Sunday 7th October 2012
It-42 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 is-7 t Ottubru

minn Magnat


Laqgha ohra ta’ tigrijiet taz-zwiemel se tinzamm fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-2pm, u li tikkonsisti f’seba’ tigrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m u tigrija wahda tal-galopp fuq distanza ta’ 1,750m.


Din il-laqgha tara l-bidu tal-Condition Races tal-Harifa Cassar Petroleum ghall-klassijiet tat-trott Gold, Silver, Bronze u Copper.  Zewg semi-finali ta’ Condition Races se jinzammu ghall-klassi Gold (it-tlieta li jifdal se jinzammu l-gimgha d-diehla), wahda ghall-klassi Silver (bil-hamsa l-ohra jinzammu l-gimgha d-diehla), tnejn ghall-klassi Bronze (it-tlieta l-ohra mistennija jinzammu l-gimgha d-diehla) u wahda ghal zwiemel tal-klassi Copper (iz-zewg semi-finali l-ohra huma skedati ghall-gimgha d-diehla).


Hlief ghall-klassi Copper fejn l-ewwel tlieta jikkwifikaw ghall-finali, fil-bqija tal-klassijiet l-ewwel tnejn biss ighaddu ghall-finali li se jsiru fl-ahhar tmiem il-gimgha ta’ dan ix-xahar.  Mistennija tigrijiet mill-aktar kumbattuti biz-zwiemel jipprovaw jidhlu fit-pjazzamenti ta’ fuq nett biex ikunu eligibbli ghall-finali.


Is-semi-finali tal-klassi Gold jinkludu 13 u 14-il ziemel rispettivament li joriginaw fid-Danimarka, l-Finlandja, Franza, l-Olanda u l-iSvezja.  Qatta’ ta’ zwiemel mill-aktar varjata, li tinkludi zwiemel gejjin minn prestazzjonijiet promettenti, bhal Orage du Pont (rebha u zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu), Ygor of Pass (rebha u pjazzament fl-ahhar zewg tigrijiet tieghu), Zerbin (rebbieh tal-ahhar tigrija tieghu), No Comprendo (zewg pjazzamenti fl-ahhar zewg tigrijiet tieghu) u ohrajn.


Dawn it-tigrijiet jinkludu wkoll numru ta’ zwiemel li qed jaghmlu r-ritorn taghhom wara l-waqfa tas-sajf, bi whud minnhom ikollhom prestazzjonijiet tajba qabel il-mistrieh tas-sajf u issa jkun interessanti li naraw jekk zammewx il-forma taghhom.  Iz-ziemel Daniz Lewis Shadow huma miktub biex jaghmel id-debutt tieghu fit-tieni semi-finali tal-klassi Gold.


Il-semi-finali tal-klassi Silver ghandhom profil simili, bl-uniku semi-finali fil-programm tal-Hadd ikun fiha 15-il ziemel gejjin minn Franza, l-Germanja u l-iSvezja.


Il-partecipanti jinkludu fost l-ohrajn zwiemel bhal Kapro Wareco, Korentin, No Commentary u Oregon de la Foret li hadu pjazzamenti minn mindu regghu bdew it-tigrijiet f’Settembru u tlett debuttanti, il-Franciz Obiscus del Fa u l-iSvedizi Charm Hammering u Lass Idol.


Anki l-klassijiet Bronze u Copper jippromettu semi-finali bbilancjati.


Il-laqgha tinkludi wkoll tigrija tal-klassi Premier bi 15-il ziemel partecipanti.  Din tinvolvi tahlita ta’ zwiemel, xi whud minnhom (Chaco Bar u Natif de Salvi) ghadhom kif gew promossi mill-klassi Gold, ohrajn jaghmlu r-ritorn taghhom wara nuqqas ta’ xi xhur, bhal Knockout Molar (rebbieh tal-Kampjonat Assikura A), il-finalist tat-Tazza l-Kbira u tal-Prix de Vincennes Onyx Speed, I Pitstop, Nitesco d’Anthony u Norman d’Avril, biz-zwiemel l-ohra jippruvaw jiksbu lura l-forma taghhom wara li diga’ kkompetew f’Settembru.


It-tigrija tal-galopp tal-Klassi A tara lista shiha ta’ tmien zwiemel tal-galopp, inkluz ir-rebbieh tal-ahhar tigrija Cheeky Jack u z-ziemel li kiseb it-tieni post Timolin.  Docklands Brian huwa miktub biex jaghmel ir-ritorn tieghu wara nuqqas ta’ sentejn u nofs, filwaqt li Wildnis hija mistennija ttellaq mill-gdid wara 11-il xahar.  Buttermilk, Bon Santos u Honey Moon ukoll kienu wieqfa ghas-sajf, bi Friarscourt jipprova juri forma ahjar wara l-ewwel tigrija tieghu din il-harifa.


Huwa ta’ pjacir li nibdew naraw in-numru ta’ zwiemel miktuba ghal-laqghat jizdied wara xi ftit inqas konkorrenza matul Settembru.  Apparti l-fatt li issa s-sidien ikunu taw liz-zwiemel taghhom perjodu itwal ta’ mistrieh, il-bidu ta’ kampjonati u condition races jipprovdi incentiv u sfida addizzjonali ghas-sidien u trejners taz-zwiemel.


L-ahhar laqghat


L-attrazzjoni ewlenija tal-ahhar zewg laqghat kienet il-bidu tal-ewwel kampjonat tat-tieni fazi tal-istagun, cioe il-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier.


Erba’ heats minn dan il-kampjonat inzammu nhar il-Hadd li ghadda.  Fl-ewwel wahda, l-iSvediz Maximal Value kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta meta mar quddiem b’madwar dawra mit-tmiem u baqa’ hemm sat-tmiem biex rebah f’hin ta’ 1’16’1 fil-kilometru, b’iktar minn tlett tulijiet mid-debuttant Germaniz Sultan November, segwit minn Zilver Boko, d-debuttant Franciz Oncle Sam, Shakira Trot u Nuper, li kollha ghaddew ghas-semi-finali.


Imbaghad kien imiss lil ziemel tat-trott Svediz iehor, Celebrity Photo, li jirbah l-ewwel tigrija tieghu f’Malta, meta kien involut fi sfida entuzjazmanti ma’ Livi Cantona fid-dritta tat-tmiem, ta’ l-ewwel jigri mar-rejls u ta’ l-ahhar bhas-soltu fuq in-nahat ta’ barra.  Celebrity Photo rebah b’nofs tul fl-aqwa hin tal-laqgha ta’ 1’15’1 fil-kilometru, quddiem l-istess Livi Cantona, segwit miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw, Veikko Hornline, Nelson du Val, Night Inlet u Noble d’Ete.


Id-dritta finali ghamlet id-differenza wkoll fit-tielet heat, meta Svediz iehor, Think Yatzee, ha l-vantagg f’dan l-istadju u baqa’ sejjer biex irregistra t-tieni rebha stagjonali tieghu bi ftit aktar minn tul minn Troy Boshoeve, segwit minn Matrix Reloaded, Count of Life, d-debuttant Svediz ST Andrew LB u Op Le Cosseen li kollha ghaddew ghas-semi-finali.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’15’9 fil-kilometru.


Finalment, il-Franciz Mont Cenis Honey kiseb l-ewwel rebha tieghu fl-ahhar sena u disa’ xhur, meta mar fuq quddiem fl-ahhar dawra u mbaghad bena vantagg tajjeb.  Fl-ahhar huwa spicca madwar tul quddiem Label Chouan f’hin ta’ 1’15’8 fil-kilometru, b’ Major Chaleonnais, Joker de Choisel, Max d’Avignere u Quipo de Billeron ikunu l-ahhar zwiemel li kkwalifikaw ghas-semi-finali. 


L-ewwel zewg tigrijiet tal-klassi Gold (fuq 2,640m) tal-ahhar laqghat raw rebbieha li ttrijomfaw ghall-ewwel darba, jew f’Malta jew dan l-istagun. 


Chaco Bar ha l-kmant fid-dritta tat-tmiem u rebah bi ftit inqas minn zewg tulijiet minn Natif de Salvi, Orion du Vaumicel u Marquis Penalan f’hin ta’ 1’17’5 fil-kilometru , filwaqt li Beckham Bob mar quddiem madwar 350m mit-tmiem u ddefenda l-vantagg tieghu sal-gister, biex ha l-ewwel rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’17’8 fil-kilometru, aktar minn zewg tulijiet quddiem Podium, segwit minn No Comprendo u Zombrero Son f’dik l-ordni.


Finalment, Netter Williams irregistra l-ahjar hin taz-zewg laqghat fuq id-distanza ta’ 2,640m (1’17’1 fil-kilometru) meta ha l-kmant fid-dritta tat-tmiem u rrezista l-isfida b’sahhitha ta’ Ygor of Pass biex rebah bi ftit aktar minn tul, b’Oscar du Meu u Lovely Mab jiehdu l-pjazzamenti l-ohra.


Fit-tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m, Mr Roxy Music ha vantagg bikri li zamm sa ftit qabel il-bidu tad-dritta tat-tmiem meta Cheeky Jack mar quddiem segwit minn Timolin, b’ta’ l-ewwel jirrezisti l-attakk ta’ dan ta’ l-ahhar u jirbah b’madwar zewg tulijiet.  Timolin spicca t-tieni u Mr Roxy Music it-tielet.


Ir-rebbieha l-ohra kienu Flying As, Nasdaq du Closet, Orage du Pont u Zerbin fil-klassi Silver, Orio de Marancourt, Morgan Kane u Icare de Jemma fil-klassi Bronze u Jibilo du Terme fil-klassi Copper.     


Kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterranean Horse Racing Union         


Il-kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterranean Horse Racing Union ghal din is-sena gie fi tmiemu fit-22 ta’ Settembru fil-korsa ta’ Maribor fis-Slovenja.  Tony Demanuele rrapprezenta lil Malta f’din l-ahhar tappa u kiseb ir-raba’ post.


Dan kien bizzejjed biex Malta tispicca l-kampjonat ta’ din is-sena fit-tieni post (bhal fl-2011) wara r-rebbieha s-Slovenja u quddiem ir-Russja li spiccat fit-tielet post u l-pajjizi l-ohra.  Ghalkemm ma rbahniex il-kampjonat ta’ din is-sena bhalma konna ghamilna fl-2010, pjazzament fit-tieni post huwa rizultat iehor internazzjonali prestigjuz, li jizdied ma’ rizultati ohra ta’ min ifahharhom miksuba mis-sewwieqa taghna matul is-snin.


Tifhir imur ghas-sewwieqa li rrapprezentaw lil Malta din is-sena u li ghamlu sforz ta’ tim li wassal ghal dan ir-rizultat, cioe’  Raymond Clifton (f’Malta), Shawn Portelli (fl-Italja), Rodney Gatt (fis-Serbja), Charles Camilleri (fi Franza), Noel Baldacchino (fir-Russia) u Tony Demanuele (fis-Slovenja).


Tigrija sfortunata


Ma semmejtx hawn fuq iz-zewg incidenti li graw fil-laqgha tal-21 ta’ Settembru, ghaliex xtaqt niddedika l-konkluzjoni tal-artiklu ta’ din il-gimgha lilhom.


Kummentatur u fotografu bravu tat-tigrijiet taz-zwiemel irrefera ghal din il-laqgha bhala “laqgha sfortunata” u tassew hekk kienet, forsi wiehed jista’ wkoll isejhilha “tigrija sfortunata”, ghax iz-zewg incidenti graw fl-istess tigrija, cioe’ dik riservata ghall-klassi Copper.


Kumbinazzjoni dawn kien jinvolvu l-izghar ziemel (jew ahjar, debba) fit-tigrija u l-aktar wiehed anzjan.  L-ewwel, Esmeralda Run waqqghet is-sewwieq taghha Brian Green, li, b’inkwiet ta’ kulhadd, deher ma jiccaqlaqx ghal xi zmien b’kull min kien prezenti fil-korsa jkun ferm inkwetat ghalih.


L-ambulanza haditu l-isptar u ghalkemm sofra xi ksur jinsab fit-triq tal-fejqan.  Nawgurawlu fejqan ta’ malajr u nisperaw li narawh isuq iz-zwiemel mill-gdid fil-futur qarib.


Il-tigrija regghet bdiet u f’nofsha, l-folla kienet ixxukkjata meta rat liz-ziemel tat-trott veteran Zut jaqa’ mal-art.  Hadna r-ruh li rajna lil sidu u s-sewwieq tieghu Joe Schembri ma jkunx imwegga’ fl-incident, izda x-xena li rajt mill-binoklu mit-tribuna tal-ispettaturi kienet wahda ta’ qsim il-qalb.


Ghal hafna minuti twal konna lkoll qed nisperaw li naraw lil Zut jerga’ jqum fuq saqajh, izda sfortunatament din id-darba ma kellux ikun.  Sibt ruhi niftakar fi mwiet ohra ta’ zwiemel fil-korsa fil-passat rizultat ta’ kawzi differenti, Teseide, Nemo des Bruyeres, Premier Pas, Huggie Hanover, aktar ricenetement Liosco Atout, u ohrajn.


Ftakart ukoll fil-mewt taz-ziemel ta’ sitt snin Scoop d’Yvel fil-korsa ta’ Vincennes fl-ahhar ta’ Frar.


Dawn ir-riskji huma inevitabbli ghal kull minn jaghmel ezercizzju iebes, kemm jekk bnedmin jew annimali, zghar jew kbar.


Izda kollha kemm ahna nippruvaw ma noqghodux niftakru f’dawn ir-riskji, ghax inkella had minna ma jaghmel ezercizzju serju.  U ghalhekk, meta tigri xi haga bhal din, thallina lkoll ixxukkjati.


Ma nafx is-sid u lanqas ma qatt rajt liz-ziemel mill-vicin.  Izda meta rajt lil Zut jaqa’ mal-art qabzuli d-dmugh u qsamt mas-sid is-soghba ta’ din it-telfa.


U nista’ nimmagina n-niket ikbar ta’ sidu.  Bhalma qalli sid iehor, huwa sentiment terribbli li tinzel fil-korsa b’ziemel u titla’ miexi, wahdek.


Il-mewt hija sfortunatament inevitabbli u lkoll irridu nghaddu minnha.  Izda bla dubbju, id-differenza netta bejn il-vitalita’ ta’ ziemel jigri jahraq l-art ta’ tahtu, simbolu ta’ hajja, li jghaddi f’tebqa t’ghajn, ghal figura ma ticcaqlaqx, bla hajja, izzid il-kuntrast bejn is-sbuhija tal-hajja u l-kruha tal-mewt.


Izda fl-ahhar mill-ahhar il-hajja tirbah dejjem.  U anki f’cirkostanzi bhal dawn, ghalkemm bla dubbju huma ta’ niket, nibqghu nemmnu fil-hajja, kemm ghall-bnedmin kif ukoll ghall-annimali, u nharsu l-quddiem b’tama u kuragg – jekk mhux haga ohra, dawn l-okkazjonijiet jikkonfermaw aktar u jghinuna napprezzaw is-sbuhija tal-hajja.


Nawgurawlkom laqgha eccitanti nhar il-Hadd li gej.