Friday 4th May 2012
L-24 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – is-6 ta’ Mejju

minn Magnat


Laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel li tikkonsisti fi tmien tigrijiet se tinzamm fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej, bil-bidu taghha jkun fis-2pm. 


L-attrazzjonijiet ewlenin ta’ din il-laqgha jikkonsistu f’erba’ finali mill-kampjonati Skyparks ghal zwiemel tat-trott Svedizi, b’dawn il-finali jkopru l-klassijiet Gold, Silver, Bronze u Copper.  Il-finali tal-klassi Premier mistennija ssir fil-laqgha ta’ nhar il-Gimgha 11 ta’ Mejju.


Il-finali tal-klassi Gold tinkludi ghaxar zwiemel li jinsabu f’forma tajba b’etajiet li jvarjaw bejn 7 u 14-il sena.  Erbgha minnhom ghandhom rebh ta’ flus li jeccedi SEK1 miljun barra minn xtutna u tlieta diga’ rebhu almenu darba din is-sena.   Dan l-istagun tnejn minnhom irregistraw l-ahjar hin taht il-1’16, tnejn ohra rregistraw hinijiet taht il-1’16’5, filwaqt li hamsa ohra ghandhom l-ahjar hin stagjonali taht il-1’17 fil-kilometru.


Il-lista shiha tal-partecipanti hija:  Stefan Sufflor, Love Heart, Kingpin La Marc, The Big Blue World, Matador Knick, Global Hunt, Lover Boy Index, Magnific As, Affe Fager u Hulot.


L-ghaxar partecipanti fil-finali tal-klassi Silver huma bbilancjati bl-istess mod.  B’etajiet li jvarjaw bejn 8 u 15-il sena, dawn jinkludu tahlita nteressanti ta’ partecipanti li ilhom maghna u ohrajn li dahlu fix-xena tat-tigrijiet f’Malta s-sena l-ohra.  Bejniethom dawn il-finalisti rebhu qrib 40 tigrija f’Malta.   


Il-lista shiha hija Delvin Brodde, Victory Farming, Surprise Lania, Charlie Smitt, Robin Lou, Bankir Zon, Ironbar, Victory Toll, Rambo Lambo u Race Ball.


Id-disa’ finalisti tal-klassi Bronze (li minnhom xejn inqas minn erbgha huma dwieb) huma fl-eta’ ta’ bejn 8 u 14-il sena u bejniethom rebhu aktar minn 20 tigrija f’Malta.  Il-lista shiha tal-partecipanti hija Rybo Patzie, Purple Street, Ballad Ribb, Rally Simb, Family’s Moonlight, Mr King, Nolan Streamline, Nicole L.H. u Hardy Frontline.


Il-finali tal-klassi Copper se tkun ikkontestata minn Kung Fjalar, Upptillbevis, Glenn Healy, Trick The Lind, Pine Wood Harry, Vera L.H., Latest Score, Emil Brebro u Dollar As.


Matul din il-laqgha, ghandna wkoll erba’ tigrijiet tal-klassi Gold mill-aktar ibbilancjati, li fihom tnax mill-partecipanti rregistraw almenu rebha wahda fl-ahhar tlett hargiet taghhom.  Ghaz-zwiemel Francizi din se tkun l-ahhar opportunita’ li juru l-istat tal-forma taghhom qabel il-bidu tal-kampjonati SECF ghaz-zwiemel tat-trott Francizi.


Iz-ziemel Franciz gdid Nolic de la Merite huwa miktub biex jaghmel id-debutt tieghu f’wahda minn dawn it-tigrijiet tal-klassi Gold.  Ninnutaw ukoll li nhar il-Hadd li ghadda l-Germaniza Donna Clara ghamlet id-debutt taghha meta dahlet bhala riserva.  Din id-debba ta’ tmien snin giet miktuba bl-oghla numru ta’ punti ghal debuttanta fil-klassi Premier, b’rebh ta’ flus ta’ SEK1,092,377 barra minn xtutna u l-ahjar hin fil-karriera taghha ta’ 1’12’8 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,200m. 


Ghalkemm kull laqgha jkollha l-attrazzjonijiet ewlenin taghha laqghat li jinkludu finali bla dubbju jikkostitwixxu granet ewlenin fil-kalendarju tat-tigrijiet.  Il-hsieb li t-tigrija partikolari trid tinkuruna wiehed mill-partecipanti bhala r-rebbieh ta’ kampjonat tizgura l-oghla livell ta’ agonizmu u li kull kompetitur fit-tigrija jkollu determinazzjoni assoluta li jittrijonfa.


L-ahhar laqghat


Inzammu laqghat tat-tigrijiet kemm nhar il-Hadd li ghadda kif ukoll it-Tlieta l-1 ta’ Mejju bit-tigrijiet tat-trott jinzammu fuq distanza ta’ 2,140m. 


Matul il-programm ta’ nhar il-Hadd, l-attrazzjoni ewlenija kienet it-tigrija tal-klassi Premier.  Hawnhekk Oviedo Vici mar quddiem fi stadju bikri w zied id-distakk b’mod konsiderevoli aktar ma zviluppat it-tigrija.  Zwiemel bhal Normand d’Oger u Nono de Crouay waslu qrib iz-ziemel ta’ quddiem fid-dritta tat-tmiem izda minkejja dan, Oviedo Vici baqa’ b’sahhtu bizzejjed biex rebah bi kwazi tul f’hin eccellenti ta’ 1’14’7 fil-kilometru, l-aqwa hin fuq id-distanza din is-sena biex b’hekk lahaq l-ahjar hin tas-sena li ghaddiet imwettaq minn Livi Cantona.


Normand d’Oger, Nono de Crouay u Natieu d’Echal spiccaw wara r-rebbieh f’dik l-ordni. 


Fit-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar it-Tlieta l-azzjoni determinanti waslet madwar nofs dawra mit-tmiem meta Zilver Boko (li dahal fit-tigrija bhala riserva) attakka b’sahhtu, ha l-kmant fid-dritta tat-tmiem u baqa’ sejjer biex irregistra r-raba’ rebha stagjonali u lokali tieghu b’madwar tul u nofs miz-zwiemel ta’ warajh, cioe’ Happiness Photo, Troy Boshoeve u Quid de la Muette. 


Ir-rebbieh irregistra hin iehor tajjeb ta’ 1’15’8 fil-kilometru. 


Wara l-International Ladies Race li kellna dan l-ahhar, nhar it-Tlieta kellna tigrija internazzjonali interessanti ohra bejn hames sewwieqa Maltin u numru ndaqs ta’ sewwieqa Svedizi mill-korsa ta’ Eskilstuna.


Hawnhekk, Stanford Hornline (Anton Pace) mar quddiem kmieni fit-tigrija minn Power Cape (Henrik Nilsson), izda madwar dawra mit-tmiem Roland Jansson talab lil Nous Dix de L’Erve biex jiehu l-kmant tat-tigrija, u dan zamm il-kmant sat-tmiem, biz-ziemel jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta.  Is-sewwieqa Svedizi Cay Makinen (Keeping Quality) u Stig Nillson (Cocos Kaos) spiccaw ukoll fit-tieni u t-tielet post, bir-raba’ post imur ghas-sewwieq Malti Matthew Sammut li saq lil Prince Regent.


Ir-rebbieha tat-tigrijiet tal-klassi Silver li nzammu matul dawn iz-zewg laqghat varjaw minn dawk li kienu qed jiehdu l-ewwel rebha taghhom f’Malta ghal ohrajn li diga’ rregistraw numru ta’ rebhiet.


Pared An Hoel irregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta grazzi ghal attakk b’sahhtu tard fit-tigrija li wasslu biex imur quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem, u spicca quddiem Lys de l’Oasis, Nasdaq du Closet u Prince Brilliance.


Pedros Au Top ukoll irregistra l-ewwel rebha tieghu fostna, izda dawn iz-ziemel kien fuq quddiem minn kmieni fit-tigrija u rebah b’distakk zghir minn West Life, Super Spot u Eastwick.


Min-naha l-ohra Ackaturbo rregistra r-raba’  rebha stagjonali u lokalment meta mexxa l-qatta’ mill-bidu sat-tmiem biex gheleb lil Marlow As, Lorenz des Noyelles u Pegase du Relais li spiccaw warajh, fl-ahjar hin fost it-tigrijiet tal-klassi Silver ta’ din il-gimgha ta’ 1’16’4 fil-kilometru.


Kien imiss imbaghad lil Flying As li jirregistra l-ewwel rebha stagjonali tieghu u l-ewwel wahda fl-ahhar 7 xhur, grazzi ghal sprint qawwi fuq in-naha ta’ barra fl-ahhar nofs dawra.  Olifant du Pouy, Ocean Brillouard u Onwards Star spiccaw wara r-rebbieh f’dik l-ordni.


Stoms Alex u Petrus du Vivier kienu l-protagonisti tal-aktar tmiem ta’ tigrija kumbattut ta’ dawn iz-zewg programmi, b’dawn iz-zewg zwiemel jisfidaw lil xulxin matul id-dritta tat-tmiem.  Finalment Stoms Alex ghadda lil Petrus du Vivier b’distakk minimu sabiex irregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta.


Fl-ahhar tigrija tal-klassi Silver, wara l-5 rebhiet tieghu s-sena l-ohra, Narcus du Roc irritorna ghat-tigrijiet b’impatt qawwi wara assenza ta’ kwazi 5 xhur, meta ha l-ewwel rebha stagjonali tieghu minn  Darco As, Oregon de la Foret u Willesden Hanover.


L-unika tigrija tal-galopp kellha ssir nhar il-Hadd izda din giet dikjarata bhala “no race” minhabba difett fil-gageg tal-ftuh li ma ppermettiex liz-zwiemel kollha li jikkompetu.
Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva tlett rizultati ta’ testijiet tad-doping.  Nawguraw lis-sidien u t-trainers ta’ Mig of the Wood, Nuage de Bourgogne and Mystere d’Urfist (kollha fil-Finali tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira – l-1 t’April), li r-rizultati taghhom ikkonfermaw li kollha kienu nodfa minn sustanzi projbiti. 


Xoghlijiet infrastrutturali fil-korsa


Bhal f’kollox, nistghu nharsu lejn tazza u nikkunsidrawha nofsha mimlija jew nofsha vojta ...


Kollha nixtiequ li l-korsa taghna jkollha infrastruttura mpekkabbli u li tkun dejjem f’kundizzjoni eccellenti.  Madankollu, jkollna nirrikonoxxu wkoll li dejjem se jkun hemm xoghol xi jsir f’dan ir-rigward.  Dan huwa aspett li jaffettwa mhux biss lil Malta, izda wkoll lill-bicca l-kbira tal-koros madwar id-dinja.


Ir-rizorsi limitati taghna jaghmlu s-sitwazzjoni Maltija aktar difficli.  Nafu li hawn Malta, l-iffinanzjar u l-i”sponsorships” ghall-organizzazzjonijiet sportivi huma ferm ristretti u t-tigrijiet taz-zwiemel mhumiex eccezzjoni.


L-organizzazzjoni tal-laqghat tat-tigrijiet bil-provvista tas-servizzi necessarji tassorbi ammont konsiderevoli ta’ rizorsi u finanzi u dawk li mhumiex direttament involuti jsibuha difficli jimmaginaw l-isforzi li jsiru biex jinstabu finanzi esterni ghal dan l-isport.


Madankollu, anki b’dawn ir-rizorsi limitati, it-titjib fl-infrastruttura tal-korsa tibqa’ prijorita’ ewlenija ghall-Malta Racing Club.  Kollha niftakru x-xoghlijiet kbar li saru fuq il-korsa nnifisha tlett snin ilu.


Ghalkemm kollha nixtiequ li din titjieb aktar sabiex tipprovdi l-aqwa korsa possibbli ghaz-zwiemel taghna, x-xoghlijiet li saru u x-xoghol ta’ manutenzjoni li sar wara jfisser titjib konsiderevoli mill-istat li kienet fih qabel.


Saru wkoll xoghlijiet ohra dan l-ahhar, bhal manutenzjoni fuq il-korsa l-antika, l-bini gdid tat-Tote, t-titjib fl-ambjent generali tal-korsa, ecc.


Ghalhekk huwa bi pjacir li ninnutaw aktar xoghlijiet li qed isiru bhalissa sabiex jitjiebu l-facilitajiet ghal dan l-isport.


Inizjattiva minn dawn tinvolvi l-izvilupp ta’ Area Five bhala facilita’ ghall-ipparkjar ta’ vetturi u trailers ghat-trasport taz-zwiemel.


Dawn ix-xoghlijiet bhalissa ghaddejjin b’ritmu sfieq, b’hafna mill-illivellar u t-tnehhija ta’ materjal li m’hemmx bzonnu diga’ lest.  Imbaghad iridu jsiru xoghlijiet ohra biex tigi organizzata l-“utility area” u jitlestew il-facilitajiet necessarji.


Kulhadd jista’ jinnota x-xoghlijiet li qed isiru fuq il-Tinda Principali.  Parti minn dawn ix-xoghlijiet diga’ tlestiet, bil-process delikat ta’ trattament, tnehhija ta’ sadid u xoghol tas-zebgha fuq il-pannelli li jifdal ikomplu ghaddejjin bhalissa.  Kollha nistennew herqana Tinda Principali li se tkompli tgholli l-livell tal-facilitajiet ghall-ispettaturi fil-korsa.


Jista’ jkun li mhux kulhadd innota l-makkinarju u ritratti moderni tal-“photofinish” li gew introdotti dan l-ahhar, zvilupp iehor importanti biex ikomplu jitjiebu l-facilitajiet.


Minghajr dubbju, jsir kemm isir dan qatt m’hu bizzejjed, u dejjem se jkun hemm aktar xoghol xi jsir.  Izda kultant huwa xieraq li niehdu nota ta’ dak li qed jigri u napprezzaw l-isforzi li qed ikomplu jsiru biex jitjiebu l-facilitajiet tal-korsa, minkejja l-limitazzjonijiet ta’ fondi u rizorsi.


Nawgurawlkom ilkoll laqgha eccitanti nhar il-Hadd li gej.