Sunday 18th November 2012
Il-51 u t-52 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – is-16 u t-18 ta’ Novembru


minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa matul dan it-tmiem il-gimgha, l-ewwel wahda nhar il-Gimgha b’bidu fis-7pm, u mbaghad nhar il-Hadd bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.30pm.  Dawn iz-zewg laqghat huma ddedikati ghall-heats mill-kampjonat ghaz-zwiemel tat-trott Francizi sponsorjat mill-SECF, l-assocjazzjoni Franciza li tippromwovi iz-ziemel tat-trott Franciz.


Ghandna disa’ heats f’kull laqgha, kollha fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m, flimkien ma’ tigrija wahda tal-galopp fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd.


It-tlett tigrijiet mill-klassi Premier mill-Prix de Vincennes huma fil-fatt semi-finali, bi 30 partecipant mill-aktar validi (10 f’kull semi-finali), li l-ewwel erbgha minnhom jghaddu dritt ghall-finali.


Is-semi-finali ta’ nhar il-Gimgha tinkludi zwiemel bhar-rebbieha tal-Prix de Vincennes ta’ Gunju Lady de Vindecy u r-rebbieh tal-passat Joker de Choisel, ir-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier ta’ din is-sena Milord Barbes u r-rebbieh tal-istess kampjonat is-sena l-ohra Major Chaleonnais, id-detentur attwali tat-Tazza VOB Label Chouan, Oltedo de Rieux li kellu debutt rebbieh il-gimgha li ghaddiet, u l-ohrajn kollha.


Fl-ewwel semi-finali ta’ nhar il-Hadd, zwiemel bhal Magic de Assigny, Nagano Phedo, Narval d’Ecajeul u Nophenio de Lune gejjin minn pjazzamenti tajba, ghandna wkoll zewg debuttanti ta’ 10 snin Ouest Mabon u Ouragan de Sita, bil-kumplament taz-zwiemel ikunu wkoll kontentendi serji. 


Fit-tielet semi-finali, nsibu zwiemel bhar-rebbieh tal-Prix de Vincennes tal-passat Mont Cenis Honey, ir-rebbieh ta’ hames tigrijiet din is-sena Nuage de Bourgogne, r-rebbieh tat-Tazza l-Kbira 2011 Kakisis, ir-rebbieh tal-Gran Finali ta’ tmiem is-sena 2010 Lou Petiot, ir-rebbieh tal-Fairplay Bingo Condition Race ghall-klassi Gold Oscar Mati, zwiemel gejjin minn pjazzamenti tajbin dan l-ahhar bhal Nitesco d’Anthony u Nono de Crouay u zwiemel ohra validi.


Il-Prix d’Enghien (klassi Gold) jinkludi 51 ziemel mxerrda f’5 heats, li l-ewwel erbgha minn kull wahda jikkwalifikaw ghas-semi-finali li se jinzammu fit-2 ta’ Dicembru.  Dawn huma tahlita ta’ zwiemel li kellhom prestazzjonijiet tajba dan l-ahhar u diversi zwiemel tat-trott li kienu jtellqu fil-klassi Premier.


Fis-semi-finali ta’ nhar il-Gimgha, wiehed jista’ jinnota zwiemel bhal Night Inlet li gej minn rebha l-gimgha l-ohra, Milano du Gite, Quid de la Muette u Orion de Chapeau li kellhom pjazzamenti tajbin dan l-ahhar u zwiemel bhal Max d’Avignere, Nougat Voideen u Nuper fost l-ohrajn, li kienu jtellqu fil-klassi Premier sa ftit gimghat ilu. 


Dan huwa wkoll il-kaz fis-semi-finali ta’ nhar il-Hadd li jinkludu fost l-ohrajn ir-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Gold Nacarat Campbell, zwiemel bhal Noble d’Ete, Norman d’Avril, Nick de Touchyvon, Niky du Donjon, Magnifique Sablais u Natif de Salvi li tellqu fil-klassi Premier fl-ahhar  gimghat, u rebbieha ta’ dan l-ahhar Ozerio, Quebec u Okir de Leau.


Partecipanti bhal Natif de l’Hommee, Novak, Natif de Fontaine, Orion du Vaumicel, Naja in Blue, Paradis du Lupin, Paleo de la Dives, Podium, Oolong u ohrajn kellhom pjazzamenti tajbin dan l-ahhar, filwaqt li z-zwiemel l-ohra kollha zgur jaghtu sfida qawwija wkoll ghal post fis-semi-finali. 


Il-Prix de Cabourg (klassi Silver) jinkludi xejn inqas minn 74 ziemel tat-trott maqsuma fuq sitt heats, bl-ewwel 4 minn kull wahda jghaddu ghas-semi-finali.  Erbgha minn dawn huma d-debuttanti ta’ tmien snin Quamichi, Quattro de Tratas, Quindici u Quoka de Saint Pol, li jekk jiddebuttaw kollha, jizguraw li n-numru totali ta’ debuttanti din is-sena jaqbez il-200. 


Il-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) jinkludi 40 ziemel maqsuma f’erba’ heats, bl-ewwel hamsa minn kull wahda jghaddu ghas-semi-finali.  Il-Prix de Caen (klassi Copper) jidhlu fix-xena direttament bis-semi-finali li se jinzammu fit-2 ta’ Dicembru.


It-tigrija tal-galopp tal-Klassi A tara 5 partecipanti li gejjin mill-Irlanda, r-Renju Unit u l-iStati Uniti, nkluz Cheeky Jack, rebbieh ta’ tnejn mill-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Four Richer li spicca fit-tieni post fiz-zewg hargiet tieghu f’Malta, kif ukoll tlett zwiemel li qed jaghmlu r-ritorn taghhom wara nuqqas ta’ hames xhur, cioe’ Darielli, Little Anthony u Uncle Bertie.


Il-kampjonati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi ilhom inzammu mill-2003 u issa jikkostitwixxu wiehed mill-akbar attrazzjonijiet fil-kalendarju tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.  Sa mill-ewwel edizzjonijiet taghhom dejjem ipprovdelna tigrijiet u finali eccitanti u ninsabu certi li din l-edizzjoni mhux se tkun eccezzjoni ... titilfux dan l-ispettaklu !


L-ahhar laqghat


Il-laqghat ta’ tmiem il-gimgha li ghadda, li kienu jinkludu esklussivament tigrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m, ipprovdewlna diversi tigrijiet mill-aktar interessanti.


Bhas-soltu, iz-zewg tigrijiet tal-klassi Premier kienu fost l-aktar attraenti, biz-zewg rebbieha jiksbu l-ewwel rebha taghhom f’Malta.


Fit-tigrija ta’ nhar il-Gimgha, Simb Mark kien fuq quddiem minn kmieni fit-tigrija, izda d-debuttant Oltedo de Rieux attakka b’sahhtu fl-ahhar nofs dawra, mar quddiem u rregistra debutt vittorjuz, madwar tul u nofs quddiem debuttant iehor Opal Hall, segwiti minn Nagano Phedo u Nophenio de Lune.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’4 fil-kilometru.


Nhar il-Hadd kien imiss lil Versace Boko li mar fuq quddiem mill-fazijiet bikria tat-tigrija u baqa’ hemm matul it-tigrija kollha, sabiex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta mill-erba’ tigrijiet tieghu s’issa, fl-ahjar hin ta’ tmiem il-gimgha ta’ 1’15’4 fil-kilometru, tul quddiem  Wiss Night Hawk, Milord Barbes u Nono de Crouay f’dik l-ordni. 


Fil-klassi Gold, anki Okir de Leau kien quddiem prattikament matul it-tigrija kollha biex hu wkoll ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’madwar nofs tul f’hin ta’ 1’15’9 fil-kilometru, wara li xejjen l-attakk b’sahhtu ta’ Milano du Gite li spicca fit-tieni post.  Natif de l’Homme u Paleo de la Dives hadu l-pjazzamenti l-ohra.


Fit-tieni tigrija tal-klassi Gold, Side Spin zamm il-kmant ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, izda attakk determinat fl-ahhar nofs dawra wassal lil Ozerio jmur fuq quddiem u minkejja sfida qawwija minn Natif de Fontaine fid-dritta tat-tmiem, Ozerio kien b’sahhtu bizzejjed biex jikseb it-tieni rebha stagjonali tieghu b’ras mill-istess Natif de Fontaine, segwiti minn Side Spin u Simb From Abroad.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’2 fil-kilometru.


Imbaghad kien imiss lil Lion McGuire jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta, grazzi ghal sprint qawwi fid-dritta tat-tmiem li wasslu biex jirbah b’madwar tul u nofs f’hin ta’ 1’18’2 fil-kilometru quddiem Count Wiesnievski, Obi Wan Kenobi u Biggles Coquet.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Hadd, Night Inlet mar quddiem madwar dawra mit-tmiem u rnexxielu jzomm il-kmant sal-ahhar biex kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’15’8 fil-kilometru, madwar tul quddiem Quebec, segwiti minn Pinekiller u Quid de la Muette.


Finalment, Key Value wettaq attakk b’sahhtu fl-ahhar nofs dawra li wasslu wkoll ghat-tieni rebha stagjonali tieghu, meta rrezista l-giri qawwi ta’ Baron G.L. fid-dritta tat-tmiem b’ ras biss f’hin ta’ 1’16’5 fil-kilometru.  Orion du Vaumicel u d-debuttant Argus Hanover hadu l-pjazzamenti f’dik l-ordni. 


Fit-tigrijiet l-ohra kellna dawn ir-rebbieha:  Wonderofyou (t-tieni rebha stagjonali), d-debuttant Iatas Skid, Bankiren (l-ewwel rebha f’Malta), Darco As (l-ewwel rebha stagjonali) u Charm Hammering (l-ewwel rebha f’Malta) fil-klassi Silver, Polytain (it-tieni rebha stagjonali) fil-klassi Bronze, u Malta Sara B (it-tielet rebha stagjonali) u Esmeralda Run (il-hames rebha stagjonali) fil-klassi Copper.


Karatteristici tat-tigrijiet tat-trott fi Franza


Kieku kelli niddeskrivi t-tigrijiet tat-trott fi Franza f’kelma wahda, kont naghzel il-kelma “varjeta’”.


Varjeta’ fil-koros, b’aktar minn 225 korsa ta’ tulijiet u art differenti (kemm haxix, ramel, rmied ecc) mxerrda madwar il-pajjiz, li jaghtu l-possibbilita’ lit-trejners li jaghzlu t-tip ta’ korsa adattata ghall-karatteristici u l-preferenzi taz-ziemel partikolari.


Il-varjeta’ fil-koros tghin ukoll biex tizgura li z-zwiemel ma “jiddejqux” jtellqu fl-istess korsa, xi haga li tista’ kultant tkun nuqqas ghalina hawn Malta.


Varjeta’ fid-distanzi tat-tigrijiet, mill-mil ghal tigrijiet ta’ madwar erba’ kilometri u nofs.  Tezisti preferenza cara ghal distani ta’ zewg kilometri u nofs jew itwal, b’anqas tigrijiet ta’ anqas minn zewg kilometri milli wiehed isib f’pajjizi Ewropej ohra u fl-Amerika ta’ Fuq.


Dan jista’ jigi attribwit ghall-istamina tat-ziemel tat-trott Franciz li tibbrilla aktar fuq distanzi itwal, izda ma jfissirx li z-zwiemel tat-trott Francizi ghandhom nuqqas ta’ velocita’.  Tabilhaqq xi whud minnhom esprimew ruhhom b’mod eccellenti anki fuq il-mil.


Varjeta’ fis-sistema tat-tluq, bit-tigrijiet bil-vantagg jibqghu popolari daqs, jekk mhux aktar mit-tigrijiet bl-awtostart u b’tigrijiet f’direzzjoni lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.


Varjeta’ fid-dixxiplini tat-tigrijiet tat-trott, bit-tigrijiet bis-serkin (attele’) u tigrijiet fuq id-dahar (monte’) it-tnejn ikunu mill-aktar popolari, biex b’hemm jipprovdu aktar varjeta’ lil zwiemel, trejners, sewwieqa u spettaturi.


Aspett li veru joghgobni fit-tigrijiet Francizi huwa l-fatt li kull tigrija ghandha l-isem distint taghha, il-“Prix de ...”.  Dan iffisser li m’hemmx tigrijiet “normali” bhalma jkollna ahna, u jaghti personalita’ lil kull tigrija individwali, kemm jekk taghti rebh ta’ flus oghli jew aktar baxx.


L-ismijiet ivarjaw hafna.  Hafna mill-ikbar tigrijiet ghandhom tendenza li jkollhom l-isem ta’ pajjiz jew belt, bhall-Prix d’Amerique, l-Prix de France, l-Prix de Belgique, il-Prix de Washington ecc.  Mandankollu hemm ukoll tigrijiet imsemmija wara individwi maghrufa fil-qasam tat-tigrijiet, intraprizi kummercjali u ohrajn.


U dan ighin ukoll biex jistabbilixxi lista ta’ rebbieha li fiha jizdied rebbieh gdid kull sena, biex b’hekk titqawwa r-reputazzjoni tat-tigrija, bil-kompetituri tal-lum jippruvaw jilhqu l-valur u r-reputazzjoni ta’ protagonisti tal-passat u jinghaqdu maghhom billi jassocjaw isimhom mat-tigrija partikolari.


Din hija r-raguni li ghaliha nemmen li huwa pass pozittiv li anki hawn Malta il-kampjonati ewlenin taghna ghandu jkollhom isem specifiku li ma jinbidilx minn sena ghall-ohra skont it-tibdil fl-isponsor, bhat-Tazza l-Kbira, it-Tazza tal-President, il-Kampjonat tal-Harifa ecc, anki jekk imbaghad wiehed izid quddiemu l-isem tal-isponsor ta’ dik is-sena partikolari.


Aspett iehor interesasnti huwa li t-tigrijiet huwa miftuha ghal zwiemel ta’ etajiet partikolari, bejn sentejn u 10 snin (l-eta’ ta’ l-irtirar ghaz-zwiemel tat-trott fi Franza).  L-ideja hi li z-zwiemel ghandhom kemm jista’ jkun jikkompetu ma’ zwiemel ta’ mparhom, cioe’ zwiemel tat-trott li jkunu f’fazi ta’ zvilupp simili.


Insibu wkoll varjeta’ ta’ nazzjonalitajiet li ghalihom ikunu miftuha t-tigrijiet.  Minn tigrijiet nazzjonali li huma miftuha biss ghal zwiemel tat-trott Francizi, ghal ohrajn miftuha ghal zwiemel Ewropej, filwaqt li ohrajn huma tigrijiet “internazzjonali”, miftuha ghaz-zwiemel kollha li jikkwalifikaw, irrispettivament min-nazzjonalita’ taghhom.  Incidentalment, hafna mit-tigrijiet f’Malta huma tigrijiet Internazzjonali, hlief ghal dawk li huma ddedikati ghal zwiemel ta’ nazzjonalita’ partikolari.  


Se naghlaq bil-varjeta’ fil-premjijiet ta’ flus, minn tigrijiet li fihom ir-rebbieh jirbah “biss” xi Euro1,500, sal-Prix d’Amerique li fiha xejn inqas minn Euro500,000 jmorru ghar-rebbieh!  Cifra li turi s-sahha finanzjarja ta’ dan l-isport fi Franza, li ahna hawn Malta, bir-rizorsi limitati taghna, nistghu biss noholmuha!


U wara dik il-mawra madwar id-dinja tat-tigrijiet tat-trott fi Franza, nerghu nizbarkaw lura Malta; herqana biex insegwu edizzjoni ohra tal-kampjonati SECF.  Ejja niftakru li l-isfont rikk li rreferejna ghalih hawn fuq ifforma z-zwiemel Francizi taghna u kkontribwixxa biex jaghmilhom dak li huma llum!


Nixtiequlkom zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.