minn Petit Veinard (Attilio Golia – Italja), Wonderofyou (Dusan Zorko – Slovenia) u Syllabub (Olga Bodnar – Ukrajna).


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier, Nomade de Mai rregistra t-tieni rebha stagjonali tieghu, meta ha vantagg bikri u zammu t-triq kollha biex rebah b’aktar minn tul minn Nuper, Veikko Hornline u Niky du Donjon. 


Fit-tieni, Oviedo Vici zamm il-kmant sakemm iz-zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem, meta sprint qawwi minn Count of Life wassal lil dan ta’ l-ahhar biex imur fuq quddiem u jirregistra t-tieni rebha stagjonali tieghu f’hin tajjeb ta’ 1’15’7 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,640m.  Utah Hornline, Natieu d’Echal u Oviedo Vici hadu l-pjazzamenti. 


It-tlett tigrijiet tal-klassi Gold intrebhu minn Paradis du Lupin (l-ewwel rebha f’Malta), d-debuttant Franciz (li dahal bhala riserva) Quid de la Muette u Orlando Tejy (it-tieni rebha stagjonali fit-tielet l-ahjar hin ta’ tmiem il-gimgha, 1’16’2 fil-kilometru fuq 2,640m).


Il-Gurnata l-Kbira


“Mig of the Wood jirbah l-unur il-kbir”, “Triomf ghal Mig of the Wood”, L-Unur Ewlieni jintrebah minn Mig of the Wood”, “Mig of the Wood fi klassi ghalih fit-Tazza l-Kbira”.  Dawn kienu uhud mit-titli li jirrigwardaw it-tigrijiet taz-zwiemel fil-gurnali din il-gimgha.


Huwa tabilhaqq xieraq li nonoraw lir-rebbieh izda nhar il-Hadd li ghadda, l-laqgha shiha kienet wahda memorabbli.  Kienet gurnata glorjuza tar-Rebbiegha Mediterranja, xemxija bi ftit shab irqieq u ziffa hafifa.


Kienet ukoll l-aktar folla numeruza li niftakarni nara fi snin recenti, li kienet tinkludi numru sabih ta’ turisti, li kienu jidhru qed jiehdu pjacir bl-ispettaklu daqs il-Maltin ... 


L-organizzazzjoni kienet impekkabbli.


Il-kummentaturi li pprezentaw t-tigrija u l-partecipanti kif ukoll il-kummentarju haj tat-tigrija kienu kollha mill-aqwa.


Il-parata ta’ karozzi klassici Jaguar u muturi klassici Harley Davidson li mbaghad ittraspotaw is-sidien u s-sewwieqa sabiex jigu pprezentati lill-ispettaturi, il-parata taz-zwiemel li ppartecipaw lebsin l-ghata specjali u mmexxija mill-“handlers” taghhom.


U xi pjacir hadna naraw mill-gdid imexxu l-parata tal-partecipanti, zewg stilel kbar tax-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta, llum irtirati, z-ziemel ta’ 15 –il sena rebbieh tat-Tazza l-Kbira tal-2008 u l-2009 James de l’Iton u z-ziemel ta’ 26 sena rebbieh tal-edizzjoni tal-1999 Uquito d’Orphee, li ghad ghandu r-rekord tal-akbar numru ta’ tigrijiet mirbuha f’Malta.


Meta kont qed nosservahom ma stajtx ma nistaqsix lili nnifsi jekk dawn iz-zewg campjins kenux eccitati, forsi qed jahsbu li kienu se jergghu ghal darb’ohra jippartecipaw f’tigrija.  Izda llum, ma kenux hemm biex jahdmu, izda biss biex jigu onorati!


Fil-“paddock”, qabel it-tigrija, l-eccitament fost zwiemel, sewwieqa u “handlers” kien fl-oghla livell.  Tensjoni fuq l-ucuh, sewwieqa jippassiggaw biex izommu kontroll tan-nervi, z-zwiemel partecipanti dehlin wiehed wiehed imlibbsa b’mod impekkabbli, mdawwrin mill-“handlers” taghhom.  “Trainers” u sewwieqa jiddiskutu l-istrategija tat-tigrija u zwiemel li kienu jidhru nervuzi daqs il-bnedmin li kellhom madwarhom, u kienu jidhru qed jirrealizzaw li din kienet gurnata specjali.


Kienet is-successjoni ta’ tigrijiet ta’ qabel li tatna idea ta’ hin u kulhadd ha r-ruh meta daqqet il-qanpiena biex il-finalisti johorgu fuq it-korsa ghall-ahhar ftit minuti ta’ preparazzjoni qabel it-tigrija.


It-tigrija nnifisha giet deskritta kif jixraq bhala klassika.  Fl-ahhar, seta# jkun hemm biss rebbieh wiehed, izda l-finalisti kollha se jidhlu fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta ghax li jirnexxilek tasal sal-finali tat-Tazza l-Kbira hija opra li persentagg zghir biss ta’ zwiemel qatt jirnexxielhom jiksbu.  Mingharjhom ilkoll il-finali ma kenitx tkun dik memorabbli li kienet.


Ic-centru tal-attenzjoni wara t-tigrija huwa riservat kif suppost ghar-rebbieh.  Ic-cerimonja tal-prezentazzjoni, ir-ritratti kommemorattivi tradizzjonali tal-familja, hbieb u sostenituri maz-ziemel u s-sewwieq rebbieh u mbaghad ic-celebrazzjoni ta’ wara t-tigrija (jew ghandi nsejjhilha riceviment?) fir-remissa wara l-laqgha. 


Izda l-immagini li nibqa’ nghozz l-aktar hija dik taz-ziemel rebbieh fl-istalla tieghu wara t-tigrija, wara li kien gie mahsul u mitmugh, josserva bil-kalma lill-bnedmin madwaru jiccelebraw ir-rebha tieghu, biz-ziemel jidher jiehu gost bil-kumpannija ta’ zewg tfal zghar jilghabu madwaru u mieghu.


Immagini mill-aqwa ta’ dak l-annimal nobbli li nsejjhulu “ziemel”.


Nawgurawlkom ilkoll l-Ghid it-Tajjeb u laqgha ohra eccitanti nhar il-Hadd li gej.