Saturday 2nd June 2012
Id-29 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – it-3 ta’ Gunju

minn Magnat


Il-laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel tal-Hadd fil-korsa tal-Marsa tibda’ fis-2.30pm u tinkludi disa’ tigrijiet tat-trott, kollha fuq distanza ta’ 2,140m.   


Apparti tigrija “normali” tal-klassi Copper, il-bqija tat-tigrijiet huma kollha semi-finali mill-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi, bl-ewwel hamsa minn kull semi-finali jikkwalifikaw ghall-finali tal-klassi rispettiva.


L-aktar semi-finali mistennija huma naturalment dawk mill-Prix de Vincennes (klassi Premier) b’disa’ partecipanti miktuba f’kull wahda – hemm ghaxra f’kull semi-finali tal-klassijiet l-ohra.  Iz-zewg listi ta’ zwiemel huma mpressjonanti, b’tahlita ta’ partecipanti b’esperjenza fostna u zwiemel relattivament godda, f’etajiet ta’ bejn 10 u 13-il sena, u li bejniethom diga’ rebhu 15-il darba din is-sena.  Nofshom irregistraw l-ahjar hin ta’ anqas minn 1’16’0 fil-kilometru dan l-istagun.


Dawn jinkludu z-zwiemel li spiccaw fl-ewwel erba’ postijiet fil-finali tad-Dragonara Tazza l-Kbira ta’ din is-sena, cioe’  Mig of the Wood (zewg rebhiet din is-sena), Nuage de Bourgogne (hames rebhiet), Mystere d’Urfist (hames pjazzamenti din is-sena) u Nelson du Val (rebha u tlett pjazzamenti din is-sena), ir-rebbieh tal-Finali ta’ Konsolazzjoni tat-Tazza l-Kbira Nasko Pride, Label Chouan (erba’ rebhiet din is-sena), ir-rebbieh tal-heat tieghu Nevaio des Bordes (zewg rebhiet din is-sena) u l-kumplament taz-zwiemel li huma kollha validi ferm. 


Is-semi-finali tal-Prix d’Enghien (klassi Gold) se jpoggu ghall-attenzjoni taghna sett iehor ta’ zwiemel ta’ kwalita’.  F’etajiet ta’ bejn 9 u 13-il sena, il-partecipanti Nagano Phedo, Magnifique Sablais, Nuevo Musette, Oros de Reve, Oscar Mati u Ouragan d’Any diga’ gew promossi ghall-klassi Premier wara l-prestazzjonijiet sbieh taghhom dan l-ahhar.


Il-partecipanti irregistraw bejniethom xejn inqas minn 20 rebha din is-sena u hdax il-ziemel ghamlu l-aqwa hin ta’ anqas minn 1’16’5 fil-kilometru dan l-istagun.  


Anki s-semi-finalisti tal-Prix de Cabourg (klassi Silver) ghandhom bejn 9 u 13-il sena.  Sebgha’ minnhom rebhu almenu darba din is-sena, cioe’ Petrus du Vivier, Natif de l’Hommee, Pared An Hoel, Landi Breton, Ocean Brillouard, Ollico Pellois u Oregan de la Foret, awturi ta’ 11-il rebha bejniethom.  Tnax mill-partecipanti rregistraw l-ahjar hin ta’ anqas minn 1’17’0 fil-kilometru dan l-istagun.  


Finalment, il-partecipanti fil-Prix de Cagnes Sur Mer ghandhom l-akbar varjanza ta’ etajiet bejniethom, bl-izghar ikunu zwiemel ta’ 8 snin u l-ikbar ikun ziemel ta’ 16-il sena.  Tnejn minnhom, cioe’ Noe de Loudat u Notre Joyeux diga’ rebhu erba’ darbiet kull wiehed din is-sena, filwaqt li It’s My Way, Koko Loco, Mac du Boult, Marchallah u Obelix Blue rebhu almenu darba, biex igibu t-total ta’ rebhiet mill-partecipanti f’dawn is-semi-finali f’dan l-istagun ghal 14.   


Il-laqgha se tinkludi wkoll il-prezentazzjoni ta’ certifikati lit-tfal u zghazagh li attendew il-kors tal-Akkademja tat-Tigrijiet taz-Zwiemel din is-sena mic-Cermen tal-Kunsill Malti ghall-Isport is-Sur Bernard Vassallo kif ukoll tigrija tat-trott ghall-ponijiet Shetland fuq distanza ta’ 400m li fiha se jippartecipaw hames studenti.


Erba’ kampjonati differenti, erba’ klassijiet differenti ... izda kull wiehed jinkludi whud mill-aqwa zwiemel Francizi li ghandna f’Malta fil-klassijiet rispettivi.  Mistennija tigrijiet estremament ibbilancjati u eccitanti, li jaghmlu din il-laqgha wahda mill-aktar interessanti tal-istagun.


L-ahhar laqghat


L-attrazzjoni ewlenija tal-ahhar zewg laqghat kienet tikkonsisti fit-tlett semi-finali li nzammu nhar il-Hadd li ghadda mit-Tazza Sette Giugno miftuha ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier tan-nazzjonalitajiet kollha fuq distanza ta’ 2,140m.


Think Yatzee mexxa l-qatta’ ghall-bicca l-kbira tal-ewwel semi-finali izda ma setax jirrezisti ghall-attakk ta’ Wiss Night Hawk madwar 300 metru mit-tmiem, b’dan ta’ l-ahhar jiehu l-kmant tat-tigrija.  Madankollu Skip Dimanche zied il-velocita’ tieghu b’mod impressjonanti fid-dritta tat-tmiem u gheleb lil kulhadd fl-ahhar metri sabiex ha l-ewwel rebha stagjonali tieghu b’madwar nofs tul minn Wiss Night Hawk, Livi Cantona u Noble d’Ete li lkoll ikkwalifikaw ghall-finali.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’1 fil-kilometru.


Nabab du Chatelet ghamilhom tlieta r-rebhiet tieghu dan l-istagun fit-tieni semi-finali, meta beda l-attakk tieghu fuq in-nahat ta’ barra b’madwar nofs tul mit-tmiem, biex mar quddiem fl-ahhar fazi tat-tigrija u spicca rebbieh b’aktar minn tul f’hin ta’ 1’17’0 fil-kilometru.  Happiness Photo, Nono de Crouay u Op Le Cosseen ukoll kisbu post fil-finali.


L-aqwa hin tas-semi-finali gie rregistrat fl-ahhar wahda, meta wara li Oviedo Vici kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, Count of Life ha l-kmant fl-ahhar fazi, izda Zilver Boko attakka bil-qawwa fid-dritta tat-tmiem biex ha l-hames rebha stagjonali b’madwar tul f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’6 fil-kilometru.  Count of Life, Eastwood OM u Oviedo Vici kienu l-ahhar tlieta li kkwalifikaw ghall-finali tat-Tazza Sette Giugno.  


Inzammu erba’ tigrijiet “normali” tal-klassi Gold f’dawn iz-zewg laqghat, bit-tigrijiet “normali” kollha jkunu fuq distanza ta’ 2,640m.  Fl-ewwel wahda, Ouistiti d’Anjou zied sew fil-velocita’ fl-ahhar nofs dawra, irnexxielu jmur quddiem fid-dritta tat-tmiem u ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta bi kwazi zewg tulijiet minn Victory Farming, Oscar des Racques u Confidence As.


It-tieni wahda rat lil Natif de l’Hommee jiehu t-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu meta kien fuq quddiem prattikament matul it-tigrija kollha u spicca madwar tul u nofs quddiem iz-ziemel li spicca fit-tieni post Touch The Diamond, li min-naha tieghu ppreceda lil Deli du Ling u Novak f’dik l-ordni.


Imbaghad Night Inlet kiseb il-promozzjoni ghall-klassi Premier grazzi ghall-ewwel rebha stagjonali tieghu meta mar quddiem minn naha ta’ barra madwar nofs dawra mit-tmiem u spicca rebbieh bi kwazi zewg tulijiet minn Wim, Energy Launcher u Ouest du Vivier.


Fl-ahhar, Delvin Brodde rregistra l-ahjar hin (1’17’0 fil-kilometru) fuq din id-distanza fl-ahhar zewg laqghat meta mar fuq quddiem fl-ahhar ftit mijiet ta’ metri u baqa’ sejjer biex kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu b’aktar minn zewg tulijiet minn Orion du Vaumicel, Reado November u Orion de Chapeau.


It-tigrijiet tal-klassi Silver kollha rrizultaw fl-“ewwel rebhiet”.  Ouragan de Crouay, id-debuttant Cal Win (SE), li ppartecipa fit-tigrija tieghu meta dahal bhala sostitut (il-Germaniz Why Not As wkoll iddebutta f’din it-tigrija meta dahal bhala sostitut), Enjoy Kronos u Jill Vox kollha hadu l-ewwel rebha taghhom f’Malta, filwaqt li Ouragan de Valsoiz kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu.


It-tigrijiet l-ohra intrebhu minn Widget, Law Suit u Mezio Josselyn fil-klassi Bronze u minn Malta Sara B., Vera L.H., Royal Qui u Roger Qui fil-klassi Copper.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva erba’ rizultati ta’ testijiet tad-doping relattivi ghal partecipanti fil-finali tal-kampjonati Skyparks ghal zwiemel tat-trott Svedizi li nzammu fis-6 ta’ Mejju.  Nifirhu lis-sidien u t-trejners ta’ Lover Boy Index (klassi Gold), Victory Farming (klassi Silver) u Nicole L.H. (klassi Bronze), li r-rizultati taghhom ikkonfermaw li kollha kienu nodfa minn sustanzi projbiti.


Sfortunatament it-test l-iehor irrapporta sustanzi projbiti ta’ Kategorija 3 fil-konfront tar-rebbieh tal-kampjonat tal-klassi Copper Trick The Lind.  Apparti penalitajiet ohra imposti rigward dan iz-ziemel, ir-rizultat tat-tigrija issa inbidel, bir-rebbieh isir Emil Brebro (segwit minn Pine Wood Harry, Dollar As u Glenn Healy).


Is-6 ta’ Gunju 1982 – anniversarju ghal ziemel memorabbli


Il-laqgha tat-tigrijiet li nzammet fis-6 ta’ Gunju 1982 – ezatt 30 sena ilu – ma kenitx laqgha “normali”.  Fiha kellna skedati zewg tigrijiet importanti fil-kalendarju tat-tigrijiet ta’ dik is-sena, cioe’ il-Mediterranean Derby u l-finali tal-kampjonat Pritzlaff.


Fl-istess zmien, f’Malta l-ahbarijiet ta’ kuljum kienu tipikament iddominati minn kwistjonijiet politici, fuq livell internazzjonali, d-dinja kienet qed issegwi fuq ix-xwiek l-izvilupp tal-Gwerra tal-Falklands bejn ir-Renju Unit u l-Argentina filwaqt li tistenna’ l-bidu tat-Tazza tad-Dinja tal-1982 fi Spanja gimgha wara.


Sa dak iz-zmien, it-tigrijiet tat-trott kienu diga’ qabzu fil-popolarita’ lil dawk tal-galopp, izda l-Mediterranean Derby, it-trofew tal-galopp ewlieni f’Malta bl-istorja twila u kkulurita tieghu, baqa’ jzomm l-attrazzjoni tieghu.


Tmien zwiemel tal-galopp hadu sehem fit-tigrija, biz-zewg favoriti ewlenin ikunu James Angus u Mickle Fell (anki jekk l-ghazla tal-favoriti kienet pjuttost dibattibbli minhabba l-forma pjuttost inkonsistenti taz-zwiemel f’dak l-istagun).  Id-Derby intrebhet miz-ziemel ta’ hames snin Mickle Fell quddiem Valdez u Town Master.


Il-kampjonat Pritzlaff kienet miftuh ghaz-zwiemel tat-trott li ma kkwalifikawx ghas-semi-finali tat-Tazza l-Kbira ta’ dik is-sena.  Il-partecipanti kienu wkoll zwiemel tat-trott b’reputazzjoni tajba hafna b’din il-finali ghalhekk tkun ferm mistennija.  Ir-rebbieh kien Ismont quddiem Jollus u Herve du Mai – kollha zwiemel popolari.


Madankollu, l-istorja se tibqa’ tiftakar f’dik il-laqgha ghal avveniment iehor li bilkemm ircieva ebda pubblicita’ dak iz-zmien.  F’The Times, lejlet il-laqgha, il-kummentatur tat-tigrijiet Trotter kiteb fil-qasir:
“Il-bqija tat-tigrijiet tal-wara nofsinhar, kollha tigrijiet tat-trott, jinkludu tigrija ghal kull wahda mill-klassijiet il-baxxi, D, C u B, u tlett tigrjiet tal-Klassi A, fejn numru ta’ zwiemel godda, li ghamlu d-debutt taghhom nhar il-Hadd li ghadda, se jkunu qed itellqu mill-gdid, filwaqt li anki aktar ismijiet godda se jkunu fost il-partecipanti f’dawn it-tigrijiet, herqana biex juru l-potenzjal taghhom, anki jekk issa pjuttost tard fl-istagun.”


Fost l-ismijiet godda li ddebuttaw fil-Klassi A dakinhar, 30 sena ilu, kien hemm certu ziemel Franciz imsewwi ta’ tmien snin bl-isem ta’ Isard du Pont, li kellu l-ahjar hin ta’ 1’19’5 fil-kilometru fi Franza.  L-ewwel tigrija tieghu ma kienet xejn specjali u r-rapport tat-Tnejn ta’ wara fuq it-tigrijiet lanqas biss irrefera ghalih. 


Madankollu, dan iz-ziemel ta’ daqs pjuttost zghir maghruf bhala “Iz-Zghir” (li jfakkarna f’laqam simili li kellu d-dominatur ta’ dik il-generazzjoni ta’ zwiemel tat-trott Francizi, Ideal du Gazeau) kellu eventwalment jigbed folol kbar f’dawk is-snin u jsir isem ferm maghruf anki minn nies li ma kenux dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel. 


Niftakar l-ghagha tal-folla kif kien ikun hiereg mill-paddock ftit qabel il-bidu tat-tigrijiet tieghu u l-briju tal-pubbliku hekk kif Isard kien jidhol l-ewwel fit-tigrijiet fejn spicca rebbieh.


It-tigrijiet tieghu tal-bidu ma wrewx wisq mill-potenzjal tieghu (bhal ma kien ukoll il-kaz fl-ahhar tigrijiet tieghu fi Franza) u kellu jistenna sat-13 ta’ Novembru 1982 biex irregistra l-ewwel rebha tieghu, meta kien gie rrelegat fil-Klassi B.  Madankollu fl-istagun 1982 – 83, flimkien mas-sewwieq lejali tieghu Raymond Clifton, Isard du Pont rregistra xejn inqas minn 13-il rebha, rekord nazzjonali ta’ tigrijiet mirbuha fi stagun wiehed li ghadu ma nkisirx sal-lum.


Huwa rebah ukoll kampjonati prestigjuzi bhat-Tazza VOB, it-Tazza Safari u t-Tazza BOV, ghalkemm qatt ma kellu jirbah it-Tazza l-Kbira.  L-aqwa hin tieghu f’Malta kien dak impressjonanti ta’ 1’15’8 fil-kilometru fuq 2,150m (rekord nazzjonali fuq id-distanza dak iz-zmien u kwazi 4 sekondi fil-kilometru ahjar mir-rekord personali tieghu fi Franza) u baqa’ jtellaq sa’ Dicembru 1990 meta fl-eta’ ta’ 16-il sena, ghalaq il-karriera tieghu b’rebha ohra, is-26 minn ftit aktar minn 100 tigrija li ha sehem fihom.


Huwa xieraq li nfakkru u nonoraw lil dan iz-ziemel fit-30 anniversarju tad-debutt tieghu ... huwa xeghel l-immaginazzjoni tal-pubbliku u flimkien ma’ ohrajn, ta kontribut kbir ghall-popolarita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel f’dak iz-zmien u baqa’ fil-memorja tad-dilettanti ghal dejjem ... tassew ziemel memorabbli!


Nawgurawlkom ilkoll laqgha eccitanti nhar il-Hadd li gej.