Saturday 14th April 2012
Id-19-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – il-15 t’April


Minn Magnat


Se tinzamm laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej 15 t’April, li tibda fis-2pm bil-programm jinkludi ghaxar tigrijiet tat-trott u wahda tal-galopp. 


Din se timmarka l-bidu tar-raba’ edizzjoni tal-kampjonat ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi, li din is-sena huwa sponsorjat minn Skyparks.  Se jinzamm kampjonat ghal kull klassi fuq distanza ta’ 2,140m, b’heats jinzammu nhar il-Hadd li gej ghall-klassi Silver, u semi-finali ghal kull klassi li jinzammu fi tmiem il-gimgha li jmiss, cioe’ fl-20 u t-22 t’April.


L-erba’ heats tal-klassi Silver ta’ nhar il-Hadd jinkludu ghaxra jew hdax-il partecipant miktuba f’kull wahda b’etajiet li jvarjaw bejn 7 u 15-il sena.  Hames zwiemel minn kull heat jikkwalifikaw ghas-semi-finali tal-gimgha d-diehla.


Il-partecipanti jinkludu diversi zwiemel li gejjin minn prestazzjonijiet tajbin, bhal Robin Lou (gej minn zewg rebhiet u pjazzament), Meadow Dancer (rebha u zewg pjazzamenti), Soren Sufflor (rebbieh tal-ahhar tigrija tieghu), Cross Country F.C. (tlett pjazzamenti) u hafna ohrajn.


Se tkun bicca xoghol iebsa ghaz-zwiemel kollha li jghaddu ghas-semi-finali ...


Il-bqija huma tigrijiet tat-trott “normali” fuq l-itwal distanza tat-tigrijiet f’Malta, cioe’ 3,140m.  Naturalment, iz-zwiemel Svedizi mhux se jippartecipaw f’dawn it-tigrijiet din il-gimgha minhabba li se jiehdu sehem fil-kampjonati Skyparks ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi. 


Ghandna zewg tigrijiet ferm ibbilancjati tal-klassi Premier.  Bejniethom dawn jinkludu xejn inqas minn sitt partecipanti fil-finali tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira u r-rebbieh tat-Tazza l-Kbira tas-sena l-ohra. 


Iz-zewg tigrijiet jinkludu wkoll diversi zwiemel li gejjin minn rebhiet jew pjazzamenti fit-tieni post, bhal Nasko Pride, Count of Life, Nuper, Normand d’Oger, Nono de Crouay u Nuage de Bourgogne.  Ghandna wkoll zewg debuttanti Francizi, cioe’ Mustang du Don u Nueve Musette (li kien gie skraccjat f’okkazjoni ohra).


It-tigrija tal-klassi Gold tara hmistax-il partecipant gejjin mid-Danimarka, Franza, l-Germanja u n-Norvegja.  Hija tinkludi tahlita interessanti ta’ zwiemel relattivament godda u dawk b’esperjenza twila fostna, li whud minnhom gew promossi dan l-ahhar mill-klassi Silver, filwaqt li ohrajn kienu jigru fil-klassi Premier sa ftit zmien ilu.


It-tigrijiet tat-trott “normali” l-ohra huma tnejn ghall-klassi Copper u ohra ghall-klassi Bronze.


Ghandna wkoll tigrija tal-galopp tal-klassi B fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m.  Il-partecipanti jinkludu r-rebbieh tal-Mediterrean Derby tas-sena l-ohra Buttermilk u hames zwiemel tal-galopp ohra li qed ifittxu jew l-ewwel rebha taghhom f’Malta jew ritorn fost ir-rebbieha wara nuqqas ta’ sena jew aktar.


Spiccaw numru ta’ kampjonati, u qed jibda’ iehor ...  nistennew bil-herqa aktar attivita’ eccitanti fil-korsa!  


L-ahhar laqgha


Mit-tmien tigrijiet fil-programm ta’ nhar il-Hadd li ghadda, xejn inqas minn sitta kienu finali f’dak li kien imsejjah l-“Easter Sunday Special”, li rrizulta f’laqgha ohra mill-aktar attraenti.  


Il-finali ewlenija kienet il-Finali ta’ Konsolazzjoni ghal seba’ semi-finalisti tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira li ma kkwalifikawx ghall-finali l-kbira.  Noble d’Ete ha l-kmant fil-bidu tat-tigrija ta’ 2,640m, segwit minn Normand d’Oger, Bello Fratello u Lou Petiot.  


Madankollu, b’madwar nofs dawra mit-tmiem Nasko Pride, li sa dak il-hin kien qed jokkupa wiehed mill-postijiet ta’ wara, beda attakk b’sahhtu li eventwalment wasslu biex imur fuq quddiem u jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’mod komdu, f’hin tajjeb ta’ 1’16’4 fil-kilometru.  Normand d’Oger, Noble d’Ete u Lou Petiot hadu l-pjazzamenti f’dik l-ordni.  


Fil-finali tal-Fairplay Bingo Condition Race ghall-klassi Gold fuq 2,140m (bhall-finali tal-Condition Races kollha tal-Hadd), hekk kif iz-zwiemel kienu qed joqorbu lejn id-dritta tat-tmiem, il-konfront fuq quddiem kien bejn Oscar de la Vallee u Zilver Boko, b’dan ta’ l-ahhar imur fuq quddiem matul id-dritta tat-tmiem.    


Madankollu fil-frattemp, Oscar Mati pproduca sprint qawwi fid-dritta tat-tmiem li wasslu biex jaqbez lil Zilver Boko fl-ahhar ftit metri sabiex ha r-raba’ rebha tieghu f’Malta quddiem Zilver Boko, Oscar de la Vallee u Lime Casted, fl-ahjar hin fost il-finali tal-Condition Races ta’ 1’17’0 fil-kilometru.  


Lovely Mab u Confidence As sfidaw lil xulxin matul l-ahhar ftit mijiet ta’ metri fil-finali tal-Vida Condition Race ghall-klassi Silver A, b’ta’ l-ewwel jiehu vantagg determinanti f’nofs id-dritta tat-tmiem sabiex irregistra t-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali quddiem Confidence As, Charlie Smitt u Mint Condition.


Fil-finali tat-TRM Condition Race ghall-klassi Silver B, Lonestar Somolli kiseb it-tielet rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu b’madwar tul u nofs, wara taqtiegha ras imb’ras fid-dritta tat-tmiem bejn xejn inqas minn erba’ zwiemel.  Meadow Dancer, Cross Country F.C. u Phenix d’Or spiccaw immedjatament wara r-rebbieh f’dik l-ordni.  


Ackaturbo ddomina l-finali Finish Line ghall-klassi Bronze prattikament mill-bidu sat-tmiem, biex irregistra t-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali minn Robin Lou, Belbroughton Road u It’s My Way.


Nawguraw ukoll lil Kejser Engely li rebah il-finali tal-Paul & Shark Condition Race ghall-klassi Copper, sabiex ha t-tieni rebha konsekuttiva b’madwar tmien tulijiet, wara zieda qawwija fil-velocita fl-ahhar nofs dawra.  


It-tigrijiet “normali” intrebhu minn L’Ideal de Fersan (klassi Silver) u Hulegardens Filur (klassi Copper), bit-tnejn jiehdu l-ewwel rebha stagjonali taghhom.


Aktar success ghal Michael Sultana barra minn Malta


Il-gerrej Malti Michael Sultana, li bhalissa jinsab fuq quddiem fil-klassifikazzjoni tal-2012 tal-Ahjar Gerrej f’Malta, ppartecipa f’erba’ tigrijiet f’Mons, il-Belgju nhar it-Tnejn li ghadda, bi tnejn miz-zwiemel li kien qed isuq jispiccaw it-tieni u r-raba’ rispettivament.


Prosit tassew Michael u nixtiequlek aktar success fil-futur!  Kompli ghati l-aqwa tieghek u pprogetta l-aqwa immagini possibbli ta’ Malta kemm fuq livell ta’ kompetenza kif ukoll ta’ sportivita’.


Unur Sewwieq tax-Xahar - Marzu


L-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Marzu intrebah minn Charles Camilleri, abbazi tal-ghaxar rebhiet li rregistra matul dak ix-xahar.  Huwa rnexxielu wkoll jirbah xejn inqas minn erbgha’ minn dawn it-tigrijiet fil-laqgha li saret fil-31 ta’ Marzu.  


Prosit Charles – tassew jisthoqqlok! Grazzi hafna wkoll lil Anthony Axisa & Sons (Ta’ Haxixa) talli taw is-support taghhom lill-isport taghna billi sponsorjaw l-unur ta’ Marzu.


Iz-zwiemel tat-trott Svedizi fic-centru tal-attenzjoni


Fil-“guestbook” ta’ sit tal-internet ewlieni fuq it-tigrijiet tat-trott f’Malta, b’nofs cajta xi hadd darba kien irrefera ghall-kampjonati bbazati fuq in-nazzjonalitajiet bhala “kampjonati tar-razzizmu”, bla dubbju b’riferenza ghall-fatt li zwiemel ta’ nazzjonalita’/ jiet partikolari biss jistghu jiehdu sehem fil-kampjonat partikolari.


Personalment jiena nahseb li dawn il-kampjonati huma fatturi li jaghnu x-xena tat-tigrijiet tat-trott f’Malta ghaliex jenfasizzaw il-varjeta’ li tezisti fost iz-zwiemel tat-trott li jtellqu f’Malta u li tippermettielna nduqu t-tradizzjoni tat-trott ta’ pajjizi differenti.


L-iSvezja huwa pajjiz li jinsab fit-Tramuntana tal-Ewropa, filwaqt li Malta tinsab fil-ponta l-aktar fin-nofsinhar tal-Ewropa – distanza pjuttost twila bejniethom.  Anki t-temp huwa tipikament pjuttost differenti.  Madankollu, n-numru ta’ zwiemel tat-trott Svedizi li jigru f’Malta joholqu rabta interessanti bejn iz-zewg pajjizi.


Dan il-fenomenu jmur lura madwar 20 sena, ghaliex anki jekk qabel kien ikun hemm regolarment debuttant jew tnejn Svedizi, kien fl-1992 li l-ewwel kontingent qawwi ta’ zwiemel tat-trott Svedizi ddebuttaw f’Malta – xejn inqas minn 36.  Dawn imbaghad saru aspett kostanti tax-xena tat-tigrijiet tat-trott f’Malta sal-lum.


Is-sena l-ohra, kellna 81 zwiemel tat-trott godda Svedizi li ghamlu d-debutt taghhom fostna, 32% (jew madwar 1 minn kull 3) tan-numru komplessiv ta’ zwiemel tat-trott godda. 


U dawn iz-zwiemel wettqu mpatt mhux biss fin-numru izda wkoll fil-kwalita’.  Uhud rebhu qrib jew aktar minn SEK1 miljun (xi ftit anki marru qrib ta’, jew qabzu z-SEK2 miljuni) barra minn xtutna u kienu zwiemel tat-trott rispettati anki fil-konfront mal-kompetizzjoni qawwija li tezisti fil-koros Svedizi.


Ghandna wkoll numru ta’ zwiemel Svedizi li qed jaghmlu d-debutt taghhom ta’ tmien snin jew izghar (54%, persentagg tajjeb, is-sena l-ohra) li ghalkemm naturalment ikollhom tipikament inqas rebh barra minn Malta, ghandhom il-potenzjal u z-zghozija biex ihallu l-impatt taghhom hawn Malta. 


Fost iz-zwiemel Svedizi li issa huma rtirati, insibu whud li grew f’Malta wara li rebhu qrib hafna jew aktar minn SEK3 miljuni fl-iSvezja jew f’pajjizi ohra, bhal David Ceda, Pilot Kloster, Lovart Sund, Beijing Boy u xi ohrajn.  


Ohrajn kellhom passat rispettabbli fl-iSvezja izda bbrillaw anki aktar f’Malta, jew ghan-numru ta’ tigrijiet mirbuha (Comfort Me, Super Chic, Prince Tanga, Bisso As u Dicky Hornline kollha rebhu 24 tigrija jew aktar hawnhekk u numru ta’ ohrajn rebhu qrib ta’ hekk) jew ghar-rebh ta’ flus fostna (Bisso As, Speedy Bottle, Prince Tanga u Comfort Me kollha rebhu aktar minn Euro16,500 - ekwivalenti ghal aktar minn Lm7,000 - u diversi ohrajn ukoll kellhom rebh ta’ flus notevoli).


Nghidu li hafna drabi “l-passat huwa l-mera tal-futur”.  Jekk dan hu hekk, ninsabu konvinti li z-zwiemel tat-trott Svedizi tal-lum se jgieghluna niftakru fil-kompatrijotti Svedizi taghhom tal-passat, billi jipprovdulna tigrijiet brillanti u veloci fil-kampjonat Skyparks ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi li wasal biex jibda’. 


Nixtieq nirrigrazzja minn qalbi lill-espert tal-istatistika tat-trott Nicholas Farrugia ghall-informazzjoni statistika li gentilment ipprovdieli u li jiena wzajt f’dan l-artiklu (u f’hafna ohrajn).


Nawgurawlkom ilkoll laqgha ohra eccitanti nhar il-Hadd li gej.