minn Magnat
L-ewwel fazi tal-istagun 2012 tasal fi tmiemha nhar il-Gimgha li gej bl-ahhar laqgha tas-sajf, li tibda’ fis-7pm u tikkonsisti f’seba’ tigrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m.
Din hija laqgha ta’ finali mill-aqwa li tikkonsisti f’finali mill-kampjonat tas-sajf ghal kull klassi tat-trott kif ukoll finali ta’ konsolazzjoni addizzjonali ghal kull wahda mill-klassijiet Silver u Bronze. Il-finalisti naghzlu abbazi tas-sistema ta’ punti specifika li giet applikata ghal dawn il-kampjonati.
L-attrazzjoni ewlenija ta’ din il-laqgha hija bla dubbju l-finali ghal zwiemel tal-klassi Premier. Hawnhekk, sfortunatament, ir-rebbieha tal-Prix de Vincennes Lady de Vindecy u l-finalist tat-Tazza l-Kbira Arnie Sensation ma nkitbux u gew sostitwiti minn zewg zwiemel ohra validi.
Il-lista shiha tal-partecipanti (11-il ziemel imsewwi u debba wahda) mwielda fi Franza u l-iSvezja hija kif gej:
1. Malin Roro, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro202,890 u l-ahjar hin ta’ 1’13’3 fil-kilometru. Huwa rebah darbtejn u kiseb hames pjazzamenti fil-15-il tigrija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’0 fil-kilometru.
2. Net de Ginai, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro295,730 u l-ahjar hin ta’ 1’13’1 fil-kilometru. Huwa kiseb pjazzament wiehed mill-erba’ tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’16’1 fil-kilometru.
3. Veikko Hornline, Svediz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK642,150 u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru. Huwa ghandu rebha wahda u 3 pjazzamenti minn 8 tigrijiet f’Malta u l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’6 fil-kilometru.
4. Power Night Star, Svediz ta’ 7 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK569,570 u l-ahjar hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru. Huwa rebah l-uniku tigrija tieghu f’Malta f’hin ta’ 1’15’6 fil-kilometru.
5. Label Chouan, Franciz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro222,716 u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru. Huwa rebah 9 darbiet (inkluz il-Prix de Cabourg ta’ Dicembru 2011 u t-Tazza VOB f’Gunju 2012) kif ukoll ha 7 pjazzamenti mid-debutt tieghu f’Malta sentejn u nofs ilu, bl-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’0 fil-kilometru.
6. Milord Barbes, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro231,990 u l-ahjar hin ta’ 1’14’2 fil-kilometru. Huwa ghandu 3 rebhiet u 10 pjazzamenti mill-24 tigrija tieghu f’Malta u l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’0 fil-kilometru.
7. Nitesco d’Anthony, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro182,730 u l-ahjar hin ta’ 1’15’0 fil-kilometru. Huwa ghandu zewg pjazzamenti mill-4 tigrijiet tieghu f’Malta u l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’16’0 fil-kilometru.
8. Mont Cenis Honey, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro339,520 u l-ahjar hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru. Huwa ghandu 4 rebhiet (inkluz il-Prix de Vincennes ta’ Dicembru 2010) mit-8 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin lokali ta’ 1’15’7 fil-kilometru.
9. Oviedo Vici, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro231,770 u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru. Huwa kiseb 4 rebhiet u 4 pjazzamenti mill-15-il tigrija tieghu hawnhekk bl-ahjar hin ta’ 1’14’7 fil-kilometru (l-ahjar hin stagjonali f’Malta s’issa fuq id-distanza ta’ 2,140m).
10. Shakira Trot, Svediza ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,477,200 u l-ahjar hin ta’ 1’12’0 fil-kilometru. Hija rebhet iz-zewg tigrijiet li griet f’Malta s’issa u ghandha l-ahjar hin fostna ta’ 1’16’1 fil-kilometru.
11. Op Le Cosseen, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro204,210 u l-ahjar hin ta’ 1’13’3 fil-kilometru. Huwa ghandu zewg pjazzamenti mill-5 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’6 fil-kilometru.
12. Bonus Kall, Svediz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK948,700 u l-ahjar hn ta’ 1’12’7 fil-kilometru. Huwa ghandu 5 pjazzamenti mill-10 hargiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’4 fil-kilometru.
Din it-tahlita ta’ veterani u zwiemel relattivament godda ghandha zgur tipprovdi l-ingredjenti kollha ghal finali ohra eccitanti tal-ghola klassi.
Il-finali tal-klassi Gold tinkludi wkoll diversi zwiemel tat-trott bi profil oghli. F’etajiet ta’ bejn 7 u 12-il sena dawn diga ghandhom 21 rebha u hafna pjazzamenti bejniethom dan l-istagun. Ghaxra mill-finalisti ghandhom l-ahjar hin din is-sena ta’ 1’16’5 fil-kilometru jew ahjar.
Sitt Francizi, erba’ Svedizi, Daniz u Amerikan, il-lista shiha taz-zwiemel hija: Key Value, Side Spin, Natif de l’Hommee, Orion du Vaumicel, Love Heart, Baron G.L., Nacarat Campbell, Little Nick, Pouvoir Magique, Peasant Gallant, Naja In Blue u Ozerio.
F’forma ferm tajba wkoll, il-finalisti tal-klassi Silver ghandhom etajiet ta’ bejn 7 u 14-il sena. Huma diga’ rregistraw 16-il rebha u numru tajjeb ta’ pjazzamenti bejniethom u hdax minnhom ghandhom l-ahjar hin din is-sena ta’ 1’17’4 fil-kilometru jew ahjar.
Sitt Francizi, erba’ Svedizi, Belgjan u Germaniz, il-lista shiha ta’ zwiemel hija: Newton du Pic, Bankir Zon, Koko Loco, Stoms Alex, Onwards Star, Cal Win, Lucas Ness, Geronimos Cadillac, Passons d’Ortige, Napolitano Sun, Orage du Pont u Ackaturbo.
Iz-zwiemel tal-klassi Bronze wkoll rebhu numru tajjeb ta’ tigrijiet f’dan l-istagun (13 bejniethom, apparti pjazzamenti numeruzi) u disgha minnhom ghandhom l-aqwa hin din is-sena ta’ 1’17’7 fil-kilometru jew ahjar, cioe’ pjuttost qrib tal-ahjar hinijiet tal-finalisti tal-klassi Silver. L-etajiet tal-partecipanti jvarjaw bejn 5 u 12-il sena u gejjin minn Franza (sebgha), l-iSvezja (tlieta) u l-Olanda (tnejn).
Il-lista shiha hija: Stan du Bosq, Ariane A, Polytain, Marchallah, Mac du Boult, Quouky du Soir, Third Time Lucky, Sir de Landerije, Obelix Blue, Super Mack Grocer, Law Suit u One Fouteau.
Iz-zwiemel tal-klassi Copper jipprovdu l-akbar varjeta’ ta’ etajiet tal-finali, bejn 4 snin u 16-il sena.
Sitt finalisti gejjin minn kull wiehed minn Franza u l-iSvezja, d’dawn diga’ rebhu tmien darbiet (u ppjazzaw f’diversi okkazjonijiet ohra) bejniethom din is-sena filwaqt li ghaxra minnhom ghandhom l-aqwa hin stagjonali kurrenti ta’ 1’18’5 fil-kilometru jew ahjar. Il-lista shiha hija: Kung Fjalar, Orasi Index, Royal Qui, Dandy, Loulou de la Rose, Ideal de Suce, Apple Tooma, Icare de Jemma, Esmeralda Run, Leader Changerie, Jeo de Touvois u Nox Blue.
Il-finali ta’ Konsolazzjoni tal-klassi Silver tara l-partecipanti li gejjin li huma mwielda Franza, l-iSvezja u l-Finlandja: Olifant du Pouy, Triangel Kall, Poete de la Sarthe, Ouraki du Drochon, Bella Notte, Quartz des Pinons, Zerbin, Ouragan de Crouay, Must du Buisson, Big Hit, Man Quick u Jet Space.
Il-partecipanti fil-finali ta’ Konsolazzjoni tal-klassi Bronze li joriginaw minn Franza, l-iSvezja, l-Germanja, il-Gran Brittanja u l-iStati Uniti huma: Orio de Marancourt, Nuthan d’Emi, Syllabub, Tornado Hornline, Pretty Post, High Speed Night, Phenix d’Or, Cocos Kaos, Marlow As, Louise Wood, Pout de Quelaines u Nolan Streamline.
S’issa kellna stagjun iehor pjacevoli u m’hemmx mod aktar denju biex naghlqu l-ewwel fazi minn laqgha li tinkludi xejn inqas minn seba’ finali. Nawguraw xorti tajba lill-partecipanti kollha kif ukoll tigrijiet eccitanti u ncerti ghall-ispettaturi kollha .
L-ahhar laqghat
L-ahhar zewg laqghat kienu ddedikati ghall-kampjonati tas-Sajf fuq distanza ta’ 2,140m.
Inzammu zewg tigrijiet tal-klassi Premier. Fl-ewwel wahda, Oviedo Vici mar fuq quddiem mill-ewwel u zamm il-kmant matul it-tigrija kollha, izda ma setax jirrezisti l-attakk b’sahhtu tad-debuttant Power Night Star fid-dritta finali, b’dan ta’ l-ahhar jirnexxielu jittrijonfa b’ras f’hin ta’ 1’15’6 fil-kilometru. Oviedo Vici, Op Le Cosseen u Bonus Kall kisbu l-pjazzamenti f’dik l-ordni.
Fit-tieni tigrija tal-klassi Premier, Milord Barbes ha vantagg bikri li zamm sad-dritta tat-tmiem, meta Shakira Trot attakkat b’mod determinat, marret quddiem madwar 200m mit-tmiem u spiccat tikseb it-tieni rebha konsekuttiva taghha bi ftit aktar minn tul, f’hin ta’ 1’16’1 fil-kilometru, quddiem Milord Barbes, Label Chouan u Matrix Reloaded.
Kellna wkoll tlett tigrijiet interessanti tal-klassi Gold.
Fl-ewwel wahda, Quebec mexxa l-qatta prattikament matul it-tigrija kollha u qasam il-linja tat-tmiem l-ewwel. Izda l-iStewards ippjazzaw lil dan iz-ziemel fit-tielet post minhabba infrazzjoni ta’ “interference” fid-dritta tat-tmiem. Ghalhekk, ir-rebha marret ghal Key Value segwit minn Orion du Vaumicel, l-imsemmi Quebec u Energy Launcher, f’hin ta’ 1’17’0 fil-kilometru.
Imbaghad fl-ahhar laqgha rajna zewg zwiemel tal-klassi Gold jirregistraw it-tieni rebha konsekuttiva taghhom.
L-ewwel kien Little Nick li kien fuq quddiem ghal kwazi t-tigrija kollha u spicca l-ewwel bi ftit aktar minn tul minn Nacarat Campbell, segwit minn Baron G.L. u Rambo Lambo, f’hin ta’ 1’16’1 fil-kilometru.
Imbaghad kien Pouvoir Magique li rnexxielu jmur fuq quddiem fid-dritta tat-tmiem u gheleb lil Side Spin, Ozerio u Nobel Pasmarick b’madwar tul f’hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru.
It-tigrijiet l-ohra intrebhu minn Passons d’Ortige (l-ewwel rebha f’Malta), Stoms Alex (it-tieni rebha stagjonali), Koko Loco (t-tielet rebha stagjonali) u Orage du Pont (it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali) fil-klassi Silver, Stan du Bosq (l-ewwel rebha f’Malta), Quouky du Soir (it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali) u Sir de Landerije (l-ewwel rebha stagjonali) fil-klassi Bronze, kif ukoll iz-zwiemel tal-klassi Copper Icare de Jemma (t-tieni rebha stagjonali) u Kulls Nero (l-ewwel rebha stagjonali).
Rizultati ta’ testijiet tad-doping
Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva ghaxar rizultati ta’ testijiet tad-doping. Hamsa jirreferu ghal partecipanti fil-finali tal-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi mizmuma fis-17 ta’ Gunju, tlieta jirreferu ghal partecipanti fil-finali tat-Tazza Sette Giugno mizmuma fis-7 ta’ Gunju, filwaqt li t-tnejn l-ohra jirreferu ghal partecipanti fil-Mediterranean Derby mizmuma fl-10 ta’ Gunju.
Nifirhu lis-sidien u t-trejners ta’ Lady de Vindecy, Nevaio des Bordes, Nuevo Musette, Ollico Pellois u Nympheta du Bisoir (kollha partecipanti fil-finali tal-kampjonati SECF), Zilver Boko, Happiness Photo u Wiss Night Hawk (kollha partecipanti fil-finali tat-Tazza Sette Giugno) u Sleepwalking u Buttermilk (it-tnejn partecipanti fil-Mediterranean Derby), li r-rizultati taghhom ikkonfermaw li kollha kienu nodfa minn sustanzi projbiti.
Vamos a la playa
Ma nahsibx li l-grupp Righeira qatt haseb li l-isem tal-diska taghhom tal-1983, li tinqaleb ghall-Malti bhala “Tlaqna lejn xatt il-bahar”, kellu jintuza f’artiklu fuq it-tigrijiet taz-zwiemel! Izda nhoss li dan jipprovdi isem xieraq ghall-ahhar parti tal-artiklu ta’ qabel il-waqfa tas-sajf.
L-ewwel sitt xhur u nofs ta’ dan l-istagun – xhur mill-aktar produttivi – letteralment taru!
Tant hemm affarijiet ghaddejjin go u madwar il-korsa li kultant nitilfu kont taz-zmien!
Tmienja u tletin laqgha eccitanti, tmien finali jew serje ta’ finali tat-trott u l-Mediterranean Derby ghaz-zwiemel tal-galopp, titjib fl-infrastruttura tal-korsa, il-premjazzjoni ta’ numru ta’ sewwieqa bl-unur ta’ “Sewwieq tax-Xahar” u hafna aktar.
Issa wasal iz-zmien ghal ftit gimghat ta’ mistrieh, fejn kollha nieqfu ftit u nistriehu. Kulhadd ghandu bzonn ftit mistrieh ghaliex din l-attivita’ kollha minghajr dubbju tghejjina.
Jghejjew iz-zwiemel li jigru regolarment, is-sidien taghhom, it-trejners u s-sewwieqa li jippreparawhom, l-organizzaturi tat-tigrijiet, l-istewards, il-gurnalisti u anki jien nikteb dawn l-artikli!
Meta wiehed ighix fi gzira shuna fic-centru tal-Mediterran, hafna zgur sa jmorru f’xatt il-bahar mal-mahbubin taghhom.
Dan ighodd mhux biss ghalina izda wkoll ghaz-zwiemel. Huwa wkoll se jieqfu ftit u probabbli wkoll jiehdu pjacir jghumu xi ftit. Waqfa tajba kemm il-darba taghmel il-mirakli ghalihom ukoll, ghal dawk li kellhom regim ta’ tahrig u tigrijiet intensiv, dawk li ghandhom bzonn ifiqu minn xi ugiegh ecc.
Izda dan mhux se jkun perjodu ta’ mistrieh ghal kulhadd. Il-Malta Racing Club se jkompli jahdem fuq aktar xoghol ta’ manteniment u titjib fil-korsa, jaghmel aktar preparazzjonijiet necessarji ghat-tieni fazi tal-istagun ecc.
Ukoll, bhall-annimali kollha, iz-zwiemel xorta ghandhom bzonn ta’ nies li jiehdu hsiebhom, anki matul zmenijiet li fihom ma jkunux qed itellqu. Dawn in-nies ikomplu jiehdu hsiebhom matul ix-xhur tas-sajf, konxji li l-harifa daqt tkun maghna u z-zwiemel iridu jkunu mistrieha u ppreparati sew ghall-kumplament tal-istagun tat-tigrijiet.
Bhal dejjem qabel il-waqfa tas-sajf, niftakar b’sens ta’ gratitudni fil-hafna nies li ghenuni nikteb dawn l-artikli, li jkolli nammetti li jinvolvu bicca xoghol iebsa ghalija minhabba l-impenji l-ohra li ghandi.
Nirringrazzja lic-Cermen, il-Kunsill u l-impjegati tal-Malta Racing Club ghas-support li regolarment jipprovduli.
Gratitudni kbira tmur ghas-Sur Nicholas Farrugia, li d-dokumenti storici li ghandu fuq ix-xena tat-tigrijiet tat-trott f’Malta mis-snin tmenin huma semplicement inkredibbli u huwa dejjem mill-aktar pacenzjuz u disponibbli fl-okkazjonijiet regolari meta nfittex l-ghajnuna tieghu. Grazzi hafna Nicky!
Hafna nies ohra gentilment ipprovdewli informazzjoni utli kull meta staqsejt ghall-ghajnuna taghhom. Dawn jinkludu (f’ordni alfabetiku) Twanny Bugeja, Lorraine Cunningham, Tommy Cunningham, Tony Demanuele, Mike Orland, Kenneth Vella, Mark Vella u ohrajn. Nirringrazzjahom kollha sincerament ghas-support gentili taghhom.
F’pajjiz zghir bhal taghna, fejn il-facilitajiet huma dejjem skarsi, huwa billi nghinu lil xulxin li jirnexxielna naghmlu l-ahjar uzu tar-rizorsi taghna.
U issa, vamos a la playa ... jalla ahna lkoll jkollna perjodu tajjeb ta’ mistrieh. Nergghu niltaqghu, jekk Alla jrid, fl- ewwel nofs ta’ Settembru, mistrehin sew u herqana sabiex naraw t-tieni parti mill-isbah tal-istagun tat-tigrijiet 2012!
Fil-frattemp nawgurawlkom laqgha eccitanti ta’ finali biex naghlqu din l-ewwel fazi tal-istagun.