Saturday 13th October 2012
It-43 u l-44 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – it-12 u l-14 t’Ottubru

minn Magnat


Zewg laqghat ta’ tigrijiet se jinzammu fil-korsa tal-Marsa f’dan it-tmiem il-gimgha, bl-ewwel wahda tkun nhar il-Gimgha b’bidu fis-7pm, filwaqt li l-laqgha li jmiss tinzamm il-Hadd bl-ewwel tigrija mistennija tibda’ fis-2pm.


Kull laqgha se tikkonsisti fi tmien tigrijiet kollha fuq distanza ta’ 2,140m, li huma ddedikati ghall-Kampjonat jew Condition Races tal-Harifa Cassar Petroleum, hlief ghal tigrijiet “normali” tal-klassi Premier.


L-attrazzjoni principali ta’ dawn il-laqghat huma zewg semi-finali mill-Kampjonat tal-Harifa ghall-klassi Premier, li se jinzammu wahda l-Gimgha u l-ohra l-Hadd, b’kull wahda jkollha 12-il participant miktub fiha.


Is-semi-finali ta’ nhar il-Gimgha tinkludi numru ta’ rebbieha ta’ kampjonati tal-passat bhal Zilver Boko (ir-rebbieh tat-Tazza Sette Giugno ta’ din is-sena), Major Chaleonnais (rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier tal-2011) u Mont Cenis Honey u Joker de Choisel (rebbieha tal-Prix de Vincennes fil-passat).


Insibu wkoll rebbieha tal-heats Celebrity Photo u Maximal Value, bil-bqija taz-zwiemel ikunu wkoll ferm validi, cioe’ Count of Life, Shakira Trot, Nuper, Night Inlet, kif ukoll iz-zwiemel relattivament godda Oncle Sam u ST Andrew L.B.


Is-semi-finali ta’ nhar il-Hadd tinkludi wkoll tlett rebbieha ta’ kampjonati tal-passat, cioe’ r-rebbieh tat-Tazza VOB ta’ din is-sena Label Chouan, u zewg rebbieha ta’ diversi kampjonati fl-ahhar snin, Livi Cantona u Think Yatzee.  Dan ta’ l-ahhar gej minn rebha fil-heats, filwaqt li Label Chouan u Livi Cantona ppjazzaw fit-tieni post ftit ‘il boghod mir-rebbieh fil-heat rispettiva taghhom.


Il-bqija taz-zwiemel jinkludu tnejn ohra li spiccaw fit-tieni post fil-heats, Sultan November u Troy Boshoeve, flimkien mal-partecipanti qawwija l-ohra, cioe’ Op Le Cosseen, Nelson du Val, Max d’Avignere, Veikko Hornline, Noble d’Ete, Quipo de Billeron u Matrix Reloaded.


It-tigrija normali tal-klassi Premier tara 14-il partecipant, li xejn inqas minn 9 minnhom se jkunu qed jaghmlu r-ritorn taghhom wara assenza ta’ bejn 3 u 9 xhur u se jkun interessanti naraw liema minn dawn iz-zwiemel tat-trott gawdew l-aktar minn dan il-perjodu twil ta’ mistrieh.  Erba’ zwiemel, cioe’ Bonus Kall, Versace Boko, Gjedu du Louvre u Arnie Sensation diga’ kkompetew f’Settembru u jkunu qed ifittxu forma ahjar wara li gew eliminati mill-heats tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum.


Ghandna wkoll id-debuttant Daniz ta’ tmien snin Mars li huwa miktub bl-oghla numru ta’ punti ghal debuttant u li ghandu rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,917,059 u l-ahjar hin ta’ 1’11’7 fil-kilometru fuq distanza ta’ 1,609m.  Dan iz-ziemel ghandu esperjenza ta’ tigrijiet f’diversi pajjizi, inkluz id-Danimarka, Franza u l-iSvezja.


It-tlett semi-finali tal-klassi Gold huma komposti minn 13 u 14-il partecipant, b’hafna minnhom diga’ ghamlu isem tajjeb din is-sena, jew gejjin minn prestazzjonijiet promettenti jew ghadhom kif gew relegati mill-klassi Premier.


Dawn jinkludu zwiemel bhar-rebbieh tal-Prix de Cabourg Ollico Pellois (li qed jirritorna wara l-waqfa tas-sajf tieghu), Pinekiller, Cassius Hall u ohrajn li sa dan l-ahhar kienu qed jigru fil-klassi Premier, Netter Williams, Pouvoir Magique, Energy Launcher, Novak, Lovely Mab u Oscar du Meu, li diga’ rebhu jew ippjazzaw minn Settembru ‘l hawn u z-zwiemel l-ohra li huma kollha estremament validi.


L-iSvedizi Jerry Eme u Umbra Hornline u z-ziemel tat-trott Franciz Orion du Lys huma miktuba biex jaghmlu d-debutt taghhom fis-semi-finali tal-klassi Gold.


Il-bqija tat-tigrijiet huma hames semi-finali ghall-klassi Silver bl-ewwel zewg zwiemel minn kull wahda jikkwalifikaw ghall-finali, tlett semi-finali tal-klassi Bronze bl-istess numru ta’ zwiemel li jikkwalifikaw u zewg semi-finali tal-klassi Copper bl-ewwel tlieta minn kull wahda jikkwalifikaw ghall-finali tal-Condition Race partikolari.


L-iSvediz Carlos Primero se jaghmel id-debutt tieghu fil-klassi Silver.


Favoriti, outsiders, min se jkunu l-protagonisti?  Probabbli se jkun hemm tahlita bejniethom, izda bhal dejjem, l-incertezza hija wahda mill-akbar attrazzjonijiet tat-tigrijiet taz-zwiemel, bir-rizultati jizvolgu quddiem ghajnejn l-ispettaturi matul il-laqgha rispettiva.


L-ahhar laqgha


Fit-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd li ghadda, Candy Fantasy ha vantagg bikri li zamm matul it-tigrija kollha minkejja l-attakki taz-zwiemel ta’ warajh.  Fl-ahhar huwa kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu b’aktar minn zewg tulijiet minn Knockout Molar segwit minn Oscar de la Vallee u Gentle Way.  Ir-rebbieh irregistra hin ta’ 1’16’7 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,140m.


Fis-semi-finali Cassar Petroleum tal-klassi Gold, No Comprendo ha l-ewwel rebha tieghu dan l-istagun, meta mar quddiem madwar 300m mit-tmiem u spicca bejn wiehed u iehor tul quddiem Hulot, Paradis du Lupin u Quebec, f’hin ta’ 1’17’0 fil-kilometru.  No Comprendo u Hulot ghaddew ghall-finali.


It-tieni semi-finali pprovdiet tmiem mill-aqwa wara sprint eccellenti ta’ kemm Ygor of Pass kif ukoll Newman.  Il-“photo-finish” ta r-rebha lil ta’ l-ewwel b’imnieher jifred iz-zewg zwiemel fl-aqwa hin kongunt tal-laqgha ta’ 1’16’4 fil-kilometru.  Dawn iz-zewg zwiemel ghaddew ghall-finali.  Milano du Gite u Magnific As spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.


Id-dritta tat-tmiem kienet ukoll il-fazi determinanti tal-unika tigrija tal-klassi Silver, b’Socrates jaghmel sprint tajjeb biex imur quddiem f’nofs id-dritta u jibqa’ sejjer biex jikseb it-tieni rebha stagjonali tieghu fl-aqwa hin kongunt tal-laqgha ta’ 1’16’4 fil-kilometru.  Iz-ziemel li spicca fit-tieni post Kapro Wareco kkwalifika wkoll ghall-finali, filwaqt li Prao de Bussy u Notice As spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.


Fit-tigrija tal-galopp tal-klassi A fuq distanza ta’ 1,750m, Timolin ha kmant bikri li zamm matul il-bicca l-kbira tat-tigrija, izda huwa ma seta’ jaghmel xejn kontra l-attakk ta’ Cheeky Jack fid-dritta tat-tmiem, b’dan tal-ahhar jikseb it-tielet rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu, zewg tulijiet qabel l-istess Timolin, b’Wildnis tispicca fit-tielet post.


Ir-rebbieha l-ohra kienu Donna Giant (l-ewwel rebha f’Malta) u Law Suit (it-tielet rebha stagjonali) fil-klassi Bronze u Esmeralda Run (fit-tielet rebha stagjonali u f’Malta) fil-klassi Copper.


Lezzjonijiet fuq ir-regolamenti aggornati


Matul l-ahhar sentejn sar hafna xoghol mill-Malta Racing Club biex jigu aggornati r-regolamenti tieghu.  Issa li r-regolamenti gew prattikament finalizzati, bdew jigu organizzati kull nhar ta’ Hamis ghall-gimghat li gejjin, lezzjonijiet li fihom l-aspetti ewlenin ta’ dawn ir-regolamenti jigu spjegati lis-sewwieqa fi gruppi zghar.


Naturalment dawn il-lezzjonijiet huma ferm importanti biex jizguraw li s-sewwieqa kollha jifhmu sewwa r-regolamenti aggornati li tahthom se jitmexxew it-tigrijiet mill-istagun li jmiss.


Il-Kampjonat tal-Harifa


Bilkemm nista’ nemmen, izda diga’ dhalna fl-ahhar tlett xhur tas-sena.  Zmien tas-sena mill-isbah ghat-tigrijiet, bit-temperaturi tipikament ikunu la shan u lanqas kiesha z-zejjed.


Insibu l-ewwel kampjonat prestigjuz tat-tieni fazi tal-istagun – il-Kampjonat tal-Harifa, li huwa sponsorjat mill-gdid minn Cassar Petroleum.


F’diversi pajjizi Ewropej insibu kampjonat jew finali li jiccelebra l-istagun tal-Harifa izda dan huwa zieda relattivament ricenti fil-kalendarju tat-tigrijiet f’Malta.


Iz-zmien dejjem kien strett wisq meta l-istagun kien jibda’ madwar Ottubru u anki fi snin aktar ricenti, dan iz-zmien dejjem qisu kien jikkunfliggi ma’ xi hag’ohra!


Daqqa l-kampjonati tal-Francizi li kienu jibdew kmieni jew l-ewwel edizzjoni tal-kampjonat ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi fl-2008 jew il-korsa maghluqa ghal xogholijiet infrastrutturali kbar fl-2009, dejjem kien qisu hemm xi haga fin-nofs!


Izda finalment, dan il-kampjonat beda fl-2010, speci ta’ kontro-bilanc ghat-Tazza l-Kbira fit-tieni nofs tas-sena:  kampjonat ghal zwiemel tat-trott tan-nazzjonalitajiet kollha bi gran finali riservata ghall-klassi Premier u “condition races” ghall-klassijiet l-ohra.


Id-Dragonara Casino kienu l-isponsors ta’ dik l-edizzjoni li, bhat-Tazza l-Kbira, ngriet fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m.  Il-condition races tal-klassijiet l-ohra ngrew fuq id-distanza ferm twila ta’ 3,140m.


Sentejn biss ghaddew minn dak iz-zmien izda fil-kuntest tat-tigrijiet taz-zwiemel dak mhux zmien qasir – Ready Cash kien ghadu lanqas rebah l-ewwel Prix d’Amerique tieghu!


Wara l-heats, is-semi-finali tal-klassi Premier kienu nzammu fl-24 t’Ottubru.  L-ewwel wahda ntrebhet minn Kakisis segwit minn Think Yatzee, b’Mica Bonero jittrijonfa quddiem Play on Me fit-tieni wahda.  Dawn iz-zwiemel kienu mistennija jkunu protagonisti fil-finali wkoll.


Atmosfera mill-isbah irrenjat fil-korsa tal-Marsa fil-gurnata tal-finali l-Hadd 7 ta’ Novembru 2010.  Sfortunament Lipouz Lesmelchen u Think Yatzee, zewg protagonisti potenzjali, gew skreccjati qabel it-tigrija.


Ghalhekk, il-finalisti li kien fadal, sitt Francizi, Norvegiz u Svediz, kienu:  Lou Petiot, Mica Bonero, Kain Poifond, Play on Me, Land Havaroche, My Red Force, Label Pont Vautier u Kakisis.


Kain Poifond ha kmant bikri minn Mica Bonero u Label Pont Vautier.  Play on Me u Kakisis ziedu l-velocita’ taghhom fil-bidu tal-ahhar dawra, b’ta’ l-ewwel jidhol fid-dritta tat-tmiem fuq quddiem.


F’dan l-istadju l-folla kollha kienet bil-wieqfa ssegwi l-isfida spettakolari bejn dawn iz-zewg zwiemel ta’ quddiem.  Fl-ahharnett ittrijonfa Kakisis, li kiseb ir-raba’ rebha konsekuttiva tieghu (1’16’7 fil-km), b’madwar tul u nofs quddiem Play on Me, segwit minn Lou Petiot u Land Havaroche.


Kakisis imbaghad ikkonsolida postu fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta ftit xhur wara meta rebah l-edizzjoni tal-2011 tat-Tazza l-Kbira.


Is-sena l-ohra, il-Kampjonat tal-Harifa gie sponsorjat minn Cassar Petroleum, bhal ma hu l-kaz din is-sena.  Id-distanza issa saret dik kurrenti ta’ 2,140m, fi sforz biex jinholoq kuntrast mad-distanza tat-tigrija tat-Tazza l-Kbira u mad-distanza wzata fl-ahhar kampjonati tas-sena.


Il-kampjonat kien success kbir iehor b’folla kbira tattendi il-gurnata tal-finali.  Ir-rebha fil-klassi Premier marret ghall-protagonist tas-sena l-ohra Livi Cantona f’tigrija ohra eccitanti, izda se nhallu dik l-istorja ghal darb’ohra.


Issa nduru ghall-prezent; niccelebraw Kampjonat iehor tal-Harifa Cassar Petroleum.  Qed naraw kampjonat iehor eccitanti, bi sfidi mill-aqwa li ghandhom iwasslu ghall-ghazla tal-finalisti u finali ohra memorabbli li tinkuruna r-rebbieh ta’ din is-sena.


Nawgurawlkom zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.