Tuesday 26th June 2012
L-34 u l-35 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – is-26 ta’ Gunju u s-6 ta’ Lulju

minn Magnat


Issa li dahal is-sajf, il-laqghat ta’ tigrijiet li jifdal qabel il-waqfa tas-sajf se jsiru filghaxija.  Iz-zewg laqghat li jmiss se jinzammu nhar it-Tlieta 26 ta’ Gunju u nhar il-Gimgha 6 ta’ Lulju, t-tnejn jibdew fis-6.30pm (m’hemmx futbol mill-Euro 2012 fiz-zewg granet).  Kull laqgha tinkludi ghaxar tigrijiet, kollha tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2,140m apparti tigrija tal-galopp wahda fuq distanza sprint ta’ 1,250m.


L-attrazzjoni ewlenija tal-laqgha tas-26 ta’ Gunju hija l-VOB Grand Final ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier, li l-partecipanti fiha huma hamsa li gejjin mill-finali tal-Prix de Vincennes u l-hamsa l-ohra mill-finali tat-Tazza Sette Giugno.


Sfortunatament ir-rebbieh tat-Tazza Sette Giugno Zilver Boko u Nevaio des Bordes li spicca fir-raba’ post fil-Prix de Vincennes ma gewx miktuba ghal din il-finali, u gew sostitwiti minn zewg zwiemel validi ohra.


Il-lista shiha tal-partecipanti (9 zwiemel imsewwija u debba wahda) li joriginaw mid-Danimarka, l-Finlandja, Franza u l-iSvezja hija kif gej:


1.  Label Chouan, Franciz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro222,716 u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah 8 darbiet (inkluz il-Prix de Cabourg ta’ Dicembru) kif ukoll ha 6 pjazzamenti mid-debutt tieghu f’Malta kwazi sentejn u nofs ilu, bl-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’0 fil-kilometru.
2.  Milord Barbes, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro231,990 u l-ahjar hin ta’ 1’14’2 fil-kilometru.  Huwa ghandu 3 rebhiet u 8 pjazzamenti mit-22 tigrija tieghu f’Malta u l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’0 fil-kilometru.   
3.  Op Le Cosseen, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro204,210 u l-ahjar hin ta’ 1’13’3 fil-kilometru.  Huwa ghandu pjazzament mit-3 tigrijiet tieghu f’Malta u l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’7 fil-kilometru.
4.  Count of Life, Finlandiz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro29,437 u l-ahjar hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru. Huwa kiseb 10 rebhiet u 35 pjazzament u ghandu l-ahjar hin f’Malta ta’ 1’14’5 fil-kilometru minn mindu ghamel id-debutt f’Malta madwar 5 snin ilu. 
5.  Niky du Donjon, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro143,240 u l-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru.  Huwa ghandu 3 rebhiet u 3 pjazzamenti minn 14-il tigrija f’Malta u l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’16’2 fil-kilometru. 
6. Lady de Vindecy, Franciza ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro294,170 u l-ahjar hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru.  Hija ghandha 5 rebhiet (inkluz l-Prix de Vincennes ta’ Gunju u l-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier tal-2010) u 3 pjazzamenti mill-10 tigrijiet taghha fostna u l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’3 fil-kilometru. 
7.  Mig of the Wood, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro432,710 u l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru.  Huwa ghandu 3 rebhiet (inkluz id-Dragonara Tazza l-Kbira ta’ din is-sena u l-finali tal-Prix de Vincennes ta’ Dicembru) u 5 pjazzamenti minn 10 tigrijiet f’Malta, u l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’0 fil-kilometru.
8.  Skip Dimanche, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK961,750 u l-ahjar hin ta’  1’12’4 fil-kilometru.  Huwa ghandu 2 rebhiet u 4 pjazzamenti mid-19-il harga tieghu f’Malta, u l-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’5 fil-kilometru. 
9.  Happiness Photo, Daniz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ DNK705,482 u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu 5 pjazzamenti mill-10 tigrijiet tieghu f’Malta u l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’5 fil-kilometru. 
10. Wiss Night Hawk, Svediz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,483,991 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru.  Huwa ghandu 2 rebhiet (inkluz il-kampjonat Skyparks ghall-klassi Premier ta’ din is-sena) u 6 pjazzamenti minn 16-il tigrija fostna u l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’5 fil-kilometru.


Fiz-zewg laqghat li gejjin se jkollna wkoll il-bidu tal-Kampjonati tas-Sajf, wiehed ghal kull klassi tat-trott.  Il-finalisti se jinghazlu permezz ta’ sistema ta’ punti ghall-okkazjoni b’kull ziemel tat-trott jinghata l-opportunita’ li jikkompeti f’zewg tigrijiet li jwasslu ghall-klassifikazzjoni li minnha jirrizultaw il-finalisti.  Il-partecipanti ma jiehdux u lanqas jitilfu punti ta’ “handicap” b’rizultat ta’ dawn il-Kampjonati tas-Sajf.


Minbarra l-VOB Grand Final, se jinzammu zewg tigrijiet ohra tal-klassi Premier mill-Kampjonat tas-Sajf, flimkien ma’ erbgha ghall-klassi Gold, sitta ghall-klassi Silver, erbgha ghall-klassi Bronze u t-tnejn l-ohra ghall-klassi Copper.


Iz-zewg tigrijiet tal-klassi Premier it-tnejn jinkludu lista shiha ta’ 16-il ziemel.  L-ewwel wahda tara diversi zwiemel li gew promossi dan l-ahhar mill-klassi Gold grazzi ghal xi prestazzjonijiet tajba.  Dawn jinkludu Oscar de la Vallee (zewg pjazzamenti mill-ahhar tlett hargiet tieghu), Veikko Hornline (rebha u pjazzament mill-ahhar tlett tigrijiet), Marini du Mont (rebha u zewg pjazzamenti fl-aktar tigrijiet recenti tieghu), r-rebbieh tal-kampjonat Skyparks ghall-klassi Gold Lover Boy Index (zewg rebhiet mill-ahhar tlett tigrijeit tieghu) u ohrajn.


It-tieni tinkludi zwiemel bhal Arnie Sensation, Maximal Value, Nabab du Chatelet, Super Qui u ohrajn li gejjin minn prestazzjonijiet sbieh fl-ahhar zewg tigrijiet taghhom u r-ritorn wara xi zmien neqsin mit-tigrijiet, ta’ zwiemel bhal Tygo Idzarda, Mont Cenis Honey, Lipouz Lesmelchen u Malin Roro.


Ghandna wkoll tlett debuttanti interessanti minn pajjizi differenti f’din il-klassi, cioe’ d-Daniz I Pitstop, l-iSvediza Shakira Trot u Speeden mill-Istati Uniti.


L-ahhar tnejn huma miktuba bl-oghla numru ta’ punti ghad-debuttanti f’Malta.


Shakira Trot hija debba ta’ disa’ snin li ghandha rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,477,200 u l-ahjar hin ta’ 1’12’0 fil-kilometru fuq 1,609m.  Hija rebhet 11-il darba u kisbet diversi pjazzamenti barra minn Malta, bl-ahhar rebha tkun fil-korsa ta’ Mantorp f’Dicembru li ghadda fuq distanza ta’ 2,200m.


Speeden huwa stalljun ta’ ghaxar snin b’rebh barra minn xtutna ta’ DNK953,280 u l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru, rregistrat fil-korsa ta’ Halmstad fl-iSvezja fl- 2006 fuq distanza ta’ 1,609m.  Huwa kkompeta f’tigrijiet fl-Istati Uniti, n-Norvegja, l-iSvezja u l-Italja, bl-ahhar tigrija tieghu tkun f’Settembru 2010.   


Ghaxar debuttanti ohra huma wkoll miktuba biex jiddebuttaw: il-Francizi Ozerio, Plaisir d’Amour u Quebec fil-klassi Gold, Naya Hanover (DK), Onuphus (FR), Paradise Begonia (FR) u Prao de Bussy (FR) fil-klassi Silver, u Ariane A (NL), Nomi Poppelgard (DK) u Stan du Bosq (FR) fil-klassi Bronze.


It-tigrija tal-galopp tal-Klassi A ta’ nhar it-Tlieta tinkludi biss erba’ partecipanti li kollha ghandhom aspetti ta’ nteress.   Little Anthony spicca fit-tieni post fiz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta (darba fil-Mediterranean Derby), Prince Yarraman jirritorna f’tigrija wara nuqqas ta’ seba’ xhur, Nuage de la Tour ghamel ir-ritorn tieghu f’tigrija bi pjazzament fit-tielet post wara nuqqas ta’ hames xhur, filwaqt li l-Irlandiz ta’ erba’ snin Honey Moon huwa mistenni li jiddebutta. 


Finali mill-aqwa ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier, il-bidu tal-ahhar kampjonat qabel il-waqfa tas-sajf u tigrijiet sbieh fi ljieli Mediterranji sajfin li nittamaw li jkunu friski, ghandhom jiggarantixxu spettaklu fil-korsa fil-gimghat li gejjin. 


L-ahhar laqghat


L-ahhar zewg laqghat tat-tigrijiet kienu ddominati minn hames finali mill-kampjonati SECF riservati ghal zwiemel tat-trott Francizi, li nzammu nhar il-Hadd 17 ta’ Gunju fuq distanza ta’ 2,140m.


Fil-finali tal-Prix de Vincennes (klassi Premier), Milord Barbes ha kmant bikri li zamm sal-ahhar fazi tat-tigrija, meta madwar 350m mit-tmiem Lady de Vindecy (Julian Farrugia) attakkat b’sahha kbira fuq in-nahat ta’ barra biex waslet biex marret fuq quddiem fid-dritta tat-tmiem u zammet il-kmant sat-tmiem.  Hija kisbet it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali taghha b’aktar minn tul, fl-ahjar hin taghha f’Malta ta’ 1’15’3 fil-kilometru.


Mig of the Wood gheleb bi ftit hafna lil Milord Barbes ghat-tieni post b’Nevaio des Bordes jispicca r-raba’ u Label Chouan il-hames.


Il-Prix d’Enghien (klassi Gold) ipprovda l-aktar hin veloci ta’ tmiem il-gimgha, 1’15’0 fil-kilometru, bi Nuevo Musette (Noel Baldacchino) wkoll jikseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu fl-ahjar hin tieghu f’Malta, meta rrezista l-attakk b’sahhtu ta’ Marini du Mont fid-dritta tat-tmiem biex rebah b’madwar tul.  Oscar Mati u Podium hadu l-pjazzamenti l-ohra.


Ollico Pellois (Noel Baldacchino) kien fuq quddiem prattikament mill-bidu sat-tmiem fil-finali tal-Prix de Cabourg (klassi Silver) biex irregistra t-tieni rebha stagjonali tieghu b’madwar zewg tulijiet f’hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru.  Oregon de la Foret, Pascal d’Abloy u Petrus du Vivier spiccaw wara r-rebbieh f’dik l-ordni. 


Nympheta de Bisoir (Jonathan Farrugia) ghamlithom zewg dwieb rebbieha f’dawn il-finali, meta kienet fuq quddiem prattikament mill-bidu sat-tmiem u rrezistiet l-attakk qalbieni taz-ziemel li spicca fit-tieni post November Oaks fid-dritta tat-tmiem sabiex kisbet l-ewwel rebha stagjonali taghha b’inqas minn nofs tul fil-finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru.  It’s My Way u Notre Joyeux hadu l-pjazzamenti l-ohra.


Il-veteran ta’ 16-il sena Icare de Jemma (Tony Demanuele) ddomina d-dritta tat-tmiem tal-finali tal-Prix de Caen (klassi Copper) biex ha l-ewwel rebha stagjonali tieghu b’madwar tmien tulijiet f’1’17’0 fil-kilometru, hin tajjeb hafna ghal din il-klassi.  Jibilo du Terme, Mistral du Chene (li kien fuq quddiem ghal bicca sew mit-tigrija) u Ideal de Suce kisbu l-pjazzamenti f’dik l-ordni.   


Il-prezentazzjoni tal-Prix de Vincennes tmexxiet mill-Eccellenza Tieghu l-Ambaxxatur ghal Franza Michel Van Der Poorter flimkien mal-Onorevoli Clyde Puli, Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport, akkumpanjati mis-Sur Benoit Fabrega, ufficjal oghli fl-assocjazzjoni tat-trott Franciza, l-SECF, li sponsorjaw dawn il-kampjonati.  Is-Sur Fabrega akkumpanjat mic-Cermen tal-Malta Racing Club Dr Matthew Brincat mexxew il-prezentazzjonijiet tal-finali l-ohra. 


Il-bqija tat-tigrijiet kienu tigrijiet tat-trott “normali”, wkoll fuq distanza ta’ 2,140m.  Dawk tal-klassi Silver intrebhu minn Black Guy (l-ewwel rebha stagjonali), Man Quick (l-ewwel rebha stagjonali f’1’16’6 fil-kilometru, l-aqwa hin tat-tigrijiet “normali” ta’ tmiem il-gimgha), Netter Williams (l-ewwel rebha stagjonali), Okilebo de Bremont (l-ewwel rebha f’Malta) u Pedros au Top (it-tieni rebha stagjonali).


Abzolute Pepper, Prince Orange u Wonderofyou kollha kisbu l-ewwel rebha taghhom f’Malta fil-klassi Bronze, bit-tigrija l-ohra tal-klassi Bronze tirrizulta fl-ewwel rebha stagjonali ghal Syllabub.  Esmeralda Run hadet it-tieni rebha stagjonali taghha fl-uniku tigrija ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper. 


Edizzjoni ohra tat-Tazza VOB


It-Tazza Variable Odds Betting (jew it-Tazza tal-Bookmakers) hija tassew rikka fit-tradizzjoni, u ilha maghna ghal ghaxriet ta’ snin.  Mis-snin tmenin ‘l hawn, l-ewwel wahda li niftakar hija dik ta’ Jannar 1982. 


Matul is-snin din it-Tazza kienet ikkaratterizzata mill-varjeta’.


Varjeta’ fis-snin li fihom inzammet, kultant darba f’sena, izda kultant darbtejn jew tlett darbiet f’sena jew xejn (bhal ma kien il-kas per ezempju bejn l-2001 u l-2008), varjeta’ fil-klassijiet li ghalihom hi miftuha, mill-klassi Premier jew A1 (bhal ma hu l-kas illum) ghall-klassi antika H – il-klassijiet l-antiki A1 sa H f’xi stadju matul is-snin kollha kienu eligibbli biex jikkompetu f’dan il-kampjonat u fis-snin disghin huwa qatt ma kien miftuh ghal zwiemel tat-trott tal-klassi A1, ecc.


Anki z-zmien tas-sena li fih inzammet u d-distanza (twal u qosra) kienu differenti matul is-snin.


Nammetti li l-aktar format li joghgobni huwa dak ta’ l-ahhar snin, meta giet iddedikata liz-zwiemel tat-trott li qeghdin fl-oghla klassi taghna u nzammet fl-ahhar tal-ewwel fazi tal-istagun fl-ahhar ta’ Gunju – bidu ta’ Lulju fuq distanza qasira (2,140m) u fl-ahhar tal-istagun fuq distanza itwal (fl-ahhar ta’ Dicembru – bidu ta’ Jannar – 2,640m).


Il-partecipanti issa joriginaw minn process ta’ selezzjoni iebes ferm, peress li l-Finali hi miftuha ghall-ewwel hamsa mill-finali tal-Prix de Vincennes u l-ewwel hamsa fil-finali tat-Tazza Sette Giugno (jew it-Tazza tal-President f’Dicembru).  Min-naha taghhom il-finalisti ta’ dawn iz-zewg finali ohra jigu determinati wara heats u semi-finali fil-Prix de Vincennes u semi-finali fit-Tazza Sette Giugno (il-partecipanti Francizi jista’ jkun li jkunu anki grew f’heat tal-Prix de Vincennes qabel).


Wara bicca xoghol tanti iebsa biex tikkwalifika, li tkun fil-finali huwa diga’ success kbir, izda kulhadd jaghmel l-almu tieghu kollu biex jirbah dan it-Trofew jew almenu jikseb pjazzament tajjeb. Madankollu mill-perspettiva tal-ispettaturi, dan il-process ta’ selezzjoni jipprezentalna Gran Finali ta’ veru, avveniment miftuh ghall-aqwa zwiemel tat-trott u dawk fl-aqwa forma rrispettivament min-nazzjonalita’ taghhom.


Matul is-snin, il-lista ta’ rebbieha ta’ din it-Tazza li originaw fil-klassijiet Premier/ A1 hija tassew impressjonanti.  Gael (1982), Isard du Pont (1983), Kypro Pile (1985), Mistral du Vallon (1988), Neroli de Vaure (1989), Arnie Sensation (2009), Think Yatzee (2010), Lou Petoit (finali minghajr l-isem izda sponsorjata mill-bookmakers – Jannar 2011), Isolated (Gunju 2011) u Livi Cantona (Dicembru 2011).  


Isem gdid se jitnaqqax fuq din it-Tazza nhar it-Tlieta minhabba li hadd mill-finalisti ta’ din is-sena ma rebahha qabel.  Izda nistghu nkunu certi minn haga wahda – bil-kwalita’ tal-finalisti li ghandna, ikun min ikun se jkun certament successur denju fil-passi tal-predecessuri illustri tieghu!


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra eccitanti.