Friday 11th May 2012
Il-25 u s-26 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – il-11 ta’ Mejju u t-13 ta’ Mejju

minn Magnat


Fi tmiem il-gimgha li gej se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa.  L-ewwel laqgha se ssir il-Gimgha u tibda’ fis-6.30pm b’ta’ wara tinzamm il-Hadd bl-ewwel tigrija tkun fis-2pm.  Il-laqgha tal-Gimgha ghandha 11-il tigrija fil-programm b’tal-Hadd tinkludi 12-il tigrija.  Dawn huma kollha tigrijiet tat-trott hlief ghal tigrija wahda tal-galopp fil-programm tal-Hadd.


L-attrazzjoni ewlenija ta’ dan it-tmiem il-gimgha hija l-finali tal-kampjonat Skyparks ghaz-zwiemel tat-trott tal-klassi Premier.  Tmienja mill-aqwa zwiemel tat-trott Svedizi f’Malta mistennija jikkontestaw din il-finali li se tinkuruna l-aqwa ziemel tat-trott Svediz ta’ din is-sena.  Il-finalisti – seba’ zwiemel imsewwija u stalljun wiehed – huma kif gej:


1. Belafonte, ziemel ta’ 9 snin, li kellu rebh barra minn xtutna ta’ SEK904,000 u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru, li ghamel id-debutt tieghu f’Malta fil-25 ta’ Marzu 2011, u ghandu rebha u disa’ pjazzamenti f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’14’5 fil-kilometru,


2. Bello Fratello, li ghandu 15-il sena, li kellu rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,063,350 u l-ahjar hin ta’ 1’12’0 fil-kilometru, li ddebutta f’Malta fis-27 ta’ Jannar 2008, u li ghandu hdax-il rebha u dsatax-il pjazzament f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’13’5 fil-kilometru,


3. Utah Hornline, ziemel ta’ 9 snin, li kellu rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,002,393 u l-ahjar hin ta’ 1’13’7 fil-kilometru, li ddebutta f’Malta fis-27 ta’ Novembru 2011, u li ghandu diga’ zewg rebhiet u pjazzament f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’1 fil-kilometru,


4. Skip Dimanche, ta’ 9 snin, li kellu rebh barra minn xtutna ta’ SEK961,750 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru, li ghamel id-debutt tieghu f’Malta fit-22 ta’ Mejju 2011, u li ghandu rebha u tlett pjazzamenti s’issa f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’15’5 fil-kilometru,


5. Wiss Night Hawk, ta’ 11-il sena, li kellu rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,483,991 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru, li ghamel id-debutt tieghu f’Malta fit-13 ta’ Frar 2011, u ghandu rebha u erba’ pjazzamenti f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’1 fil-kilometru,


6. Livi Cantona, ta’ 8 snin, li kellu rebh barra minn xtutna ta’ SEK306,090 u l-ahjar hin ta’ 1’12’9 fil-kilometru, li ghamel id-debutt tieghu f’Malta fil-31 t’Ottubru 2010, u ghandu 13-il rebha u seba’ pjazzamenti f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’13’8 fil-kilometru,


7. True Q, li ghandu 11-il sena, li kellu rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,380,088 u l-ahjar hin ta’  1’12’2 fil-kilometru, li ddebutta f’Malta fil-25 ta’ Settembru 2011, u li diga’ ghandu hames rebhiet u tlett pjazzamenti f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’0 fil-kilometru,


8. Think Yatzee, ta’ 13-il sena, li kellu rebh barra minn xtutna ta’ SEK2,796,286 u l-ahjar hin ta’  1’11’6 fil-kilometru, li ddebutta f’Malta fit-2 ta’ Novembru 2008, u li ghandu hmistax-il rebha (inkluzi it-tlett edizzjonijiet ta’ qabel kollha tal-kampjonat ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi tal-klassi Premier) u seba’ pjazzamenti f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’13’3 fil-kilometru.


Apparti din il-finali prestigjuza, dawn il-programmi jinkludu wkoll xejn inqas minn 21 heat mill-kampjonati SECF riservati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi.


Se jinzamm kampjonat ghal kull klassi fuq distanza ta’ 2,140m, il-Prix de Vincennes ghall-klassi Premier, il-Prix d’Enghien ghall-klassi Gold, il-Prix de Cabourg ghal zwiemel tal-klassi Silver, il-Prix de Cagnes Sur Mer ghall-klassi Bronze, filwaqt li z-zwiemel tat-trott tal-klassi Copper se jikkompetu fil-Prix de Caen.


Se jinzammu erba’ heats mill-Prix de Vincennes (total ta’ 38 ziemel tat-trott) u mill-Prix de Cagnes Sur Mer (50 ziemel tat-trott b’kollox) bl-ewwel hamsa minn kull wahda jghaddu ghas-semi-finali rispettivi, filwaqt li l-Prix d’Enghien (56 partecipanti miktuba) u l-Prix de Cabourg (61 ziemel) se jaraw l-ewwel erbgha minn kull wiehed mill-hames heats jikkwalifikaw ghas-semi-finali li se jinzammu fl-ewwel tmiem il-gimgha ta’ Gunju.


Fil-Prix de Caen (b’31 ziemel tat-trott b’kollox) se jinzammu mill-ewwel is-semi-finali, bl-ewwel erba’ zwiemel minn kull wahda mit-tlett tigrijiet jghaddu ghall-finali li se tinzamm fis-17 ta’ Gunju.


Xejn inqas minn tmintax-il zwiemel tat-trott Francizi huma miktuba biex jiddebuttaw f’dawn il-heats: Quel Eole Galbe (klassi Bronze), Pampero Maybe, Pascal d’Ablon, Passons d’Ortige u Prince d’Arcy fil-klassi Silver, Nolic de la Merite (li kien gie skraccjat fil-passat), Nuts du Lyon (li kien gie skraccjat fil-passat), Okapi des Dimes, Oolong, Orion de Chapeau, Orion du Vaumicel, Oros de Reve, Ostheo d’Havetot u Ouistiti d’Anjou fil-klassi Gold u Nick de Touchyvon, Nitesco d’Anthony, Op Le Cosseen u Ouf Boy fil-klassi Premier.


Ghandna wkoll tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m, b’lista shiha ta’ tmien zwiwmel tal-galopp.  Mayfair Princess gejja minn rebha, tlieta ohra gejjin minn pjazzament tajjeb – ir-rebbieh tal-Mediterranean Derby Buttermilk, Capital Hill u Hollimac, Prince Yarraman u Nuage de la Tour qed jaghmlu r-ritorn taghhom wara nuqqas ta’ xi xhur, Bon Santos qed jipprova jirregistra aktar progress filwaqt li l-Irlandiz Little Anthony huwa mistenni jaghmel id-debutt tieghu. 


Huwa rari li tmiem il-gimgha jinkludi tant tigrijiet minn kampjonati u li dawn jinkludu whud mill-aqwa zwiemel tat-trott Svedizi u Francizi jikkompetu ma’ zwiemel minn pajjizhom fl-istess hin.  Zgur li ghandhu jkollna tmiem il-gimgha ta’ tigrijiet mill-aqwa ... titilfuhx!


L-ahhar laqgha


L-aspetti ewlenin tal-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda kienu erba’ finali mill-kampjonati Skyparks riservati ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi fuq distanza ta’ 2,140m.


Fil-finali ewlenija tal-Hadd, cioe’ dik tal-klassi Gold, il-kmant bidel l-idejn xi darbtejn sakemm Hulot mar fuq quddiem wara bejn wiehed u iehor 700m u zamm il-kmant tat-tigrija sa’ madwar 300m mit-tmiem, meta kien hemm l-attakk insistenti ta’ Lover Boy Index li kien beda jzid fil-velocita’ ghal xi hin.


Id-dritta finali rat sfida qawwija bejn l-imsemmi Lover Boy Index, Stefan Sufflor u Matador Knick.  Ir-rebha fl-ahhar marret ghal dan l-ewwel b’madwar nofs tul minn Stefan Sufflor li min-naha tieghu gie segwit minn Matador Knick u Magnific As.


Lover Boy Index (Noel Baldacchino) rregistra t-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu f’hin tassew tajjeb ta’ 1’15’5 fil-kilometru u zamm il-kampjonat li kien rebah ukoll is-sena l-ohra.


Il-finali tal-klassi Silver rat sfida ohra qawwija fid-dritta tat-tmiem bejn l-ewwel tlett partecipanti.  Ir-rebha marret ghal Victory Farming (it-tieni rebha stagjonali ghalih) misjuq minn Frank Portelli li attakka fuq in-nahat ta’ barra.  Il-hin tieghu kien wiehed tajjeb ta’ 1’15’9 fil-kilometru u d-distakk tieghu kien ta’ aktar minn tul minn Bankir Zon, segwit minn Delvin Brodde u Ironbar.


Il-mument krucjali fil-finali tal-klassi Bronze wasal ftit mijiet ta’ metri mit-tmiem meta Nicole L.H. (Clint Vassallo) attakkat b’sahhitha fuq in-nahat ta’ barra, hadet il-kmant u zammitu sat-tmiem biex kisbet it-tieni rebha konsekuttiva u f’pajjizna.  Mr King, Family’s Moonlight u Rally Simb hadu l-pjazzamenti.


Fil-finali tal-klassi Copper, Uptillbevis mar fuq quddiem b’madwar dawra mit-tmiem u zamm il-kmant tat-tigrija sal-ahhar.  Madankollu dan iz-ziemel gie skwalifikat bi Trick The Lind (Noel Baldacchino) jiehu l-ewwel rebha stagjonali quddiem Emil Brebro, Pine Wood Harry u Dollar As.


Interessanti ninnutaw li l-finali ntrebhu minn zewg zwiemel impurtati relattivament recentement, cioe’ z-zwiemel ta’ tmienja u disa’ snin Nicole L.H. u Victory Farming rispettivament, u zewg veterani, cioe’ z-zwiemel ta’ erbatax u hmistax-il sena Lover Boy Index u Trick The Lind rispettivament.


L-aqwa hin tal-gurnata ta’ 1’15’3 fil-kilometru gie rregistrat f’tigrija “normali” tal-klassi Gold meta Nagano Phedo mar fuq quddiem b’madwar nofs dawra mit-tmiem u baqa’ sejjer biex irregistra t-tieni rebha stagjonali tieghu b’aktar minn erba’ tulijiet miz-ziemel li spicca fit-tieni post Veikko Hornline, segwit minn Energy Launcher u Imbra d’Alfa.


L-ahhar tigrijiet li kienu wkoll tigrijiet “normali” ghal zwiemel tal-klassi Gold, intrebhu minn Soren Sufflor (it-tielet rebha stagjonali), Side Spin (l-ewwel rebha f’Malta) u She’s Dreamlike (li wkoll hadet it-tielet rebha stagjonali taghha).


Dr Joe Mifsud u voluntiera ohra mill-maratona annwali ta’ Puttinu Cares li nzammet fil-grawnds tal-Marsa zaru l-korsa matul il-programm tal-Hadd.  Gabra li giet organizzata dak il-hin irrizultat f’donazzjoni ta’ €1767.68 mid-dilettanti tat-tigrijiet, kontribuzzjoni li giet ferm apprezzata.


Unur Sewwieq tax-Xahar – April


L-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal April intrebah minn Julian Farrugia (t-tieni sewwieq Ghawdxi li rebah dan l-unur), abbazi tas-sitt rebhiet li rregistra matul dak ix-xahar.  Huwa rnexxielu wkoll jirbah xejn inqas minn tlieta minn dawn it-tigrijiet fil-laqgha li saret fit-22 t’April. 


Prosit Julian – tassew jisthoqqlok! Grazzi hafna wkoll lil P&M Farrugia Tan-Niger talli taw is-support taghhom lill-isport taghna billi sponsorjaw l-unur t’April.


Shaun Portelli jirrapprezenta lil Malta f’Agnano


It-tieni tappa tal-kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterranean Horse Racing Union inzammet nhar il-Hadd li ghadda fil-korsa storika ta’ Agnano f’Napli fuq distanza ta’ 1,600m. 


Shaun Portelli rrapprezenta lil Malta f’din it-tappa u kiseb pjazzament tajjeb hafna fit-tieni post (isuq lil Igor d’Asolo) fost tmien partecipanti, wara r-rapprezentant tas-Slovenja P.Zadel li kien ir-rebbieh fuq Levante Laser.  Huwa segwa l-passi ta’ Raymond Clifton wara r-rebha ta’ dan ta’ l-ahhar fit-tappa ta’ Malta fil-31 ta’ Marzu.


Prosit lil Shaun talli rrapprezenta lil Malta b’mod tant onorabbli f’din il-kompetizzjoni internazzjonali.


Rebha ohra ghal Michael Sultana fil-Belgju


Nifirhu mill-gdid lill-gerrej Michael Sultana ghar-rebha li rregistra fil-korsa ta’ Mons fil-Belgju nhar il-Gimgha 4 ta’ Mejju.  Prosit Michael, ibqa’ sejjer hekk.


It-Trotteur Francais


Fl-ahhar mill-ahhar il-kampjonati SECF huma celebrazzjoni ta’ dak li hu maghruf bil-Franciz bhala t-“Trotteur Francais”.  Izda ghal xiex qed jirreferi dan it-terminu Franciz?


It-Trotteur Francais jirreferi ghal wahda mir-razez ta’ zwiemel tat-trott ewlenin fid-dinja.  Ir-razez tat-trott ewlenin l-ohra huma l-Orlov (Russja), l-iStandardbred (Stati Uniti) u l-Kallblod (Skandinavja).


Bl-origini taghha fin-Normandija, din ir-razza bdiet tigi zviluppata b’mod selettiv fl-ewwel nofs tas-seklu 19 fiz-zmien meta bdew jigu organizzati l-ewwel tigrijiet tat-trott fi Franza.


It-Trotteur Francais jinvolvi tahlita bejn iz-zwiemel min-Normandija (il-fattur ewlieni) ma’ zwiemel “thoroughbred” Brittanici u “Norfolk trotters” u bl-introduzzjoni ta’ xi ftit demm ta’ zwiemel tat-trott Amerikani.


Meta tqabbilha ma’ razez ohra tat-trott, it-Trotteur Franciz huwa normalment l-akbar fid-daqs.  Iz-zwiemel Normanni originali kienu anki akbar u aktar goffi, izda l-introduzzjoni ta’ certu ammont ta’ demm barrani (l-aktar mit-thoroughbred Brittaniku) ghenet sabiex dan jigi rfinat.


Min-naha l-ohra, l-introduzzjoni ta’ xi demm standardbred Amerikan ghenet sabiex taghti liz-Ziemel tat-Trott Franciz aktar velocita’ minghajr m’affettwat il-karatteristici u l-karattru specifici tieghu.


Bhal fil-kaz ta’ razez ohra, m’hemmx standard wiehed preciz f’temini ta’ daqs u ta’ karatteristici ohra tar-razza.  Tipikament it-Trotteur Francais huwa twil bejn 1.55m u 1.75m sa fejn jiltaqghu l-ghadmiet ta’ fuq spallejn iz-ziemel.  Madankollu, dejjem ikun hemm xi estremi fuq iz-zewg nahat.


Il-famuz Ideal du Gazeau, rebbieh ta’ zewg Prix d’Amerique u li huh mill-missier huwa fost l-ohrajn Kalex, rebbieh ta’ 20 tigrija f’Malta, kien maghruf bhala l-“petit bonhomme” (“r-ragel zghir”) u kien twil biss 1.53m, filwaqt li rebbieh iehor tal-Prix d’Amerique darbtejn, Tidalium Pelo (missier fost l-ohrajn ta’ Jalium, li rebah numru ta’ kampjonati f’Malta) kien twil xejn inqas minn 1.73m.


Tipikament, it-Trotteur Francais jizen bejn madwar 500 kilo u 600 kilo (xi kultant ftit aktar), izda naturalment il-piz ghandu tendenza li jvarja anki fl-istess ziemel minn zmien ghal zmien.  Nistghu ninnutaw l-isforzi li jsiru biex anki zwiemel famuzi jingiebu lura ghall-piz normali taghhom tat-tigrijiet, nghidu ahna wara l-istagun tat-taghmir.


Huwa jtellaq b’success kemm fis-serkin kif ukoll “monte’”, b’dan tal-ahhar jirrikjedi zwiemel aktar b’sahhithom u tipikament akbar ghax jehtiegu li jgorru gerrej fuq dahrom minflok jigbduh fuq serkin – hasra li f’Malta ma tantx naraw wisq minn din id-dixxiplina mill-aqwa!


Se jkun pjacir li nerghu nsegwu fl-azzjoni tant ezemplari fini tat-Trotteur Francais fil-korsa nazzjonali taghna matul il-kampjonati SECF li gejjin.


Niehdu l-opportunita’ li nirringrazzjaw l-SECF – is-Societe’ d’Encouragement a’ l’elevage du Cheval Francais – mhux biss talli jisponsorjaw dan il-kampjonat izda wkoll tal-informazzjoni fuq it-Trotteur Franciz li tinsab fil-pubblikazzjonijiet taghha u li kienet ferm utli fil-kitba ta’ din in-nota.


Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem il-gimgha li gej.