Saturday 8th September 2012
Is-sewwieq Campjin Malti jikkompeti fil-Kampjonat tas-Sewwieqa tal-Ewropa

 


Noel Baldacchino, ic-Campjin Malti kurrenti fost is-sewwieqa fit-tigrijiet taz-zwiemel, jinsab fi triqtu lejn Hamburg, il-Germanja, fejn se  jikkompeti fil-Kampjonat Ewropew tas-Sewwieqa, kampjonat mill-aktar prestigjuz organizzat mill-Unjoni Ewropeja tat-Trott (UET), fi tmiem il-gimgha tal-15 u s-16 ta’ Settembru.


Huwa unur ghal Malta li tippartecipa f’dan il-kampjonat, fost l-aqwa pajjizi tat-tigrijiet tat-trott fl-Ewropa.


Noel, Zejtuni ta’ 41 sena, ghandu 22 sena esperjenza u rebah it-titlu nazzjonali tas-sewwieqa xejn inqas minn sitt darbiet.


Ir-rekord tieghu f’pajjizna huwa impressjonanti: 678 rebha u 1,360 pjazzament minn kwazi 4,500 tigrija.  Fl-2008, l-2009 u l-2012 huwa mexxa wkoll liz-zwiemel tieghu ghar-rebha fl-aktar kompetizzjoni prestigjuza tat-tigrijiet tat-trott f’Malta, “It-Tazza l-Kbira”.


L-esperjenza ta’ Noel haditu anki barra minn xtutna, meta ppartecipa f’tigrijiet f’diversi koros madwar l-Ewropa, bhal Vincennes, Cabourg u Cagnes Sur Mer fi Franza, Solvalla, Mantorp u Eskilstuna fl-iSvezja, kif ukoll f’diversi pajjizi ohra, bhall-Italja, r-Russja, s-Slovenja u ohrajn. 


Hura rnexxielu jirbah l-ahhar tigrija internazzjonali tieghu, fir-Russja fil-bidu ta’ dan ix-xahar, meta rrapprezenta lil Malta fil-kampjonat tal-Assocjazzjoni tat-Tigrijiet taz-Zwiemel tal-Mediterran.


Fil-Germanja huwa se jiffaccja oppozizzjoni mill-aktar iebsa, bi 12-il pajjiz ikunu rapprezentati minn sewwieq mill-aqwa.


Sewwieqa ta’ fama mondjali bhal Enrico Bellei tal-Italja, Bjorn Goop tal-iSvezja, Eric Raffin ta’ Franza,  Eirik Hoitomt tan-Norvegja u hafna ohrajn, kollha se jipprovaw jirbhu l-Kampjonat Ewropew ghal pajjizhom, abbazi tar-rizultati tat-8 tigrijiet li se jinzammu matul it-tmiem il-gimgha tal-kampjonat.


Noel ikkummenta:  “Il-kwalita’ tal-kompetizzjoni taghmel dan l-appuntament sfida mill-aktar iebsa, forsi l-aktar wahda iebsa tal-karriera tieghi.  Madankollu, jiena ninsab mill-aktar iffukat u se naghti l-almu tieghu kollu sabiex nikseb rizultat rispettabbli ghal Malta, u nkompli nuri l-kwalita’ tas-sewwieqa Maltin fl-oghla livell kontinentali.”


Naghtu l-isbah xewqat lil Noel ghal dan l-appuntament  internazzjonali mill-aktar impenjattiv.