Sunday 29th April 2012
It-22 u t-23 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – id-29 t’April u l-1 ta’ Mejju

minn Magnat

Matul il-jiem li gejjin se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa.  L-ewwel laqgha se ssir nhar il-Hadd u l-ohra t-Tlieta (festa pubblika tal-1 ta’ Mejju), t-tnejn jibdew fis-2pm.  Kull laqgha tinkludi 9 tigrijiet fil-programm li huma kollha tat-trott hlief ghal tigrija wahda tal-galopp fil-programm tal-Hadd.


Fit-tigrijiet tat-trott naraw ir-ritorn ghad-distanza ta’ 2,140m, filwaqt li t-tigrija tal-galopp se tinzamm fuq distanza ta’ 1,750m.


It-tigrijiet tal-klassi Premier it-tnejn ghandhom lista’ shiha ta’ 16 il-ziemel tat-trott miktuba fihom.  It-tigrija tal-Hadd tipprezentalna lista mpressjonanti ta’ partecipanti, inkluzi z-ziemel li spicca fit-tieni post fil-finali tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira Nuage de Bourgogne, dak li spicca fil-hames post Nabab du Chatelet, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fil-finali ta’ Konsolazzjoni tat-Tazza l-Kbira Normand d’Oger, rebbieha ta’ dan l-ahhar Nevaio des Bordes, Oviedo Vici u Utah Hornline (finalist fil-kampjonat Skyparks ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi tal-klassi Premier) u hafna ohrajn.


It-tigrija ta’ nhar it-Tlieta tara numru ta’ zwiemel tat-trott li gew promossi ghall-klassi Premier dan l-ahhar wara prestazzjonijiet sbieh fil-klassi Gold, bhal Master Lupin, Quid de la Muette u Knockout Molar.  Ghandna wkoll il-finalist tat-Tazza l-Kbira Troy Boshoeve u l-finalist tal-kampjonat Skyparks ghall-klassi Premier Skip Dimanche, kif ukoll diversi zwiemel li qed ifittxu prestazzjoni pozittiva f’din il-klassi iebsa. 


Ghandna wkoll “encounter race” internazzjonali interessanti bejn sewwieqa Svedizi u Maltin, ukoll fuq 2,140m, it-tigrija Malta – Sundbyholm.  Iz-zwiemel miktuba ghal din it-tigrija gejjn mill-klassijiet kollha bejn Copper u Gold.  Ghal darb’ohra, l-opportunita’ li nsegwu s-sewwieqa taghna jikkompetu fil-konfront ma’ sewwieqa barranin taghti toghma internazzjonali lill-korsa taghna u hija dejjem  apprezzata mill-pubbliku.


Ghandna wkoll xejn inqas minn sitt tigrijiet tal-klassi Silver mxerrda bejn iz-zewg programmi ta’ tigrijiet. 


Tnejn minn dawn huma tigrijiet li fihom il-partecipanti huma qrib il-promozzjoni ghall-klassi Gold u li jinkludu diversi zwiemel li kienu qed itellqu f’dik il-klassi dan l-ahhar, kif ukoll ohrajn gejjin minn xi prestazzjonijiet promottenti, bhal Petrus du Vivier (zewg rebhiet u pjazzament), Orage du Pont (li spicca t-tieni fl-ahhar harga tieghu), Nasdaq du Closet (rebbieh il-gimgha l-ohra) u hafna ohrajn.


Dawn it-tigrijiet tal-klassi Silver jinkludu wkoll numru ta’ debuttanti:  z-zwiemel tat-trott Francizi Paradiso Jiel, Pegase du Relais, Poete de la Sarthe, Pile Ou Face u Quartz des Pinons u l-iSvedizi Julian Port u Royal Rox.


It-tigrijiet tat-trott l-ohra huma erbgha kull wiehed ghall-klassijiet Bronze u Copper.  Quouky du Soir (FR) huwa miktub biex jiddebutta fil-klassi Bronze.


It-tigrija tal-galopp tal-Klassi A tinkludi sitt partecipanti nteressanti.   Cheeky Jack u Sleepwalking irregistraw rebhiet dan l-ahhar, Darielli ghandu rebha u pjazzament fit-tieni post dan l-istagun, id-detentur kurrenti tal-Mediterranean Derby Buttermilk li spicca fit-tieni post xi gimghatejn ilu, r-ritorn ta’ Prince Yarraman wara nuqqas ta’ hames xhur u d-debutt taz-ziemel gdid Little Anthony (li kien gie skraccjat darb’ohra).


Matul dan iz-zmien tas-sena, li huwa tant rikk f’kampjonati, dawn iz-zewg programmi jipprovdu intervall ghal tigrijiet “normali” li ghandhom ikunu ugwalment pjacevoli u eccitanti, qabel ma nsegwu l-finali tal-kampjonati Skyparks ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi u mbaghad il-bidu tal-kampjonati SECF ghaz-zwiemel tat-trott Francizi.


L-ahhar laqghat


Kienu diversi l-attrazzjonijiet ewlenin tal-laqghat ta’ tmiem il-gimgha li ghadda. 


Nhar il-Gimgha segwejna edizzjoni ohra ta’ success tal-Malta International Ladies Race.  Din rat lil  Royal Crafts K (Kirsi Reijonen) jiehu vantagg bikri minn Pared An Hoel u Lys de l’Oasis (Olga Bondar). 


Madankollu fid-dritta tat-tmiem, Ackaturbo (Pamela Westgeest) zied il-pass tieghu, mar fuq quddiem u zamm il-kmant sat-tmiem biex irregistra t-tielet rebha konsekuttiva u stagjonali minn Orage du Pont (Anita Gorter), Ygor of Pass (Lorraine Cunningham) u Pared An Hoel (Anna Karin Rundqvist) f’dik l-ordni. 


Ghalhekk kien trijonf Olandiz bl-ewwel zewg sewwieqa gejjin mill-Olanda u t-tielet post ta’ min ifahhru ghas-sewwieqa Maltija (fuq ziemel tat-trott Olandiz).  Fl-ahhar tat-tigrija, il-Miss World Malta kurrenti Daniela Darmanin mexxiet il-prezentazzjoni lir-rebbieha.


Inzammet ukoll “exhibition race” li fiha sewwieqa stabbiliti kien akkumpanjati minn membri tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol tan-nisa fuq ix-xrieret.  It-tigrija intrebhet minn Incato misjuq minn Darren Grima li kien akkumpanjat minn Emma Xuereb.


Kellna wkoll is-semi-finali kollha mill-kampjonati Skyparks ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi fuq distanza ta’ 2,140m.


Saru zewg tigrijiet mill-aqwa mill-kampjonat tal-klassi Premier. 


Fl-ewwel wahda, d-debuttant Chaco Bar mar fuq quddiem kmieni fit-tigrija, bil-kmant jittiehed ftit wara minn Nec Carmolo.  Dan ta’ l-ahhar mexxa t-tigrija sa l-ahhar nofs dawra meta Utah Hornline beda sprint qawwi li wasslu biex imur fuq quddiem u jzomm il-kmant sat-tmiem, biex jiehu l-ewwel rebha stagjonali tieghu fil-hin tajjeb hafna ta’ 1’15’1 fil-kilometru, quddiem Livi Cantona, Think Yatzee, Nec Carmolo u Skip Dimanche li kkwalifikaw ukoll.


Wiss Night Hawk ha l-kmant madwar dawra minn tmiem it-tieni semi-finali izda fid-dritta tal-faccata True Q beda attakk qawwi fuq in-nahat ta’ barra.  Dawn iz-zewg zwiemel sfidaw lil xulxin matul id-dritta tat-tmiem, bir-rebha fl-ahhar tmur ghal True Q (ir-raba’ rebha stagjonali tieghu) b’madwar tul f’hin iehor tajjeb ta’ 1’15’8 fil-kilometru.  Wiss Night Hawk, Candy Fantasy, Belafonte u Bello Fratello ghaddew ukoll ghall-finali f’dik l-ordni.


Is-semi-finali tal-klassi Gold kienu wkoll ferm interessanti.  Hulot iddomina l-ewwel wahda ghall-bicca l-kbira tad-distanza, izda kellu jcedi l-kmant fl-ahhar ftit metri wara attakk qawwi ta’ Stefan Sufflor li ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta.  L-istess Hulot, Global Hunt, Kingpin La Marc u The Big Blue World ikkwalifikaw ukoll ghall-finali.  


Fit-tieni, kellna taqbida mill-isbah fid-dritta tat-tmiem bejn il-hames zwiemel li kkwalifikaw.  Fl-ahhar kien Lover Boy Index li kiseb l-ewwel rebha tieghu fl-ahhar erbatax-il xahar b’madwar zewg tulijiet minn Affe Fager, b’Madador Knick, Magnific As u d-debuttant Love Heart jikkwalifikaw ukoll ghall-finali. 


Fis-semi-finali tal-klassijiet l-ohra rajna wkoll numru ta’ zwiemel jiehdu l-ewwel rebha taghhom wara xi zmien.  Is-semi-finali tal-klassi Silver intrebhu minn Ironbar (ukoll fl-ewwel rebha tieghu f’erbatax-il xahar), filwaqt li Delvin Brodde (it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali) u Nicole L.H. (l-ewwel rebha f’Malta) rebhu s-semi-finali tal-klassi Bronze, b’Emil Berbro (fl-ewwel rebha tieghu fi tmintax-il xahar) u Dollar As (l-ewwel rebha f’disa’ xhur) jiksbu l-unuri fil-klassi Copper.


Interessanti ninnutaw li z-zewg tigrijiet tal-klassi Gold it-tnejn kellhom tmiem missielet fuq id-distanza tassew twila ta’ 3,140m.  Dawn irrizultaw f’rebhiet ghal Knockout Molar (it-tielet rebha stagjonali f’1’18’7 fil-kilometru) minn Magnifique Sablais, u L’Ideal de Fersan (it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali f’1’18’6 fil-kilometru) minn Match de Bannes.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva zewg rizultati ta’ testijiet tad-doping.  Nawguraw lis-sidien u t-trainers ta’ Nelson du Val u Nabab du Chatelet (it-tnejn fil-Finali tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira – l-1 t’April), li r-rizultati taghhom ikkonfermaw li kienu nodfa minn sustanzi projbiti. 


Il- premju tas-Sewwieq tax-Xahar


Ghal darb’ohra wasal iz-zmien li fih jigi maghzul ir-rebbieh tal-premju tas-Sewwieq tax-Xahar, din id-darba ghax-xahar t’April.  Din mhux dejjem tkun ghazla facli ghax tipikament ikun hemm diversi sewwieqa li jiddistingwu ruhhom. 


Huwa xieraq li nirrikonoxxu din l-innovazzjoni addizzjonali introdotta mill-Malta Racing Club fil-bidu ta’ din is-sena.  Innovazzjoni li tpoggi fic-centru tal-attenzjoni r-rwol kritiku tas-sewwieqa fid-dinja tat-tigrijiet u taghti rikonoxximent misthoqq lil dak is-sewwieq li jiddistingwi ruhu l-aktar fix-xahar partikolari.


Naturalment, l-ebda ziemel ma jista’ jirbah jekk ma jkollux bizzejjed talent tal-giri.  Madankollu, dan it-talent irid jinghaqad ukoll mal-ghaqal tas-sewwieq.  Is-sewwieq li hafna drabi jharreg iz-ziemel partikolari u jqatta’ s-sieghat jipprova jifhem il-karattru taz-ziemel, l-istil tal-giri tieghu u tant fatturi ohra li jikkontribwixxu ghas-success tieghu.


Huwa jiddetermina wkoll l-istrategija tat-tigrija, jaqsam it-tigrija abbazi tac-cirkostanzi partikolari, fuq il-karatteristici taz-ziemel u dak li jippreferi, filwaqt li jfittiex il-ftuh necessarju fit-tigrija u jzomm ghajn wahda wkoll fuq il-partecipanti l-ohra.


Hafna drabi naffaxxina ruhi nara sewwieqa kemm zghazagh, kif ukoll dawk b’aktar esperjenza jew veterani, lkoll fil-paddock bejn tigrija u ohra, jpacpcu, jaraw tigrijiet minn mar-rails jew minn fuq it-television fil-kamra tal-paddock u jikkummentaw fuq aspetti specifici tat-tigrijiet tal-gurnata.  Huma jiffurmaw komunita’  Ghalkemm hemm kompetizzjoni sana bejniethom, ghandhom sens qawwi ta’ rispett reciproku ghal xulxin.


Dawk li kellhom success fil-gurnata partikolari jkunu tipikament aktar hienja, filwaqt li ohrajn forsi mhumiex wisq soddisfatti bil-prestazzjoni taghhom u taz-zwiemel afdati lilhom.  Naturalment huwa inevitabbli li kulhadd ikollu l-granet tajba u l-granet hziena tieghu.  Kollha jaghmlu l-almu taghhom izda huma umani u ghalhekk suxxettibbli wkoll ghall-izball, apparti l-fatt li r-rizultat finalment jiddependi wkoll mill-forma u l-prestazzjoni taz-ziemel.


Minkejja d-daqs u r-rizorsi limitati taghna, ahna xxurtjati li ghandna sewwieqa tajbin u ddedikati li juru x’isarrfu mhux biss lokalment izda wkoll f’kompetizzjoni mal-kollegi barranin taghhom.   Kull meta jigi pprezentat dan il-premju, r-rikonoxximent moghti lis-sewwieq rebbieh jestendi ruhu wkoll bhala rikonoxximent ghall-isforzi tas-sewwieqa l-ohra kollha.


Fl-istess hin, tajjeb napprezzaw anki innovazzjonijiet zghar bhal dawn li jiehdu l-hsieb u l-hin biex jigu kkrejati u organizzati, ghall-gid tal-isport taghna.  Grazzi mill-qalb ukoll  lill-isponsors ta’ kull xahar u lill-gurnalisti u esperti tat-tigrijiet li huma kkonsultati mill-MRC meta tkun qed issir l-ghazla ta’ kull xahar, u li kollha jikkontribwixxu biex jaghmlu realta’ inizjattivi bhal dawn.



Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fil-jiem li gejjin.