Thursday 7th June 2012
It-30 u l-31 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – is-7 u l-10 ta’ Gunju

minn Magnat


Din il-gimgha se jsiru zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa.  L-ewwel wahda tinzamm nhar il-Hamis 7 ta’ Gunju (festa pubblika) u t-tieni nhar il-Hadd 10 ta’ Gunju, t-tnejn jibdew fis-2.30pm u jinkludu disa’ tigrijiet f’kull programm.


L-attrazzjoni ewlenija tal-Hamis hija l-finali tat-Tazza Sette Giugno miftuha ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier tan-nazzjonalitajiet kollha fuq distanza ta’ 2,140m.


Il-lista shiha tal-partecipanti (11-il ziemel imsewwi u stalljun wiehed) hija kif gej:
1. Wiss Night Hawk, Svediz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,483,991 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru.  Huwa ghandu 2 rebhiet (inkluz il-kampjonat Skyparks ghall-klassi Premier ta’ din is-sena) u 5 pjazzamenti minn 15-il tigrija fostna.
2.  Op Le Cosseen, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro204,210 u l-ahjar hin ta’ 1’13’3 fil-kilometru.  Huwa ghandu pjazzament miz-2 tigrijiet f’Malta.
3.  Zilver Boko, Olandiz ta’ 6 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK235,743 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru.  Huwa ghandu 5 rebhiet u 4 pjazzamenti mid-9 tigrijiet tieghu f’Malta.
4.  Nono de Crouay, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro233,725 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru. Huwa ghandu rebha u 4 pjazzamenti mit-8 tigrijiet tieghu f’Malta.
5.  Eastwood OM, Taljan ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro237,317 u l-ahjar hin ta’ 1’12’1 fil-kilometru.  Huwa ghandu 2 pjazzamenti mit-8 tigrijiet tieghu f’Malta.
6.  Livi Cantona, Svediz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK306,090 u l-ahjar hin ta’ 1’12’9 fil-kilometru.  Huwa ghandu 13-il rebha (inkluz il-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels, it-Tazza tal-President u l-Gran Finali VOB ta’ Dicembru, kollha fl-2011) u 9 pjazzamenti mid-debutt tieghu sena u 7 xhur ilu.
7.  Count of Life, Finlandiz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro29,437 u l-ahjar hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru. Huwa kiseb 10 rebhiet u 35 pjazzament minn mindu ghamel id-debutt f’Malta madwar 5 snin ilu. 
8.  Happiness Photo, Daniz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ DNK705,482 u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu 4 pjazzamenti mid-9 tigrijiet tieghu f’Malta. 
9.  Nabab du Chatelet, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro205,198 u l-ahjar hin ta’  1’13’9 fil-kilometru. Huwa ghandu 3 rebhiet u pjazzament mid-9 tigrijiet tieghu fostna. 
10.  Oviedo Vici, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro231,770 u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu 2 rebhiet u 3 pjazzamenti mit-12-il tigrija tieghu f’pajjizna. 
11.  Skip Dimanche, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK961,750 u l-ahjar hin ta’  1’12’4 fil-kilometru.  Huwa ghandu 2 rebhiet u 3 pjazzamenti mit-18-il harga tieghu f’Malta. 
12.  Noble d’Ete, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro175,740 u l-ahjar hin ta’  1’14’3 fil-kilometru.  Huwa ghandu 2 rebhiet u 6 pjazzamenti mit-18-il tigrijia tieghu fostna.
 
Bla dubju ta’ xejn 12-il ziemel tat-trott mill-aqwa li ghandhom jiggarantixxu finali brillanti.


Imbaghad nhar il-Hadd, il-programm jikludi l-MRC Tote Mediterranean Derby fuq distanza ta’ 1,750m.  Seba’ zwiemel tal-galopp ta’ kwalita’ oghlja f’etajiet ta’ bejn 4 u 10 snin u mwielda fi Franza, il-Gran Brettanja, l-Irlanda, l-iSvezja u l-Istati Uniti huma mistennija jidhlu fil-gageg tat-tluq.


Dawn huma r-rebbieh tal-Mediterranean Derby fl-2011 Buttermilk, ir-rebbieh tal-Coronation Cup fl-2011 Fyelehk, il-veterana Etoile du Pic li ilha tigri f’Malta mill-2008 u rebhet tlett tigrijiet u hadet tmien pjazzamenti mill-bidu tal-2009, flimkien ma’ numru ta’ zwiemel li ddebuttaw fostna dan l-ahhar, cioe’ Little Anthony li spicca fit-tieni post fl-uniku tigrija tieghu f’Malta, Darielli li rebah u ha pjazzament fiz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta, Sleepwalking li rebhet darba mit-tlett hargiet taghha f’Malta, u Capital Hill li ha zewg pjazzamenti mit-tlett tigrijiet tieghu fostna.


Nhar il-Hadd se jkollna wkoll tigrija interessanti tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,140m, b’lista shiha ta’ 16-il ziemel tat-trott.  Dawn jinkludu diversi zwiemel li qed ifittxu li jikkonfermaw l-istat ta’ forma taghhom bhalissa, bhal Delvin Brodde li gej minn 2 rebhiet u pjazzament, Oscar de la Vallee li ha rebha u pjazzament fl-ahhar tlett hargiet tieghu, Energy Launcher li ghandu zewg pjazzamenti fl-ahhar zewg tigrijiet tieghu u numru ta’ zwiemel interessanti ohra.


Hames zwiemel tat-trott huma miktuba biex jaghmlu d-debutt taghhom f’dawn iz-zewg laqghat, cioe’  Kapro Wareco (SE), Okilebo de Bremont (FR), Paolo du Godiniere (FR) u Simone Surgy (SE) fil-klassi Silver u Pouvoir Magique (FR) fil-klassi Gold.


It-tlett laqghat li gejjin jinkudu finali attraenti, t-Tazza Sette Giugo ghaz-zwiemel tat-trott u l-Mediterranean Derby ghaz-zwiemel tal-galopp din il-gimgha, qabel il-finali SECF ghaz-zwiemel tat-trott Francizi li jinzammu l-gimgha d-diehla.  Id-dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel jistennew bil-herqa dawn it-tigrijiet kumbattuti li jinkludu whud mill-aqwa zwiemel taghna.  Naghtu l-isbah xewqat lill-partecipanti kollha u nawguraw spettaklu mill-aqwa lill-ispettaturi kollha.


L-ahhar laqgha


Il-laqgha tat-tigrijiet ta’ nhar il-Hadd li ghadda kienet iddominata mill-kampjonati SECF riservati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi.  Inzammu zewg semi-finali minn kull kampjonat ghall-klassijiet Premier, Gold, Silver u Bronze, kollha fuq distanza ta’ 2,140m.


Fl-ewwel semi-finali tal-Prix de Vincennes (klassi Premier), Label Chouan kien fuq quddiem ghal hinijiet twal izda ftit mijiet ta’ metri mit-tmiem huwa sofra attakki minn diversi zwiemel, b’Lady de Vindecy taqbzu fid-dritta tat-tmiem u tibqa’ sejra biex tiehu l-ewwel rebha stagjonali taghha b’xi zewg tulijiet miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw Label Chouan, Mig of the Wood, Niky du Donjon u Onyx Speed.  Il-hin taghha kien ta’ 1’15’7 fil-kilometru, l-aqwa hin taghha f’Malta s’issa. 


Id-dritta tat-tmiem kienet ghal darb’ohra l-fazi determinanti tat-tieni semi-finali tal-Prix de Vincennes meta Nevaio des Bordes zied sew fil-velocita’ u mar quddiem f’nofs id-dritta sabiex kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu b’xi tul u nofs minn  Mystere d’Urfist, Mark de Chamant, Nasko Pride u Milord Barbes li kollha kkwalifikaw ghall-finali.  Il-hin tar-rebbieh kien l-ahjar wiehed tal-gurnata, cioe’ 1’15’2 fil-kilometru.  


L-attakk b’sahhtu ta’ Nuevo Musette fuq in-nahat ta’ barra fl-ahhar nofs dawra wassluh biex imur quddiem fl-ewwel semi-finali tal-Prix d’Enghien.  Huwa baqa’ jzomm il-kmant sabiex ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’madwar tul minn Marini du Mont, Pirate d’Urzy, Le Bolide du Suret u Okapi des Dimes li kollha kkwalifikaw ghall-finali.  Il-hin ta’ Nuevo Musette kien wiehed tajjeb ta’ 1’15’6 fil-kilometru. 


Is-semi-finali l-ohra rat lil Oros de Reve jirexxielu jmur fl-ewwel post fl-ahhar kurva qabel id-dritta tat-tmiem izda imbaghad kellu jissielet sew biex izomm il-vantagg sat-tmiem.  Huwa spicca rebah b’madwar nofs tul minn Osiris des Kids, Oscar Mati, Podium u Orlando Tejy li kienu l-ahhar zwiemel li kkwalifikaw ghall-finali.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’15’5 fil-kilometru, it-tieni l-aqwa hin ta’ nhar il-Hadd. 


L-aktar tmiem missielet tal-gurnata rajnieh fl-ewwel semi-finali tal-Prix de Cabourg meta Petrus du Vivier kiseb ir-raba’ rebha stagjonali meta gheleb b’ras liz-ziemel li kien fl-ewwel post ghal hinijiet twal Ollico Pellois u lil Lutan Villetot, f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru.  Olifant du Pouy u Ocean Brillouard ikkwalifikaw ukoll.


Fit-tieni wahda, Poete de La Sarthe kien fuq quddiem prattikament mill-bidu sat-tmiem u spicca biex ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’madwar 2 tulijiet minn Owards Star f’hin ta’ 1’16’7 fil-kilometru.  Il-bqija tas-semi-finalisti tal-Prix de Cabourg kienu Pascal d’Ablon, Oregon de la Foret u Notre Allegro.


Fil-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze), November Oaks kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu b’madwar nofs tul minn Notre Joyeux, Quouky du Soir, Koko Loco u Nympheta de Bisoir li kkwalifikaw ukoll, f’hin ta’ 1’16’5 fil-kilometru, filwaqt li It’s My Way ha t-tieni rebha stagjonali tieghu wkoll b’madwar nofs tul f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru.  Mambo du Pont, Parce Que, Kaki du Vivier u Noble Candeen ikkwalifikaw ukoll ghall-finali.  


It-tigrija “normali” tal-klassi Copper li kien fadal intrebhet minn Jet Starline, filwaqt li Gareth Sammut wassal lix-“Shetland Pony” City Boy ghar-rebha fit-tigrija tat-trott fuq 400m ghal “Shetland Ponies” misjuqa minn studenti tal-Akkademja tat-tigrijiet taz-zwiemel.  Is-Sur Kenneth Vella, direttur tal-Kunsill Malti ghall-Isport u promotur ta’ din l-Akkademja pprezenta c-certifikati lil 27 student li temmew il-kors tal-Akkademja ghall-2011 - 12.


Rizultati ta' testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva sitt rizultati ta’ testijiet tad-doping.  Tnejn jirreferu ghal partecipanti fil-finali tal-kampjonat Skyparks tal-klassi Premier ghal zwiemel tat-trott Svedizi li nzammet fil-11 ta’ Mejju, filwaqt li l-ohrajn jirreferu ghal partecipanti fil-heats tal-Prix de Vincennes ghal zwiemel tat-trott Francizi li nzammu fit-13 ta’ Mejju. 


Nifirhu lis-sidien u t-trejners ta’ Wiss Night Hawk, Livi Cantona, Label Chouan, Mig of the Wood, Nevaio des Bordes u Nuage de Bourgogne, li r-rizultati taghhom ikkonfermaw li kollha kienu nodfa minn sustanzi projbiti.


Rodney Gatt fis-Serbja


Nhar il-Hadd 10 ta’ Gunju, Rodney Gatt, is-sewwieq campjin ta’ Taht il-25 Sena ghall-2011 se jirrapprezenta lil Malta fit-tappa li jmiss tal-kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterranean Horse Racing Union li se ssir fil-korsa ta’ Beograd fis-Serbja.


Wara l-ewwel zewg tapep (ir-rebha ta’ Raymond Clifton f’Malta u t-tieni post ta’ Shaun Portelli fl-Italja), Malta bhalissa tinsab fl-ewwel post tal-klassifika, segwita mill-qrib mis-Slovenja u l-Italja.  Naghtu l-isbah xewqat lil Rodney u ninsabu konvinti li huwa se jaghmel l-almu tieghu kollu sabiex jirrapprezenta lil pajjizna bl-akbar uur u jkun ezempju ta’ sportivita’ f’dan l-ambitu internazzjonali.


Zewg finali differenti


Il-finali huma l-essenza ta’ kull sport u t-tigrijiet taz-zwiemel mhumiex eccezzjoni ..


L-ewwelnett hemm il-kompetizzjoni harxa biex ziemel jasal s’hemm u mbaghad ftit minuti biss biex huwa juri li huwa l-aktar wiehed veloci u l-ahjar wiehed fost il-finalisti kollha f’dak il-mument!


Il-forma taz-ziemel, il-kundizzjoni fizika u l-moral tieghu, kif ukoll l-istrategija tat-tigrija huma kollha ffukati fuq dawk il-ftit minuti ta’ giri frenetiku ...


Zewg finali ohra huma fil-programm matul din il-gimgha.   


Il-Mediterranean Derby hija l-aktar appuntament annwali importanti f’Malta ghad-dilettanti tat-tigrijiet tal-galopp.  Finali bi storja twila, din inzammet ghall-ewwel darba fl-1889.  L-ewwel rebbieh kien Bimbash li gheleb lil Picture b’madwar zewg tulijiet.


Fil-bidu normalment kienet tinzamm fix-xahar t’April, izda nzammet ukoll f’xhur ohra f’xi snin, bhal Marzu, Mejju u anki Dicembru, bl-ewwel nofs ta’ Gunju ssir l-ghazla tipika ghal din il-finali minn madwar l-1980.


Din it-Tazza ghaddiet minn diversi fazijiet kemm pozittivi kif ukoll negattivi.  Hija giet ikkontestata regolarment ghal aktar minn mitt sena izda kien hemm snin li fiha din it-Tazza qisu sparixxiet.


Dan jidher li kien il-kaz fost l-ohrajn f’diversi snin matul is-snin tletin tas-seklu li ghadda, imbaghad il-waqfa mit-tigrijiet ikkwazata mill-Gwerra bejn l-1941 u l-1946 u fi snin ohra.  Fi snin aktar qrib taghna, hija ma nzammitx fl-1985, l-1987 u l-1988 kif ukoll bejn l-1997 u l-2001.


Minn dak iz-zmien hija saret mill-gdid aspett regolari tal-kalendarju tat-tigrijiet f’Malta bl-ahhar rebbieh ikun Buttermilk is-sena l-ohra. 


Il-finali l-ohra, dik tat-Tazza Sette Giugno, hija riservata ghal zwiemel tat-trott fl-oghla klassi f’Malta, il-klassi Premier.  L-istorja taghha hija ferm iqsar minn dik tal-Mediterranean Derby, b’din tkun ir-raba’ edizzjoni taghha. Fil-fatt inzammet ghall-ewwel darba fl-2009.


S’issa dejjem intrebhet minn ziemel tat-trott Svediz, l-ewwel Arnie Sensation u mbaghad Think Yatzee fl-ahhar sentejn. 


Dejjem inzammet fl-ewwel nofs ta’ Gunju, fil-bidu kienet tissejjah l-“MRC Premier Trot”, izda isimha nbidel ghat-Tazza Sette Giugno s-sena li ghaddiet, sabiex ticcelebra din il-festa nazzjonali u b’hekk tghaqqad il-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta ma’ dan l-avveniment nazzjonali importanti (bhal ma hu wkoll il-kas ghat-Tazza tal-President li tinzamm f’Jum ir-Repubblika jew vicin).


Id-distanza tat-tigrija kienet ta’ 2,640m fl-2009, b’din titnaqqas ghal 2,140m fl-edizzjonijiet kollha ta’ wara.  L-ewwel zewg edizzjonijiet kienu jikkonsistu biss direttament f’finali bejn tmien zwiemel tal-klassi Premier li ma kenux Francizi, izda selezzjoni tal-finalisti b’sistema ta’ semi-finali giet introdotta s-sena l-ohra (meta nfethet ukoll ghal zwiemel tat-trott Francizi li ma kkwalifikawx ghas-semi-finali tal-Prix de Vincennes), bi 32 zwiemel miktuba fl-2001 li zdiedu ghal 36 din is-sena.


Minkejja l-istorja differenti taghhom, dawn huma zewg finali prestigjuzi fil-kalendarju tat-tigrijiet f’Malta, wahda ghal zwiemel tal-galopp u l-ohra ghal zwiemel tat-trott.  Jalla jkollna zewg finali eccitanti bl-aqwa finalist fil-gurnata jnaqqax ismu fuq it-trofew rispettiv u jinghaqad mar-rebbieha ta’ qablu li ma jintesewx.


Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti matul din il-gimgha.