Monday 12th November 2012
Id-49 u l-50 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – id-9 u l-11 ta’ Novembru

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha, l-ewwel wahda nhar il-Gimgha tibda’ fis-7pm, u mbaghad il-Hadd bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.30pm. Iz-zewg laqghat jikkonsistu esklussivament minn tigrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m b’seba’ tigrijiet fil-programm tal-Gimgha u tmienja f’tal-Hadd.


Ghalkemm l-ebda kampjonat m’hu se jingera f’dawn il-laqghat, dawn jinkludi diversi attrazzjonijiet, l-aktar xejn inqas minn zewg tigrijiet tal-klassi Premier (wahda f’kull laqgha) u hames tigrijiet tal-klassi Gold (tlieta nhar il-Gimgha u tnejn il-Hadd).


It-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Gimgha tinkludi 15-il partecipant bi zwiemel gejjin minn prestazzjonijiet promettenti bhal Ollico Pellois (zewg rebhiet mill-ahhar tlett tigrijiet tieghu), Nagano Phedo (pjazzament tajjeb fl-ahhar tigrija tieghu) u mbaghad diversi zwiemel li qed ifittxu forma ahjar minn dik li wrew fl-ahhar gimghat.


Ghandna wkoll erba’ debuttanti, cioe’ l-Franciz Oltedo de Rieux u l-iSvedizi Baron Flax (li kien gie skraccjat darb’ohra), Opal Hall u Simb Tyrant.


Interessanti ninnutaw li fl-eta’ ta’ hames snin, l-istalljun Svediz Opal Hall huwa l-izghar ziemel tat-trott li qed jiddebutta fil-klassi Premier din is-sena. Rebbieh ta’ SEK569,000 permezz ta’ seba’ rebhiet u ghaxar pjazzamenti (sal-5 post) f’karriera ta’ 27 tigrija biss fl-iSvezja, ghandu l-aqwa hin ta’ 1’11’6 fil-kilometru registrat fuq distanza ta’ 1,640m is-sena l-ohra. L-aqwa prestazzjonijiet recenti tieghu, fl-ahhar tlett xhur tal-2011, kienu rebha, pjazzament fit-tieni post u pjazzament fit-tielet post, kollha fuq distanza ta’ 1,640m fil-koros ta’ Solvalla (darbtejn) u Romme.


It-tigrija tal-Hadd tipprezentalna lista shiha ta’ 16-il ziemel li hafna minnhom huma popolari ferm hawn Malta. Naraw ir-ritorn tar-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf tal-klassi Premier Milord Barbes, tar-rebbieh tal-Kampjonat Skyparks ghaz-Zwiemel tat-Trott Svedizi tal-klassi Premier Wiss Night Hawk u z-ziemel li spicca fit-tieni post fid-Dragonara Tazza l-Kbira Nuage de Bourgogne, wara xi xhur ta’ mistrieh, flimkien mar-rebbieh tat-Tazza VOB Label Chouan, ir-rebbieh ta’ dan l-ahhar Mars, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fit-Tazza Assikura Count of Life u diversi zwiemel ohra.


Tlett debuttanti huma miktuba biex jiddebuttaw f’din it-tigrija, cioe’ l-Franciz Orev de Reynard, il-Germaniz Superior As (skraccjat darb’ohra) u l-iSvediz Poppes Fighter.


Il-hames tigrijiet tal-klassi Gold fil-programmi ta’ dan it-tmiem il-gimgha jinkludu numru ta’ zwiemel popolari u f’forma tajba. Fost dan insibu lir-rebbieha ta’ dan l-ahhar Simb From Abroad (kampjonat tal-klassi Silver Cassar Petroleum), Ozerio, Side Spin, Ygor of Pass, Count Wiesnievski u Petrus du Vivier u hafna zwiemel li kienu qed itellqu fil-klassi Premier sa dan l-ahhar, bhal Quipo de Billeron, Max d’Avignere, Oscar de la Vallee, Night Inlet, Natif de Salvi, Nougat Voideen, Nick de Touchyvon, Niky du Donjon, Nuper, Chaco Bar u ohrajn.


Iz-ziemel tat-trott Amerikan Argus Hanover u l-Franciz Onyx Lucernais huma wkoll mistennija jiddebuttaw nhar il-Hadd fl-ahhar wahda minn dawn it-tigrijiet.


It-tigrijiet l-ohra huma hamsa ghall-klassi Silver (li fihom il-Francizi Quito du Reynard u Reve de l’Abbaye u l-iSvedizi Iatas Skid u Pat Boone, se jiddebuttaw, biex igibu t-total ta’ zwiemel godda miktuba biex jiddebuttaw fi tmiem din il-gimgha, ghal numru inkoragganti ta’ 13-il ziemel tat-trott), wahda ghall-klassi Bronze u zewg tigrijiet ghal zwiemel tal-klassi Copper.


B’xejn inqas minn seba’ tigrijiet ghall-klassijiet Premier u Gold bejn dawn iz-zewg laqghat, tigrijiet li jaraw fix-xena l-aqwa zwiemel taghna u dawk l-aktar popolari u li huma inevitabbilment ibbilancjati, t-tigrijiet ta’ dan it-tmiem il-gimgha zgur ghandhom jipprezentaw spettaklu li jaghti pjacir. Barra minn hekk, dawn huma l-ahhar tigrijiet qabel il-bidu taz-zewg kampjonati li gejjin, il-kampjonat SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi u t-Tazza tal-President, u ghalhekk din hija l-ahhar okkazjoni li ghandna sabiex niehdu ideja ahjar tal-forma attwali tal-partecipanti.


L-ahhar laqgha


L-ahhar laqgha kienet tikkonsisti fi tmien tigrijiet “normali”, sebgha ghal zwiemel tat-trott (fuq distanza ta’ 2,140m) u wahda ghal zwiemel tal-galopp (fuq 1,750m).


Fit-tigrija tal-klassi Premier, Nino de Saintho ha vantagg bikri izda Troy Boshoeve mar quddiem madwar dawra mit-tmiem segwit minn Nitesco d’Anthony u zwiemel ohra. Dan tal-ahhar attakka b’sahhtu fid-dritta tat-tmiem izda ma seta’ jaghmel xejn biex iwaqqaf lil Troy Boshoeve milli jiehu t-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu b’madwar tul u nofs mill-istess Nitesco d’Anthony, fl-aqwa hin tal-laqgha ta’ 1’16’1 fil-kilometru. Magic de Assigny u Skip Dimanch spiccaw fit-tielet u r-raba post rispettivament.


It-tieni l-aqwa hin tal-laqgha gie rregistrat fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver (1’17’1 fil-kilometru) meta Cross Country F.C. mar quddiem fid-dritta tat-tmiem u kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu madwar zewg tulijiet minn Lotus du Goth, bid-debuttant National Brown u Noli de Marraw isegwuhom f’dik l-ordni.


Rich Kemp ha l-kmant fl-ahhar nofs dawra tat-tieni tigrija tal-klassi Silver u minkejja attakki minn diversi zwiemel fid-dritta tat-tmiem, huwa kiseb l-ewwel rebha tieghu fostna, nofs tul minn Lacoste I.T., segwit mill-qrib minn Orage du Pont u Soren Sufflor. Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’17’6 fil-kilometru.


Fit-tlett tigrijiet tal-klassi Bronze,l-ewwel kien Noe de Loudat li ghamilhom hames rebhiet dan l-istagun, meta spicca madwar tul quddiem Royal Rox, imbaghad kellna tmiem brillanti bejn xejn inqas minn hames partecipanti, bir-rebha tmur ghal Hawkear (it-tieni rebha stagjonali) ras biss quddiem Emil Brebro. Finalment Dandy kiseb l-ewwel rebha tieghu tal-istagun wara li spicca xejn inqas minn 5 darbiet fit-tieni post din is-sena, meta ppreceda lil Ocean Gede b’tul.


Jet Startline kiseb it-tielet rebha tieghu tal-istagun fil-klassi Copper quddiem Rybo Patzie.


Fit-tigrija tal-galopp tal-klassi A, Marivan issettja l-pass ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, izda gie maqbuz fl-ahhar nofs dawra minn Timolin li baqa’ sejjer biex irregistra rebha impressjonanti li kienet it-tieni wahda konsekuttiva u stagjonali ghalih, madwar 5 tulijiet quddiem Four Richer u Privilidged Boy, fil-hin tajjeb fuq id-distanza ta’ 1’47’18.


Eta’ tal-irtirar taz-zwiemel


Dejjem kont ammiratur kbir ta’ wiehed mill-aqwa atleti veterani Maltin tad-distanzi twal. Huwa kkompeta f’aktar minn 20 maratona madwar id-dinja u fi sfidi ohra ta’ distanza twila, kompla jaghmel dan minkejja li jinsab f’eta’ f’nofs is-sittinijiet u ghadu jigbor successi kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna. Il-hinijiet li jirregistra, l-istamina u l-velocita’ tieghu huma l-ghira ta’ atleti li huma 20, 30 jew anki 40 sena izghar minnu!


Izda tistghu tistaqsu: dan x’ghandu x’jaqsam mat-tigrijiet taz-zwiemel?


Ili ghal certu zmien nargumenta favur it-tnehhija tal-eta’ tal-irtirar ta’ bilfors ghal zwiemel tat-tigrija f’Malta (pajjiz li, b’differenza minn pajjizi bhal Franza, l-iSvezja etc hafna drabi ma jergax jersporta z-zwiemel wara li jispiccaw il-karriera taghhom hawnhekk) li ghandha tidhol fis-sehh dalwaqt. Possibilita’ li ghall-gejjieni, tapplika ghaz-zwiemel (tipikament ftit ikunu ghadhom jikkompetu ta’ dik l-eta’) u s-sidien kollha, minghajr distinzjoni.


Naturalment, jiena m’inix sid ta’ zwiemel, lanqas m’ghandi hbieb li ghandhom zwiemel qrib l-eta’ tal-irtirar, u lanqas ghandi xi interest personali f’din il-haga. Semplicement inhobb it-tigrijiet taz-zwiemel bhala sport u bhala spettatur ghal dawn l-ahhar bejn wiehed u iehor 35 sena.


Bhall-atleti kollha, inkluz il-bnedmin, wiehed jista’ jsib zwiemel li m’ghadhomx kompetittivi f’eta’ relattivament zghira, filwaqt li ohrajn ikomplu jaghtu prestazzjonijiet tajbin hafna anki f’eta avvanzata, u b’hekk, li wiehed jiddiskrimina kontra dawn ta’ l-ahhar semplicement fuq bazi ta’ eta, mhux sewwa.


Kieku l-aqwa atleti veterani taghna kienu zwiemel, kien ikollhom jiritiraw zmien ilu, minkejja l-fatt li huma ferm ahjar minn hafna mill-kompetituri izghar minnhom.


U fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel, nistghu nsemmu diversi ezempji ta’ zwiemel li wettqu prestazzjonijiet eccellenti anki f’eta’ ta’ akbar minn 16-il sena. Niftakar zwiemel bhal Roi des W.B, Iacchus, Iris du Pont, Uquito d’Orphee, Faverol u ohrajn jirbhu meta kienu akbar minn 16-il sena u dawn huma biss dawk li gew f’mohhi mill-ewwel! Hemm anki diversi zwiemel veterani li jikkompetu b’success fit-tigrijiet amateur organizzati fil-korsa l-qadima.


Barra minnhekk, filwaqt li 20 jew 30 sena ilu, hafna miz-zwiemel tat-trott taghna kienu jigu mpurtati ta’ bejn 7 u 9 snin, illum hafna miz-zwiemel taghna jkollhom 9 snin jew aktar meta jaghmlu d-debutt taghhom fostna, li tnaqqas in-numru ta’ stagjuni li fihom nistghu niehdu pjacir bihom hawn Malta.


Minkejja dan, jibqa’ ferm importanti li z-zwiemel kollha (zghar u kbar) jinzammu f’kull hin fi stat ta’ sahha tajjeb u f’kundizzjoni fizika mill-aqwa, irrispettivament mill-eta’ taghhom.


Ghaldaqstant, il-Malta Racing Club bir-ragun introduca numru ta’ mizuri biex jirregolaw zwiemel ta’ aktar minn 16-il sena u biex jizguraw li ma jitwettqux abbuzi:


(i) ir-rekwizit li jingiebu certifikati ta’ veterinarju kwalifikat li jikkonfermaw li z-ziemel partikolari huwa f’kundizzjoni fizika tajba biex itellaq fil-livell partikolari;
(ii) iz-ziemel ikollu jigi rtirat jekk ma jirbahx jew ma jippjazzax ghal seba’ tigrijiet konsekuttivi – b’konferma tal-punt li filwaqt li ziemel m’ghandux ikun irtirat semplicement abbazi tal-eta’, l-irtirar ikun necessarju jekk huwa ma jibqax kompetittiv;
(iii) ziemel ikollu jigi rtirat jekk jaqa’ fi kwalunkwe stadju taht in-numru minimu ta’ punti ta’ handicap tal-klassi Copper – punti li jenfasizza mill-gdid il-principju li jekk ziemel ma jibqax kompetittiv ikollu jigi rtirat;
(iv) dawn iz-zwiemel jibqghu suggetti ghat-testijiet tad-doping bhaz-zwiemel l-ohra kollha.


Nawgura li nkomplu nammiraw iz-zwiemel taghna kollha, sakemm dawn jibqghu b’sahhithom u kompetittivi, minghajr ma niddiskriminaw kontra hadd minnhom sempliment fuq bazi ta’ eta’.


Nixtiequlkom zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.