Saturday 27th October 2012
Is-46 u 47 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – is-26 u 28 t’Ottubru

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha, l-ewwel wahda nhar il-Gimgha tibda’ fis-7pm, u mbaghad il-Hadd bl-ewwel tigrijiet tibda’ fis-1.30pm.  Se jkollna tmien tigrijiet kollha tat-trott f’kull programm.


L-attrazzjonijiet ewlenin ta' dawn iz-zewg laqghat huma hames finali mill-aqwa ghall-klassijiet kollha tat-trott fuq distanza ta' 2,140m ghall-Kampjonat tal-Harifa u Condition Races Cassar Petroleum. Il-bqija tat-tigrijiet "normali" huma fuq id-distanza sprint ta' 1,640m.


L-iktar tigrija mistennija ta' dan it-tmiem il-gimgha hija bla dubbju l-finali ghal zwiemel tal-klassi Premier li tinzamm nhar il-Hadd.


Il-lista shiha tal-partecipanti (9 zwiemel imsewwijin, 2 stalljuni u debba wahda) li joriginaw mill-Finlandja, Franza, l-Germanja, l-Olanda u l-iSvezja hija kif gej:
1.  Zilver Boko, Olandiz ta’ 6 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK235,743 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru.  Huwa rebah sitt darbiet u ppjazza sitt darbiet ohra (qatt taht it-3 post) fit-12-il tigrija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin fostna ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m.
2.  Shakira Trot, Svediza ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,477,200 u l-ahjar hin ta’ 1’12’0 fil-kilometru.  Hija kisbet zewg rebhiet u pjazzament mill-hames tigrijiet taghha f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m.
3.  Veikko Hornline, Svediz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK642,150 u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha wahda u seba’ pjazzamenti (qatt taht it-3 post) minn 12-il tigrija f’Malta u l-ahjar hin fostna ta’ 1’14’8 fil-kilometru fuq 2,140m.
4.  Noble d’Ete, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro175,740 u l-ahjar hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza sitt darbiet minn 21 tigrija f’Malta u ghandu l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 2,640m. 
5.  Think Yatzee, Svediz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK2,796,286 u l-ahjar hin ta’ 1’11’6 fil-kilometru.  F’Malta huwa rebah 17-il darba u ppjazza 8 darbiet f’4 snin itellaq hawn u ghandu l-ahjar hin ta’ 1’13’3 fil-kilometru fuq 1,640m.  Huwara rebah diversi kampjonati f’Malta, inkluzi l-kampjonat ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi (3 darbiet), it-Tazza Sette Giugno, it-Tazza VOB ecc.
6.  Count of Life, Finlandiz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro29,437 u l-ahjar hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru.  Huwa kiseb 10 rebhiet u 39 pjazzament minn mindu ddebutta fl-2007 u l-ahjar hin ta’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 1,640m.  
7.  Livi Cantona, Svediz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK306,090 u l-ahjar hin ta’ 1’12’9 fil-kilometru.  Huwa ghandu 13-il rebha (inkluz il-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels, it-Tazza tal-President u l-VOB Grand Final ta’ Dicembru, kollha fl-2011) u 10 pjazzamenti minn mindu ddebutta f’Malta sentejn ilu bl-ahjar hin ta’ 1’14’7 fil-kilometru fuq 2,140m.
8.  Mont Cenis Honey, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro339,520 u l-ahjar hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru.  Huwa ghandu 6 rebhiet (inkluz il-Prix de Vincennes ta’ Dicembru 2010) u pjazzament mill-11-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin lokalment ta’ 1’14’8 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m. 
9.  Troy Boshoeve, Germaniz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ DNK875,380 u l-ahjar hin ta’ 1’14’7 fil-kilometru.  Huwa kiseb 8 pjazzamenti mit-18-il tigrija tieghu f’pajjizna bl-ahjar hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru fuq 2,140m. 
10.  Matrix Reloaded, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,774,218 u l-ahjar hin ta’  1’12’3 fil-kilometru.  Huwa ppjazza 3 darbiet mill-5 tigrijiet tieghu f’Malta s’issa u ghandu l-ahjar hin fostna ta’ 1’16’1 fil-kilometru fuq 2,140m.
11.  Maximal Value, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,769,409 u l-ahjar hin ta’ 1’12’1 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha wahda u pjazzamenti wiehed mis-6 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’4 fil-kilometru fuq 2,140m. 
12.  Celebrity Photo, Svediz ta’ 10 year old, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro194,683 u l-ahjar hin ta’  1’13’3 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha wahda mit-3 hargiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’15’1 fil-kilometru fuq 2,140m.


Bi kwazi 60 rebha u 90 pjazzament bejniethom u b’tahlita ta’ veterani u zwiemel relattivament godda bi kwazi kollha kemm huma jkollhom l-ahjar hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru jew ahjar, ghandna garanzija ta’ finali mill-aqwa.


Il-finali tal-klassi Gold tinkludi wkoll diversi zwiemel tat-trott ta’ profil oghli.  F’etajiet ta’ 7 and 11-il sena dawn ghandhom 8 rebhiet u hafna pjazzamenti bejniethom dan l-istagun.  Kwazi l-finalisti kollha ghandhom l-ahjar hin din is-sena ta’ 1’16’5 fil-kilometru u ahjar.


Hames Francizi, tlett Svedizi, Daniz u Olandiz, il-lista shiha ta’ zwiemel hija: Ygor of Pass, Newman, Ollico Pellois,Ozerio, Keeping Quality, Baron G.L., Netter Williams, No Comprendo, Orion du Vaumicel u Hulot.


Il-finalisti tal-klassi Silver ghandhom etajiet ta’ bejn 7 u 15-il sena.  Huma diga’ rregistraw 12-il rebha flimkien ma’ numru tajjeb ta’ pjazzamenti bejniethom u kwazi kollha ghandhom l-ahjar hin din is-sena ta’ 1’17’4 fil-kilometru jew ahjar.


Seba’ Svedizi, 4 Francizi u Germaniz, il-lista shiha taz-zwiemel hija: Lass John, Pampero Maybe, Socrates, Simb From Abroad, Kapro Wareco, Rally Samb, Lucas Ness, Black Guy, Kandy du Frutier, Pilote de Nganda, Orio de Marancourt u Julian Port.



Iz-zwiemel tal-klassi Bronze rebh xejn inqas minn 14-il tigrija bejniethom dan l-istagun apparti minn pjazzamenti numeruzi u hafna minnhom ghandhom l-ahjar hin din is-sena ta’ 1’17’3 fil-kilometru jew ahjar, cioe’ simili ghall-ahjar hinijiet tal-finalisti tal-klassi Silver.  L-etajiet tal-partecipanti jvarjaw bejn 8 u 15-il sena u gejjin mill-iSvezja (hamsa), Franza (erbgha) u d-Danimarka (wiehed).


Il-lista shiha hija:  Emil Brebro, Noli de Marray, Marchallah, Ingo Moon, Hawkear, Syllabub, Napol de Mai, Law Suit, Donna Giant u One Fouteau.


Iz-zwiemel tal-klassi Copper jinkludu l-akbar varjeta’ ta’ etajiet tal-finali, bjen 4 u 16-il sena.


Seba’ finalisti gejjin mill-iSvezja u tnejn minn Franza, li diga’ rebhu hdax-il darba (u ppjazzaw diversi drabi) bejniethom din is-sena, filwaqt li kollha ghandhom l-aqwa hin f’dan l-istagun ta’ 1’18’5 fil-kilometru jew ahjar.  Il-lista shiha hija:  Malta Sara B, Orasi Index, Esmeralda Run, Jet Starline, Dandy, Mirage d’Ete, Verdi Broline, Ksar u Kung Fjalar.


Il-bqija tat-tigrijiet huma kollha tigrijiet sprint li jipprovdi daqstant eccitament u ahna kollha anzjuzi li naraw aktar hinijiet tajba bhal ma kellna l-gimgha l-ohra.


Wahda minn dawn hija tigrija normali tal-klassi Premier bi tlettax-il partecipant, inkluzi zewg zwiemel gejjin minn rebha fl-ahhar tigrija taghhom, cioe’ Candy Fantasy u Marsa, ir-rebbieh tat-Tazza VOB Label Chouan u numru ta’ zwiemel ohra popolari li qed iffixu li juru forma ahjar minn dik li wreh fl-ahhar hargiet taghhom.  Se jkun interessanti naraw liema zwiemel juru preferenza netta ghal din id-distanza mill-aktar qasira.


F’dawn it-tigrijiet ghandna miktuba biex jiddebuttaw dawn iz-zwiemel godda:  Eject (SE), Nectar de Bootz (FR) u Opus de Feline (FR) fil-klassi Gold u Count Wiesnievski (SE) fil-klassi Silver.


Laqghat ta’ finali huma dejjem eccitanti u meta wiehed izid l-attrazzjoni l-ohra tal-hinijiet veloci li tipikament nassocjaw mat-tigrijiet spint, nistennew zewg laqghat li jipprovdu briju mill-aqwa!


L-ahhar laqgha


Id-distanza sprint ta’ 1,640m ppromettiet hinijiet veloci u tassew ma ddizappuntatx!


Tabilhaqq, kellna zewg hinijiet ta’ 1’14’0 fil-kilometru, li huma l-aqwa hinijiet f’Malta dan l-istagun s’issa.


Wiehed minn dawn gie rregistrat fil-klassi Premier, fejn Target Player kellu l-aktar bidu veloci u zamm il-kmant sa bejn wiehed u iehor nofs it-tigrija, f’liema stadju, Sultan November mar fuq quddiem.


Madankollu madwar 400m mit-tmiem, I Pitstop attakka b’sahhtu, mar fuq quddiem u kien jidher li se jirbah it-tigrija, izda ftit metri biss mill-gister, huwa bidel il-pass u gie skwalifikat.  Ghalhekk ir-rebha marret ghal Oncle Sam, fl-ewwel rebha tieghu f’Malta fil-hin eccellenti ta’ 1’14’0 fil-kilometru, madwar zewg tulijiet quddiem Nitesco d’Anthony, segwit minn Nagano Phedo u Sultan November.


B’sorpriza, t-tieni l-aqwa hin stagjonali gie registrat fil-klassi Copper, fejn madwar tlett kwarti ta’ dawra mit-tmiem, Ariane A ziedet il-velocita’ taghha b’mod qawwi, marret quddiem u kompliet izzid il-vantagg taghha sat-tmiem, biex hadet it-tieni rebha stagjonali taghha b’aktar minn 10 tulijiet fil-medja ta’ 1’14’0 fil-kilometru li semmejna. Louise Wood, Luriga Liz u Rybo Patzie spiccaw wara r-rebbieha f’dik l-ordni, biex ikkrejaw ukoll rarita’ ohra ta’ 4 dwieb jokkupaw l-ewwel erba’ pjazzamenti.


Id-dritta tat-tmiem iddeterminat ir-rizultat tat-tigrija tal-klassi Gold, fejn ST Andrew LB mar fuq quddiem fil-bidu tad-dritta u ddomina lil dawk li kienu qed isegwuh sabiex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta madwar tul u nofs mid-debba li spiccat fit-tieni post Imbra d’Alfa, segwita minn Quid de la Muette u Quipo de Billeron.  Il-hin tar-rebbieh kien wiehed ukoll ferm tajjeb ta’ 1’14’4 fil-kilometru.


It-tigrijiet l-ohra tat-trott irrizultaw f’rebhiet ghal Icare de Jemma (l-hames rebha stagjonali) u Mr King (it-tieni rebha stagjonali) fil-klassi Bronze u Baronello (l-ewwel rebha stagjonali) u Lonestar Somolli (r-raba’ rebha stagjonali) li rebah l-iktar tmiem kumbattut tal-gurnata fil-klassi Silver.


Interessanti ninnunaw li kellna varjeta’ impressjonanti ta’ etajiet fost ir-rebbieha tat-tigrijiet, minn Ariane A li ghandha eta’ zghira ferm (5 snin) sa erba’ zwiemel ta’ 9 u 10 snin (ST Andrew LB, Baronello, Lonestar Somolli u Oncle Sam) ghal zewg veterani, Mr King u Icare de Jemma (ta’ 14 u 16-il sena rispettivament).


Fit-tigrija tal-galopp tal-klassi A, kien Marivan li ha kmant bikri fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m u huwa zammu sal-bidu tad-dritta tat-tmiem meta nqabez minn Timolin li baqa’ sejjer biex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu b’madwar tul u nofs mid-debuttant Four Richer, segwit minn Privilidged Boy.


L-importanza tar-regolamenti


Bhalissa, l-“judges” tal-Malta Racing Club qed jaghtu lezzjonijiet lis-sewwieqa biex jispjegaw l-aspetti ewlenin tar-regolamenti aggornati tat-tigrijiet.


Il-progett biex jigu aggornati dawn ir-regolamenti ha madwar sentejn biex jigi konkluz u dawn issa se jidhlu fis-sehh mill-bidu tal-istagun 2013.


Ma kienx zmien qasir, izda wiehed irid jiftakar ix-xoghol l-iehor li l-Malta Racing Club iwettaq regolarment, il-fatt li hafna xoghol isir minn voluntiera, n-natura dettaljata tar-regolamenti, l-bzonn li jigu kkonsultati r-regoli tal-UET, diskussjonijiet li kellhom isiru, ecc.


Madankollu dan ix-xoghol kollu huwa tassew ta’ siwi ghaliex ir-regolamenti fl-ahhar mill-ahhar jirregolaw il-kondotta tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.  Din hija xi haga li mad-daqqa t’ghajn tista’ tidher xi haga purament “legali” u li mhix ta’ importanza mmedjata ghas-sidien, trejners, sewwieqa ecc.


Izda dan certament mhux il-kaz.  Il-kontenut ta’ dawn ir-regolamenti jista’ jaghmel differenza bejn jekk tirbahx tigrija jew tigix skwalifikat, bejn li tikkwalifika ghal finali jew tinqabez, jiddeterminaw liema sustanzi medici huma projbiti, x’hini l-penalita’ ghal offiza partikolari ecc.


Id-decizjonijiet u azzjonijiet mehuda mill-awtoritajiet kompetenti (MRC, judges ecc) tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta huma bbazati fuq il-kontenut tar-regolamenti.


Mhux bilfors naqblu mar-regolamenti kollha, bhalma jista’ jkun ma naqblux mal-ligijiet kollha ta’ Malta.  Ahna kollha ghandna u ahna ntitolati ghall-opinjonijiet taghna, u ligijiet u regolamenti hafna drabi jkollhom jirregolaw materji kontroversjali.


Ghandha medicina partikolari tigi projbita jew le, ghandu ziemel jigi skwalifikat jekk jikkommetti azzjoni partikolari?  Kollha se jkollna l-opinjonijiet differenti taghna fuq jekk regola partikoarli hix gusta jew le, izda l-ezercizzju li sar kien intiz li johloq regoli gusti u sakemm regola partikolari tibqa’ fir-regolamenti rridu nsegwuha.


Fl-ahhar mill-ahhar sett ta’ regolamenti huwa kodici ta’ kondotta li jorbot il-membri kollha ta’ komunita’, fil-kaz taghna, l-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel.  Jekk regola partikolari tigi segwita minn xi whud mill-membri izda mhux minn kulhadd allura ssir ingusta; li tkun membru ta’ klabb jew socjeta’ jfisser li kollha kemm ahna nkunu obbligati li nsegwu r-regoli tieghu.


Dan jaghmilha ferm importanti li naqraw ir-regolamenti u nifhmu lilhom u l-implikazzjonijiet taghhom.


Huwa daqstant importanti li nattendu u nsegwu b’mod attent il-lezzjonijiet fuq ir-regolamenti li qed isiru mill-Malta Racing Club, li nistaqsu meta xi haga ma tkunx cara (u ma nistennewx sakemm nigu affettwati direttament minn regola partikolari meta jista’ jkun tard wisq biex nikkoregu dak li stajna ghamilna).


Persuni interessati huma wkoll mistiedna li jipprovdu l-kummenti taghhom fuq aspetti partikolari tar-regolamenti li jistghu jigu mtejjba.  L-ebda ligi jew regolament qatt m’hi perfetta u tista’ dejjem tigi mtejjba.


Li hu mportanti hu li meta niffurmaw l-opinjonijiet taghna fuq regolamenti partikolari, ma nikkunsidrawx biss is-sitwazzjoni partikolari taghna (jew taz-zwiemel taghna) u kif ir-regoli jistghu jiffavorixxu c-cirkostanzi taghna, izda minflok dak li hu sewwa u gust ghall-gid komuni.


Fl-ahhar mill-ahhar, dan l-ezercizzju pacenzjuz biex ir-regolamenti taghna jigu aggornati biex jirriflettu r-realta’ tal-lum se jkun kontribuzzjoni ohra zghira ghall-progress tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.
Jalla lkoll kemm ahna napplikaw dawn ir-regolamenti b’mod imparzjali u sportiv fl-ahjar interess tal-isport taghna.


Nawgurawlkom laqgha zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.