Sunday 21st October 2012
Il-45 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – il-21 t’Ottubru

minn Magnat


Laqgha ohra tat-tigrijet taz-zwiemel se tinzamm fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-2pm.  Ghandna tmien tigrijiet fil-programm, li sebgha minnhom huma ghal zwiemel tat-trott u l-ohra ghal zwiemel tal-galopp.


It-tigrijiet kollha huma fuq distanzi sprint, biz-zwiemel tat-trott jigru fuq id-distanza ta’ 1,640m, filwaqt li dawk tal-galopp jikkompetu fuq 1,250m.


Wara diversi tigrijiet mill-kampjonat Cassar Petroleum li nzammu f’dawn l-ahhar gimghat, nirritornaw ghal programm ta’ tigrijiet “normali” qabel it-tmiem il-gimgha ta’ finali l-gimgha d-diehla.


It-tigrija tal-klassi Premier tara diversi zwiemel tat-trott li ppartecipaw fil-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum, li numru minnhom rebhu jew ippjazzaw f’tigrijiet dan l-ahhar, bhal Chaco Bar, Sultan November, Oscar de la Vallee, Oncle Sam u Gentle Way.


Mustang du Don, Nagano Phedo u Nick de Touchyvon jaghmlu r-ritorn taghhom wara nuqqas ta’ diversi xhur, filwaqt li l-iSvedizi Baron Flax u Simb Mark huma miktuba biex jaghmlu d-debutt taghhom. 


It-tigrija tal-klassi Gold hija daqstant interessanti, meta tghaqqad flimkien zwiemel li jinsabu fuq l-ghatba tal-klassi Premier.  Hafna minnhom kienu qed itellqu fil-klassi Premier dan l-ahhar u jerghu jigu promossi f’dik il-klassi, b’rebha jew f’xi kazijiet anki bi pjazzament tajjeb.


Zwiemel li ppjazzaw tajjeb dan l-ahhar jinkludu lil Energy Launcher (zewg pjazzamenti fit-tielet post fl-ahhar 3 tigrijiet tieghu), Naja In Blue (it-tielet fl-ahhar tigrija tieghu) u Ouragan d’Any (li spicca fit-tieni post f’tigrija tal-klassi Premier xi xahar ilu).


Iz-zewg tigrijiet tal-klassi Silver bhas-soltu huma ferm ibbilancjati.  Nasdaq du Closet u Zerbin rebhu matul l-ahhar xahar, filwaqt li zwiemel bhal Olympio des Loyaux, Ostheo d’Havetot, Prince Feulavoir, Marco Barbes u Lonestar Somolli hadu pjazzamenti tajba, ghalkemm xi whud minnhom rebhu jew ippjazzaw fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.  Se jkun ukoll interessanti nsegwu l-forma ta’ diversi zwiemel li qed jirritornaw ghat-tigrijiet wara nuqqas ta’ diversi xhur.


Il-bqija tat-tigrijiet tat-trott huma tnejn ghall-klassi Bronze u wahda ghal zwiemel tal-klassi Copper.


Fit-tigrija tal-galopp tal-klassi A naraw sitt zwiemel gejjin mill-Germanja, l-Irlanda, l-Italja u r-Renju Unit.  Interessanti ninnuntaw li wara nuqqas ta’ debuttanti tal-galopp matul dawn l-ahhar erba’ xhur, ghandu jkollna l-opportunita’ li naghtu merhba lil zewg debuttanti, cioe’ Four Richer (Renju Unit) u Royal Fleece (Italja). 


Timolin, li gej minn zewg pjazzamenti fit-tieni post, huma miktub biex jigri, Privildged Boy u Marivan huma mistennija jaghmlu r-ritorn taghhom wara nuqqas ta’ seba’ xhur, filwaqt li Honey Moon huwa mistenni jfittex forma ahjar minn dik li wera fl-ahhar tigrija tieghu.


Ghadda ftit zmien mhux hazin minn mindu rajna t-tigrijiet tat-trott jingrew fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m.  Apparti li jzid il-varjeta’, dan jaghti l-opportunita’ lill-ispecjalisti tal-isprint biex jibbrillaw fuq id-distanza favorita taghhom, filwaqt li jiffavorixxi l-velocita’ u hinijiet tajbin u jgieghel iz-zwiemel u s-sewwieqa taghhom jkunu attenti matul it-tigrija kollha, minhabba d-diffikulta’ li jirkupraw minn kwalunkwe zball fuq distanza daqshekk qasira.


L-ahhar laqghat


It-tigrijiet ewlenin matul iz-zewg laqghat li nzammu fl-ahhar tmiem il-gimgha kienu z-zewg semi-finali mill-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,140m. 


Shakira Trot u Zilver Boko kienu z-zwiemel ta’ quddiem fl-ewwel fazi tas-semi-finali ta’ nhar il-Gimgha, izda Mont Cenis Honey mar quddiem madwar dawra mit-tmiem u zamm il-kmant tat-tigrija sat-tmiem minkejja l-attakk b’sahhtu ta’ Zilver Boko li spicca nofs tul warajh.  Mon Cenis Honey irregistra t-tieni rebha konsekuttiva u stagonali f’hin eccellenti ta’ 1’14’8 fil-kilometru, b’Zilver Boko, Count of Life, Shakira Trot, Celebrity Photo u Maximal Value jkunu z-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw f’dik l-ordni.


Fis-semi-finali ta’ nhar il-Hadd, kien Veikko Hornline li ha kmant bikri, izda fl-ahhar nofs dawra huwa sofra l-attakk ta’ diversi zwiemel, b’Think Yatzee jiehu l-kmant f’nofs id-dritta tat-tmiem u jirbah b’anqas minn nofs tul mill-istess Veikko Hornline, bi Troy Boshoeve, Matrix Reloaded, Livi Cantona u Noble d’Ete jsegwuhom fil-kwalifikazzjoni ghall-finali.  Din kienet it-tielet rebha stagjonali u t-tieni wahda konsekuttiva ghal Think Yatzee, f’hin ta’ 1’15’9 fil-kilometru. 


Nhar il-Hadd ukoll kellna wkoll tigrija tal-klassi Premier “normali” li fiha Oros de Reve ha kmant bikri ta’ madwar tul fuq iz-zwiemel l-ohra, u zamm fuq quddiem sal-bidu tad-dritta tat-tmiem, meta d-debuttant Daniz Mars faqqa attakk qawwi li wasslu biex imur fuq quddiem u jirbah fid-debutt tieghu bi kwazi tul u nofs mill-istess Oros de Reve, segwit minn Skip Dimanche u Versace Boko.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’15’8 fil-kilometru.


Fis-semi-finali tal-Cassar Petroleum Condition Race ghall-klassi Gold, rajna l-ewwel lil Ollico Pellois jikseb it-tielet rebha tieghu tal-istagun, meta mar fuq quddiem fil-bidu tad-dritta tat-tmiem u rebah bi kwazi zewg tulijiet miz-ziemel l-iehor li kkwalika cioe’ Orion du Vaumicel, f’hin ta’ 1’16’8 fil-kilometru.  Energy Launcher u Pinekiller hadu l-pjazzamenti l-ohra f’dik l-ordni.


Attakk decisiv fl-ahhar nofs dawra ra lil Netter Williams imur quddiem fis-semi-finali li kien imiss ghall-klassi Gold u dan baqa sejjer biex ha t-tielet rebha stagjonali u t-tieni wahda konsekuttiva b’madwar tul u nofs miz-ziemel l-iehor li kkwalifika, Baron GL, fl-ahjar hin tal-laqgha ta’ nhar il-Hadd u l-aqwa hin personali assolut ghal dan iz-ziemel ta’ 1’15’7 fil-kilometru.  Naja In Blue u Podium spiccaw fit-tielet u fir-raba post rispettivament.


L-ahhar semi-finali tal-klassi Gold rat dwell interessanti fid-dritta tat-tmiem bejn Ozerio u Keeping Quality.  Finalment kien ta’ l-ewwel li rregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’hin ta’ 1’16’1 fil-kilometru, b’madwar zewg tulijiet minn Keeping Quality li wkoll ghaddiet ghall-finali. Okir de Leau u Side Spin spiccaw fit-tielet u r-raba post rispettivament.


Ir-rebbieha l-ohra kienu Pilote de Nganda (l-ewwel rebha f’Malta), Black Guy (it-tieni rebha stagjonali), Kandy du Frutier (l-ewwel rebha stagjonali), Orio de Marancourt (ir-raba’ rebha konsekuttiva u stagjonali) u Lucas Ness (l-ewwel rebha stagjonali) fil-klassi Silver, Hawkear (l-ewwel rebha stagjonali), Noli de Marray (it-tielet rebha stagjonali) u Marchallah (it-tieni rebha stagjonali) fil-klassi Bronze u Mirage d’Ete u Ksar (it-tnejn fl-ewwel rebha stagjonali taghhom) fil-klassi Copper.


Unur Sewwieq tax-Xahar


L-unur tas-sewwieq tax-xahar ghal Settembru intrebah minn Charlo Debono abbazi taz-zewg rebhiet li rregistra fuq Major Chaleonnais u Zerbin u tlett pjazzamenti, tnejn fuq King Boy du Dane u l-iehor fuq l-imsemmi Major Chaleonnais, mis-sitt tigrijiet li kkompeta fihom ix-xahar li ghadda.


Prosit tassew Charlo!  Grazzi hafna wkoll lil Pegasus Bar & Bistro li taw is-support taghhom ghal dan l-unur billi sponsorjaw l-edizzjoni ta’ Settembru. 


Registrazzjoni ta’ Ggieget


Il-Malta Racing Club bhalissa qed jitlob is-sewwieqa u l-gerrejja sabiex jirregistraw il-gaggetta li biha jippartecipaw fit-tigrijiet kif ukoll il-kuluri taghha.  Din ir-registrazzjoni trid issir sal-ahhar ta’ dan ix-xahar.


Id-debuttanti fl-2012


Issa li diga’ ninsabu f’nofs Ottubru, huwa xieraq li naghtu daqqa t’ghajn lejn il-profil tad-debuttanti ta’ din is-sena.


Sal-ahhar laqgha, 176 ziemel tat-trott gdid kienu ddebuttaw din is-sena.  Dan huwa anqas mill-livelli milhuqa fl-ahhar sentejn, meta sa dan l-istadju tal-istagun in-numru ta’ debuttanti kien diga’ lahaq 213 is-sena l-ohra u 200 fl-2010.


Madankollu dak ta’ din is-sena huwa wkoll numru tajjeb u dan diga’ jaqbez ic-cifri li kienu jintlahqu f’sena shiha fis-snin sal-1996 (hlief ghall-1992 li kienet sena straordinarja).


101 minn dawn id-debuttanti huma Francizi, li jfisser madwar 57.4% tad-debuttanti ta’ din is-sena s’issa. Madwar 33.7% taz-zwiemel tat-trott godda Francizi kellhom 9 snin, 32.7% kellhom 10 snin u madwar 23.8% kellhom 11-il sena.  Ghalhekk dawn it-tlett etajiet tawna ‘il fuq minn 90% taz-zwiemel tat-trott godda Francizi. Il-madwar 10% l-ohra kienu maqsuma bejn dawk ta’ 6, 8 u 12-il sena.


Id-debuttanti Svedizi ammontaw ghal 48 jew 27.3% tat-total kurrenti (interessanti ninnutaw li Franza u l-iSvezja flimkien tawna kwazi 85% tad-debuttanti kollha s’issa).  Dawk ta’ 9 u 10 snin kienu l-aktar numeruzi anki f’dan il-kaz, biz-zwiemel ta’ 9 snin jammontaw ghal madwar 29.2% u dawk ta’ 10 snin 22.9% tat-total Svediz.  Iz-zwiemel ta’ 7 snin ammontaw ghal 20.8%, bis-27.1% li fadal jinqasam bejn zwiemel ta’ 4, 6, 8 u 11-il sena.


Id-Danimarka tokkupa t-tielet post bi tmien debuttanti tat-trott (jew 4.5% tat-total), segwita mill-Germanja b’5 (jew 2.8%).  Iz-zwiemel ta’ seba’ u disa’ snin (3 kull wiehed) kienu l-aktar popolari fost id-Danizi, filwaqt li dawk ta’ tmien snin (3 wkoll) kienu l-aktar popolari fost il-Germanizi.


L-14 il-ziemel li jifdal (8% tat-total) huma maqsuma bejn 6 pajjizi, cioe’ l-Olanda (4), l-Finlandja u l-Italja (3 kull wiehed), l-Istati Uniti (2) u l-Belgju u n-Norvegja (wiehed kull wiehed).


L-aktar klassijiet popolari fost id-debuttanti kienu l-klassijiet Gold u Silver flimkien b’madwar 32.4% ta’ zwiemel godda jaghmlu d-debutt taghhom f’kull wahda minnhom, segwiti mill-klassi Premier b’madwar 27.8%.  Qabza kbira imbaghad twassal ghall-klassi Bronze b’madwar 6.3% tad-debuttanti u l-klassi Copper b’madwar 1.1%.


Id-debuttanti tal-galopp kienu ftit hafna din is-sena, anki meta wiehed iqabbilhom ma’ dawn l-ahhar snin meta wkoll ma kienux tant numeruzi.  S’issa dawn ammontaw biss ghal 8, bi tlieta gejjin mill-Irlanda u 2 mill-Gran Brettanja u l-bqija jkunu wiehed kull wiehed minn Malta (din hija rarita’ li ta’ min wiehed jiehu nota taghha), l-iSvezja u l-iStati Uniti.


Id-debuttanti tal-galopp huma maqsuma f’hamsa ta’ 4 snin, tnejn ta’ 5 snin u wiehed ta’ 3 snin.


Minghajr dubbju ta’ xejn, s’issa d-debuttanti ta’ din is-sena kienu inqas numeruzi milli kienu fl-ahhar ftit snin, rigward zwiemel tat-trott u anki aktar f’dawk tal-galopp.  Min jaf jekk dawn jirpiljawx fl-ahhar xahrejn  tal-istagun, biex iwasslu ghal numri finali aktar rispettabbli.


Nawgurawlkom laqgha eccitanti ohra fi tmiem din il-gimgha.