Saturday 19th May 2012
Is-27 u t-28 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – l-20 ta’ Mejju u s-27 ta’ Mejju

minn Magnat



Matul il-gimgha li gejja se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa, bl-ewwel wahda nhar il-Hadd li gej 20 ta’ Mejju, segwita minn ohra l-Hadd ta’ wara 27 ta’ Mejju. It-tnejn jikkonsistu esklussivament f’tigrijiet tat-trott u jibdew fis-2pm, b’disa’ tigrijiet fl-ewwel laqgha u ghaxra fit-tieni.


L-attrazzjoni ewlenija ta’ dawn iz-zewg laqghat tikkonsisti fi tlett semi-finali mit-Tazza Sette Giugno li se jinzammu fil-laqgha tas-27 ta’ Mejju. Fir-raba’ edizzjoni tieghu (l-ewwel tnejn kienu maghrufa bhala “MRC Premier Trot”), dan il-kampjonat riservat ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier u mizmum fuq distanza ta’ 2,140m, qed ikompli jigbed aktar partecipanti.


Din is-sena ghandna 36 ziemel (zieda mit-32 tas-sena l-ohra) miktuba, maqsuma fuq 3 semi-finali, b’16 Svedizi, 12 Francizi u t-8 zwiemel l-ohra gejjin mid-Danimarka, l-Finlandja, l-Germanja, l-Italja u l-Olanda.


Fost iz-zwiemel tat-trott Svedizi, nsibu kwazi l-finalisti kollha tal-kampjonat Skyparks tal-klassi Premier, inkluz l-ewwel erbgha, cioe’ Wiss Night Hawk, Livi Cantona, True Q u Think Yatzee (rebbieh tal-ahhar zewg edizzjonijiet), ir-rebbieh tal-kampjonat Skyparks ghall-klassi Gold Lover Boy Index, ir-rebbieh tal-ewwel edizzjoni ta’ dan l-unur Arnie Sensation, id-debuttant Maximal Value (li kien gie skraccjat qabel) u hafna zwiemel interessanti ohra.


L-ohrajn jinkludu r-rebbieh tat-Tazza l-Kbira fl-2011 Kakisis, il-finalisti tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena Nabab du Chatelet u Troy Boshoeve, Zilver Boko rebbieh ta’ erba’ tigrijiet u hafna zwiemel popolari ohra.


Nhar il-Hadd li gej ghandna tlett tigrijiet “normali” tal-klassi Gold kollha b’lista shiha ta’ 16-il ziemel, u lista shiha ohra ta’ zwiemel tal-klassi Gold jikkompetu f’tigrija ohra l-gimgha d-diehla. Dawn il-partecipanti gejjin minn 8 pajjizi differenti u ghandhom etajiet ta’ bejn 8 u 14-il sena.


Dawn jinkludu r-rebbieha ta’ dan l-ahhar Lonestar Somolli (li gej minn tlett rebhiet konsekuttivi), Soren Sufflor, Confidence As, L’Alpha de Cosse, Victory Farming, Natif de l’Hommee, Side Spin, Nous Dix de l’Erve, Quid de la Muette, Delvin Brodde u Stefan Sufflor. Id-Daniz Neptun Damhus u l-Finlandiz Rich Kemp huma wkoll miktuba biex jiddebuttaw f’din il-klassi. Qed nistennew tigrijiet mill-aktar missielta.


Ghandna wkoll hames tigrijiet ibbilancjati tal-klassi Silver kollha mimlija b’16-il ziemel tat-trott f’kull wahda. Dawn jinkludu hafna zwiemel li dan l-ahhar ippartecipaw fil-kampjonati Skyparks ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi u l-kampjonati SECF ghaz-zwiemel Francizi.


Fost iz-zwiemel li gejjin minn rebhiet dan l-ahhar insibu lir-rebbieha tal-kampjonat Skyparks ghall-klassi Bronze Nicole L.H., Flying As, Lord of Rush, Narcus du Roc, Nasdaq du Closet, Olympic Swing, Orlando Dix, Robin Lou, Stainless Steel u Willesden Hanover. L-iSvediz Cal Win huwa miktub biex jiddebutta f’din il-klassi.


It-tigrijiet l-ohra jikkonsistu f’erbgha ghall-klassi Bronze u tlieta ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper. It-tigrijiet “normali” kollha huma fuq distanza ta’ 2,640m.


Wara zewg kampjonati riservati ghal zwiemel tat-trott ta’ nazzjonalita’ partikolari, Svedizi jew Francizi, issa jmiss kampjonat miftuh ghan-nazzjonalitajiet kollha, soggett ghall-kundizzjoni krucjali li kollha jridu jkunu zwiemel tat-trott tal-oghla klassi f’Malta. Izda anki t-tigrijiet “normali” jinkludu diversi zwiemel ta’ kwalita’ tajba li jiggarantixxu aktar tigrijiet eccitanti.


L-ahhar laqghat


L-attrazzjoni ewlenija tal-ahhar laqghat kienet il-finali tal-kampjonat Skyparks ghal zwiemel tat-trott Svedizi tal-klassi Premier li nzammet nhar il-Gimgha fuq distanza ta’ 2,140m.


Utah Hornline kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija izda biddel il-pass madwar nofs dawra mit-tmiem, bil-kmant f’dak l-istadju jittiehed minn True Q. Madankollu fid-dritta tat-tmiem Wiss Night Hawk (Noel Baldacchino) faqqa attakk b’sahhtu ferm li wasslu biex jiehu l-ewwel rebha stagjonali u jikseb dan il-kampjonat b’madwar tul minn Livi Cantona, True Q u Think Yatzee. Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’8 fil-kilometru.


It-tigrijiet l-ohra tat-trott kienu jikkonsistu f’heats mill-kampjonati SECF riservati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi fuq distanza ta’ 2,140m, li minnhom numru ta’ zwiemel ikkwalifikaw ghas-semi-finali (u ghall-finali fil-kas tal-Prix de Caen – klassi Copper).


Fl-ewwel heat mill-Prix de Vincennes (klassi Premier), Nomade de Mai kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira mit-tigrija, izda Mig of the Wood kien f’pozizzjoni tajba biex jiftah l-attakk tieghu fil-bidu tad-dritta tat-tmiem, u baqa’ sejjer biex ha t-tieni rebha stagjonali tieghu (wara l-finali tat-Tazza l-Kbira) b’madwar zewg tulijiet minn Milord Barbes, Nasko Pride, Nomade de Mai u Onyx Speed li kkwalifikaw ukoll, f’hin ta’ 1’15’7 fil-kilometru.


Imbaghad wasal il-hin biex insegwu l-aktar tmiem missielet fost il-heats tal-Prix de Vincennes, meta Nono de Crouay u Nevaio des Bordes sfidaw lil xulxin matul id-dritta tat-tmiem b’ta’ l-ewwel jaqsam il-linja finali l-ewwel b’distakk minimu. Madankollu wara, Nono de Crouay gie skwalifikat, bir-rebha tmur ghal Nevaio des Bordes (it-tieni rebha stagjonali) quddiem id-debuttant Nitesco d’Anthony, Mustang du Don, Mica Bonero u Natif de Salvi li wkoll ghaddew ghas-semi-finali.


Imbaghad kien miss lil Nuage de Bourgogne, li kien fil-kmant tat-tigrija ghal kwazi d-distanza kollha u deher li sab sahha gdida meta gie attakkat matul id-dritta tat-tmiem biex ha l-hames rebha stagjonali b’madwar zewg tulijiet minn Mystere d’Urfist, Nelson du Val, Natieu d’Echal u Max d’Avignere li kkwalifikaw ukoll, f’hin tajjeb ta’ 1’15’3 fil-kilometru.


Fl-ahhar heat mill-Prix de Vincennes Label Chouan zied sew il-velocita’ tieghu fl-ahhar nofs dawra biex ha r-raba’ rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’16’0 fil-kilometru, quddiem iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw, cioe’ d-debuttant Ouf Boy, Lady de Vindecy, Mark de Chamant u Niky du Donjon.


L-aqwa hin ta’ tmiem il-gimgha kien registrat fil-Prix d’Enghien (klassi Gold) mid-debuttant Oros de Reve f’rebha b’madwar sitt tulijiet fil-hin tajjeb hafna ta’ 1’15’0 fil-kilometru.


Il-heats l-ohra mill-Prix d’Enghien intrebhu minn Ouragan d’Any (it-tielet rebha stagjonali) b’distakk zghir minn Okir de Leau, Marini du Mont (l-ewwel rebha fl-ahhar sentejn) b’madwar tul minn Orlando Tejy, Nagano Phedo (it-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet rebha stagjonali) b’xi zewg tulijiet minn Nuevo Musette u Magnifique Sablas (l-ewwel rebha stagjonali) b’madwar nofs tul minn Novak.


Natif de l’Hommee, Pared An Hoel, Ocean Brillouard, Petrus du Vivier u Ollico Pellois rebhu l-heats tal-Prix de Cabourg (klassi Silver), filwaqt li dawk mill-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) intrebhu minn Koko Loco, Noe de Loudat, Obelix Blue u Notre Joyeux.


Ghandna wkoll il-finalisti tal-Prix de Caen li huma r-rebbieha tal-heats Loulou Noir, Lucky Charm u Jibilo du Terme, flimkien maz-zwiemel li hadu l-pjazzamenti Mambere, Ideal de Suce, Mirage d’Ete, Mistral du Chene, Icare de Jemma, Qualou d’Axel, Mercure Qui Sait, Minou de Perdriat u Klein Burois.


Mayfair Princess iddominat it-tigrija kollha tal-galopp tal-klassi A fuq distanza sprint ta’ 1,250m biex hadet it-tieni rebha konsekuttiva taghha b’mod komdu, mid-debuttant Little Anthony u Nuage de la Tour.


Kondoljanzi sincieri


Fil-laqgha tat-13 ta’ Mejju,kollha nhsadna meta rajna l-bnadar tal-Malta Racing Club jittajjru mezz’asta. Meta staqsejna ghaliex, konna xxukkjati bl-ahbar tal-mewt tal-ex-sewwieq Mario Bugeja f’incident terribbli fuq il-post tax-xoghol f’Ghawdex fl-eta’ zghira ta’ 38 sena.


Kollha niftakru lil Mario bhala sewwieq tajjeb fil-korsa taghna fejn rebah kwazi 50 tigrija u sitt kampjonati, b’Bisso As u Messie As jkunu z-zewg zwiemel li l-aktar gabulu unuri.


Il-kondoljanzi sincieri taghna jmorru ghall-familja, qraba u l-hbieb tieghu. Jalla jistrieh fis-sliem.


L-Akkademja tat-Tigrijiet taz-Zwiemel


Kien tassew pjacir ghalija li nsegwi l-attivitajiet u l-atmosfera matul il-lezzjoni tal-Akkademja tat-Tigrijiet taz-Zwiemel, meta nzertajt il-korsa nhar is-Sibt li ghadda filghodu.


Atmosfera li fakkritni fin-“nurseries” tal-futbol, b’partecipanti entuzjasti, ghalliema dedikati u genituri u qraba jsegwu fil-genb, jinkoraggixxu t-tfal u jaghtuhom pariri (li forsi mhux dejjem ikunu ezatt l-istess bhal dawk moghtija mill-ghalliema).


L-Akkademja hija inizjattiva fantastika tal-Kunsill Malti Ghall-Isport (promossa l-aktar mill-isforzi ta’ Kenneth Vella) f’kollaborazzjoni mal-Malta Racing Club, intiza biex tipprovdi lil Malta bis-sewwieqa u t-trainers t’ghada. Huwa investiment fit-tfal u z-zghazagh taghna.


Pajjizi akbar minn taghna huma kburin b’akkademji simili u jaghtuhom pubblicita’. Ghalhekk meta nikkunsidraw id-daqs u r-rizorsi limitati taghna ghandna nkunu anki aktar kburin bl-Akkademja taghna.



Id-dedikazzjoni u l-pacenzja tal-ghalliema veterani Raymond Clifton u Anthony Demanuele huma ta’ min jinnotahom, it-tnejn li huma t’esperjenza u intelligenza kbira. Huma mhux biss jiggwidaw lit-tfal matul is-sessjonijiet ta’ taghlim izda jkunu hemm ukoll qabel u wara, jippreparaw, inaddfu ecc.


Kwazi 30 tifel u tifla f’etajiet li jvarjaw mill-izghar ta’ xi 6 snin ghal dawk akbar sa 15-il sena, qed jippartecipaw fl-Akkademja ta’ din is-sena li bdiet f’Ottubru u se ttemm is-sessjonijiet ta’ din is-sena fl-ahhar ta’ Mejju. Ninnutaw bi pjacir tahlita tajba bejn subien u bniet, li tipprovdi tama ta’ aktar involviment femminili f’dan l-isport.


Wiehed jista’ facilment jinnota t-tfal jaghmlu progress tajjeb matul il-kors.


Fl-ahhar, l-istudenti jircievu certifikat tal-attendenza u jigu wkoll assessjati ghall-kompetenza u l-progress li jkunu ghamlu. Il-kors ta’ din is-sena issa qed jasal fi tmiemu izda kors gdid tal-Akkademja se jibda’ f’Ottubru.


Huwa kors ibbilancjat maqsum bejn il-parti teoretika u dik prattika, li t-tnejn huma necessarji biex ikollok trainer jew sewwieq komplut.


Spiccaw iz-zmenijiet meta wiehed seta’ jkollu success biss billi jkollu esperjenza prattika. Ilum kulhadd jirrikonoxxi l-importanza tat-tijorija, ez. taghlim fuq l-anatomija taz-ziemel, il-funzjonijiet tal-organi tieghu, tipi differenti ta’ tahrig, l-importanza li tittiehed it-temperatura taz-ziemel tat-tigrija, sistemi ta’ x’wiehed ghandu jitma’ liz-zwiemel u hafna hwejjeg ohra.


L-aspett prattiku qed jigi mghallem fil-korsa nnifisha; opportunita’ mill-aqwa ghal dawn iz-zghar li jitharrgu fuq il-korsa nazzjonali taghna, filwaqt li nholqot klassi li giet mghammra b’mod xieraq fil-bini tal-Malta Racing Club biex fiha jkun jista’ jigi mghallem l-aspett tijoretiku.


Tassew, storja ta’ success li qed tuza’ talent lokali biex iwitti t-triq ghal generazzjoni gdida ta’ trainers u sewwieqa. Inhares ‘il quddiem b’soddisfazzjon ghaz-zmien meta whud minn dawn l-istudenti jkunu qed jikkollaboraw u jikkompetu mat-trainers u s-sewwieqa tal-lum ... u anki mal-ghalliema taghhom.


Izda fil-fehma tieghi l-aspett l-aktar importanti huwa li dawn it-tfal u zghazagh jiehdu pjacir jaghmlu attivita’ li tinteressahom.


Prosit tassew lil dawk li hargu b’din l-inizjattiva, li ppromwovewha u li issa qed iwettquha, lill-ghalliema dedikati u lill-genituri u l-istudenti li qed jiehdu sehem fiha.


Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti matul il-gimgha li gejja.