Monday 3rd May 2010
Il-jockey Malti Oliver Briffa f’ Casablanca, il-Marokk, f’tigrija internazzjonali

Nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Mejju, il-jockey Malti, Mr. Oliver Briffa se jieħu sehem fit-tielet Leg tal-Kampjonat 2010 tal-Mediterran għall-jockeys, li se ssir fil-korsa ta’ Anfa f’Casablanca il-Marokk. Briffa li huwa meqjus bhala wiehed mill-aktar jockey espert ilu mill-1988 jikkompeti ġewwa Malta, fejn irregistra ukoll numru ta’ rebhiet importanti matul il-karrriera tieghu. Qabel halla lill-Malta lejn il-Marok, Briffa qal “li wara ir-rebha tas-sena l-ohra fil-Marokk, huwa qed jispera li jerga jirrepeti dan is-success filwaqt li ghal darba ohra huwa kburi li ser jirraprezenta lill-Malta f’tigrija ohra internazzjonali.”

Din hija ukoll it-tielet Laqgha tal-Kampjonat 2010, wara dik ta’ Franza u Malta li saru aktar kmini din is-sena. Dr. Matthew Brincat, ic-Chairman tal-Malta Racing Club qal ukoll “kien dizappuntanti li fi Franza iz-ziemel li kellhu jsuq Michael Sultana gie irtirat mit-tigrija fl-ahhar mumenti, u ghaldaqstant ma setax jiehu sehem, pero dawn affarijiet imprevisti li jinqalaw fl-ahhar mument, pero nittamaw li fil-Marokk ikhollna aktar fortuna.

Il-poloz ghat-tigrija tal-Gimgha ser jitilaw nhar il-Hamis li gej.