Sunday 2nd December 2012
II-55 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – it-2 ta’ Dicembru

minn Magnat


Se tinzamm laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.30pm. 


Din hija laqgha b’disa’ tigrijiet kollha tat-trott dedikata ghas-semi-finali tal-kampjonati SECF riservati ghal zwiemel tat-trott Francizi fuq distanza ta’ 2,640m.  Ghandna zewg semi-finali minn kull wiehed mill-Prix d’Enghien (klassi Gold), il-Prix de Cabourg (klassi Silver), il-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) u l-Prix de Caen (klassi Copper) – il-finalisti mill-Prix de Vincennes (klassi Premier) diga’ nghazlu.  L-ewwel hamsa minn kull semi-finali jghaddu ghall-finali rispettiva.


Iz-zewg tigrijiet ewlenin minn dawn il-kampjonati huma naturalment is-semi-finali mill-Prix d’Enghien b’10 partecipanti f’kull semi-finali, b’etajiet ta’ bejn 8 u 12-il sena li kull wiehed minnhom ghandu rebh barra minn Malta li jaqbez il-Euro100,000 sa aktar minn Euro360,000.


Dawn iz-zwiemel diga’ rebhu 15-il tigrija bejniethom din is-sena, b’Nicos de Peneme jirregistra erba’ rebhiet u Ozerio u Night Inlet tlieta kull wiehed.  Hafna minn dawn iz-zwiemel ghandhom relazzjoni qawwija mal-klassi Premier, b’sitta minnhom kienu originarjament registrati fil-klassi Premier abbazi tar-rebh ta’ flus taghhom barra mnn Malta, erbgha diga’ gew promossi fil-klassi Premier abbazi tad-dehriet recent taghhom u sebgha huma anqas minn ghaxar punti l-boghod milli jigi promossi ghal dik il-klassi.


Is-semi-finali tal-Prix de Cabourg huma bbilancjati bl-istess mod, bi 12-il partecipant f’kull semi-finali f’etajiet ta’ bejn 7 u 15-il sena li ghandhom medja tajba ta’ rebh ta’ flus barra minn Malta ta’ madwar Euro115,000 kull partecipant.  Bejniethom dawn iz-zwiemel rebhu 22 darba din is-sena, b’Notre Joyeux jirbah erba’ darbiet u Orage du Pont tlett darbiet.


Il-Prix de Cagnes Sur Mer jara 10 partecipanti f’kull semi-finali f’etajiet ta’ bejn 9 u 16-il sena u jaqsmu 26 rebha bejniethom dan l-istagun.  Zewg zwiemel rebhauhames darbiet kull wiehed din is-sena, cioe’ Icare de Jemma u Noe de Loudat, filwaqt li Ouragan de Crouay u Polytain rebhu tlett darbiet kull wiehed.


Hamsa u ghoxrin ziemel f’etajiet ta’ bejn 8 u 16-il sena huma miktuba biex jigru fiz-zewg semi-finali tal-Prix de Caen.  Dawn iz-zwiemel rebhu biss 8 darbiet bejniethom (Loulou de la Rose ikollu tlieta minn dawn ir-rebhiet) din is-sena u dan il-kampjonat ghandu jaghtihom l-opportunita’ li jpattu ghall-kumplament tal-istagun billi jkollhom tmiem tajjeb.


L-uniku tigrija “normali” f’dan il-programm hija attrazzjoni fiha nnifisha.  Hija tigrija tal-klassi Premier li tara fiha ghaxra mill-finalisti tal-Prix de Vincennes.


Dan huma r-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier Milord Barbes, ir-rebbieh tat-Tazza VOB Label Chouan, ir-rebbieha tal-Prix de Vincennes ta’ Gunju Lady de Vindecy, Nuage de Bourgogne, rebbieh ta’ sitt tigrijiet din is-sena u li ppjazza wkoll fit-tieni post fil-finali tat-Tazza l-Kbira, l-finalist tad-Dragonara Tazza l-Kbira Nabab du Chatelet, ir-rebbieh tal-gimgha l-ohra Nino de Saintho, Nitesco d’Anthony li spicca t-tieni fl-ahhar tlett tigrjiet tieghu, kif ukoll iz-zwiemel popolari Magic de Assigny u Natieu d’Echal u z-ziemel relattivament gdid Ouest Mabon.


Il-finalisti tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza tal-President diga’ nghazlu.  Il-laqgha li jmiss se tipprovdilna l-bqija tal-finalisti tal-kampjonati tal-Francizi.  Jidher li se jkollna programm iehor attraenti, b’dan it-temp frisk tal-harifa jiffacilita tigrijiet mill-isbah u nittamaw ukoll xi hinijiet veloci fuq distanza ta’ 2,640m.


L-ahhar laqghat


L-attrazzjoni ewlenija tal-laqghat li nzammu fi tmiem il-gimgha li ghadda, kienu 4 semi-finali mit-Tazza tal-President riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier tan-nazzjonalitajiet kollha, fuq distanza ta’ 2,640m.


Is-semi-finali ta’ nhar il-Gimgha rat lil Mars izid fil-velocita’ b’mod qawwi fl-ahhar 750m, jmur fuq quddiem u jzomm il-kmant sat-tmiem, biex ha t-tieni rebha tieghu minn 4 tigrijiet f’Malta, madwar zewg tulijiet u nofs quddiem Count of Life u Skip Dimanche li kkwalifikaw ukoll, f’wiehed mill-aqwa hinijiet tal-istagun fuq din id-distanza ta’ 1’15’1 fil-kilometru.  Belafonte spicca fir-raba’ post.


Fl-ewwel semi-finali tal-Hadd rajna lil Maximal Value jiehu kmant bikri li zammu sad-dritta tat-tmiem meta Mystere d’Urfist, li kien qed jirritorna wara waqfa ta’ kwazi sitt xhur, wettaq attakk determinat u spicca jikseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu, tul qabel Wiss Night Hawk segwit miz-ziemel li witta t-triq matul it-tigrija Maximal Value, li ghadda wkoll ghall-finali.  Nophenio de Lune kiseb ir-raba’ post.


Imbaghad kellna dritta tat-tmiem mill-aqwa bejn erba’ zwiemel li kienu qed jisprintjaw ras’imb’ras.  Kakisis li kien qed jigri fuq in-naha ta’ barra kien l-aktar wiehed veloci fosthom, biex rebah l-ewwel tigrija tieghu tal-istagun b’ras biss minn Shakira Trot segwita minn Power Night Star li wkoll qata’ l-biljett ghall-finali, meta gheleb bi ftit lil True Q li spicca fir-raba’ post.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’17’6 fil-kilometru.


Fl-ahhar semi-finali, Mont Cenis Honey kien fuq quddiem sa mill-istadji bikrija tat-tigrija, izda ma seta’ jaghmel xejn biex jirrezisti z-zieda fil-velocita’ finali ta’ Zilver Boko fid-dritta tat-tmiem, b’dan ta’ l-ahhar imur fuq quddiem fl-ahhar 100 metru u jikseb is-seba’ rebha stagjonali mpressjonanti f’hin ta’ 1’16’0 fil-kilometru, tul quddiem l-imsemmi Mont Cenis Honey, bi Troy Boshoeve jkun l-ahhar ziemel li jikkwalifika ghall-finali.  Versace Boko ma kienx il-boghod fir-raba’ post.


It-tigrijiet “normali” kienu wkoll fuq distanza ta’ 2,640m. 


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Gimgha, sprint qawwi fl-ahhar ftit mijiet ta’ metri kien bizzejjed ghal Ollico Pellois sabiex jaqbez liz-ziemel ta’ quddiem Pinekiller f’madwar nofs id-dritta tat-tmiem, u jippermettilu jikseb ir-raba’ rebha stagjonali tieghu, madwar zewg tulijiet quddiem Nick de Touchyvon segwit minn Simb Mark u l-istess Pinekiller, f’hin ta’ 1’17’4 fil-kilometru.


Ygor of Pass zamm fuq quddiem matul it-tieni tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Gimgha minkejja sfida tajba ta’ tmiem it-tigrija minn Lime Casted li spicca fit-tieni post nofs tul biss wara r-rebbieh, li kiseb it-tielet rebha stagjonali f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru.  Keeping Quality u Hulot kisbu l-bqija tal-pjazzamenti f’dik l-ordni.


Nhar il-Hadd, l-ewwel tigrija tal-klassi Gold irrizultat fit-tielet rebha stagjonali ghal Natif de l’Hommee, meta dan ha l-kmant fl-ahhar dawra u zammu b’mod komdu biex spicca zewg tulijiet quddiem Paleo de la Dives, segwit minn Enjoy Kronos u d-debuttant Prince November, f’hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru.


Argus Hanover ukoll kellu l-ahhar dawra veloci, izda huwa kellu bicca xoghol aktar iebsa biex ixejjen l-isfida li offrielu Key Value fid-dritta tat-tmiem.  Fl-ahhar Argus Hanover kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta fit-tieni tigrija tieghu fil-korsa, nofs tul quddiem l-imsemmi Key Value, segwit minn Milton Malhis u Jerry Eme.  Ir-rebbieh irregistra hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru.


It-tigrijiet l-ohra ntrebhu kif gej:  Lass Idol u Kapro Wareco (it-tnejn fl-ewwel rebha taghhom f’Malta), Odelvio (l-ewwel rebha stagjonali), Schejken Bill (l-ewwel rebha stagjonali) u Darco As u Cross Country FC (it-tnejn fit-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali) fil-klassi Silver, Tornado Hornline u Borups Hero (it-tnejn fl-ewwel rebha taghhom f’Malta), Morgan Kane (ir-raba’ rebha stagjonali) u Ariane A (it-tielet rebha stagjonali) fil-klassi Bronze u Louise Wood (it-tieni rebha stagjonali) fl-uniku tigrija tal-klassi Copper.


Noel Baldacchino gewwa Vincennes


Bhal ma gara s-sena l-ohra, s-sewwieq Campjin attwali Noel Baldacchino se jerga’ mill-gdid jirrapprezenta lil Malta fil-Prix de Rencontres Internationales du Trotteur Francais, tigrija reclamer li tara sewwieq jirrapprezenta kull wiehed minn 15-il pajjiz, li qed tinzamm fil-korsa leggendarja ta’ Vincennes fuq distanza ta’ 2,150m. 


Ghal darb’ohra il-polza rat lil Noel jittella’ biex isuq wiehed mill-aktar zwiemel “outsiders” f’din it-tigrija, cioe’ Quampo Mondo Sy li se jigri bin-naghal bin-numru 10.  Naghtu l-isbah xewqat lil Noel f’din it-tigrija mill-aktar difficli.  Ninsabu certi li se jerga’ ghal darb’ohra jaghti l-aqwa tieghu u juza’ l-esperjenza twila tieghu sabiex jiehu dak kollu possibbli miz-ziemel li se jsuq.


F'Vincennes se jigu ppremjati wkoll is-sidien ta' Major Chaleonnais, bhala rikonoxximent talli dan iz-ziemel gie ddikjarat bhala l-ahjar ziemel tat-trott Franciz f'Malta ghas-sena 2011.


Tigrijiet monte’


Il-Malta Racing Club qed jipproponi li jorganizza tigrija jew aktar monte’ (jiddependi mill-livell ta’ nteress) fil-laqghat tat-23 jew tat-30 ta’ Dicembru.  Dawk interessati huma mistiedna li jikkuntattjaw lill-Klabb.


Il-Karozza tat-Tluq  – it-30 anniversarju


Niftakar qisu lbierah, fi tfuliti gewwa l-korsa tal-Marsa fis-snin sebghin, l-“announcer” ihabbar fuq il-mikrofonu qabel kull tigrija “Iz-zwiemel qieghdin ghall-ordnijiet tal-istarter.  Hudu postkom, hudu postkom.”


Dawk kienu z-zmenijiet tat-tigrijiet bil-vantagg bl-uzu taz-zigarella tat-tluq.  Niftakar il-hafna garr li kien ikun hemm fuq il-kwalita’ tal-bidu tat-tigrijiet dak iz-zmien.


Bhala wiehed biss minn hafna ezempji, nsibu l-kummenti kritici maghmula mill-korrispondent tat-tigrijiet ta’ The Times “Groucho” fid-9 ta’ Novembru 1970, meta kiteb:
“Qed nirreferi b’mod partikulari ghall-bidu tat-tigrijiet, li kien ta’ dizappunt kbir ghall-pubbliku li jsegwi t-tigrijiet taz-zwiemel u kien soggett ghall hafna ibbujar.  Il-bidu tar-Raba’ Tigrija u tas-Seba’ Tigrija kienu flopp.


Jiena konxju ferm tal-fatt li x-xoghol ta’ “starter” mhux wiehed li fih tircievi l-grazzi, specjalment meta dan jinvolvi zwiemel tat-trott li jkunu qed jibdew bi zvantagg.  Rajna xi bidu ta’ tigrijiet tajjeb hafna u ohrajn li ma kienu tajbin xejn izda dawk ta’ nhar il-Hadd li ghadda kienu indeskrivibbli.


Fl-imsemmija zewg tigrijiet is-sinjal tat-tluq inghata minghajr l-uzu tal-kliem normali u meta z-zwiemel kienu qed iharsu f’direzzjonijiet differenti tal-kumpass.  Hafna miz-zwiemel tat-trott kienu lesti ... jistennew is-sinjal tat-tluq, izda s-sewwieqa kienu fuq riedni migbud, jistennew.  Meta z-zwiemel ma setghux jistennew iktar, telqu wahidhom.  Kien biss wara li gara hekk li nghata t-tluq ufficjali li rrizulta fi zwiemel sejrin f’direzzjonijiet differenti, u li tnejn minnhom habtu.  F’koros ohra tigrija bhal din kienet tkun dikjarata “false start”.  Dan izda ma garax fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd ghax l-i”starter” hass li l-bidu kien tajjeb.”


U issa mmorru l-quddiem ghall-5 ta’ Dicembru 1982, inqas minn sentejn wara l-ftuh ta’ din il-korsa, wahda mill-granet imnizzla b’ittri tad-deheb fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta. U ghal darb’ohra, nuzaw il-kliem tal-korrispondent tat-tigrijiet taz-zwiemel ta’ The Times, li taht it-titlu “Autostart makes racing history” rrapporta kif gej:
“Il-karozza kienet wieqfa f’nofs il-korsa hekk kif l-ghaxar zwiemel kienu jinstaqu sal-postazzjonijiet rispettivi taghhom, mifruxa mad-dirghajn miftuha berah tal-karozza.  Bil-mod il-mod, il-karozza ziedet fil-velocita’, iz-zwiemel isegwuha b’nofs trott, 200 metru, 300 metru ... l-velocita’ zdiedet, kien jinstema’ l-hoss tad-dwiefer taz-zwiemel icaqcaq fuq l-art iebsa tal-korsa tal-Marsa, hekk kif il-partecipanti kienu qed jigbdu u jaghfsu fuq il-postazzjonijiet taghhom mad-dirghajn tal-karozza li kienu ghaddejjin quddiemhom b’velocita’ sfieqa.


 F’daqqa wahda zieda qawwija tal-velocita’ mis-sewwieq tal-karozza, filwaqt li inghafas swicc li ghalaq id-dirghajn gganteski tal-karozza, u hekk kif il-karozza tat-tluq harbet, halliet lill-kompetituri li issa kienu qabdu r-ritmu, jigru bit-trott, u jfittxu l-ahjar posizzjonijiet mar-rejls, l-ewwel tigrija li qatt saret f’Malta bil-karozza tat-tluq, kienet bdiet.”  


Wara taqbida maz-ziemel li spicca fit-tieni post Isard de Play, kien Ideal de Tracy li spicca rebbieh b’ras f’dik it-tigrija tal-Klassi B, l-ewwel tigrija bil-karozza tat-tluq f’Malta.  Iacchus kien ir-rebbieh tal-uniku tigrija ohra bil-bidu bil-karozza tat-tluq f’dik il-laqgha.


Il-karozza tat-tluq originali nnifisha kienet effettivament karozza antika, Oldsmobile mudell 98 Amerikana.  Hija tatna xi problemi u kwitsjonijiet mekkanici ma kienux haga stramba matul il-laqghat tat-tigrijiet specjalment matul is-snin tmenin.  Per ezempju, problemi ta’ din in-natura nqalghu il-gimgha ta’ qabel il-finali tat-Tazza l-Kbira tal-1983, u gimgha wara, dawn anki rrizultaw f’dewmien fil-bidu tal-finali, li eventwalment intrebhet minn Hector de Retz.


Naturalment, il-karozza nbidlet matul is-snin u gie rregistrat titjib fl-affidabilita’ taghha.


Ghalkemm sa madwar 20 sena wara, it-tigrijiet bil-karozza tat-tluq komplew isiru flimkien ma’ tigrijiet bil-vantagg, mis-snin disghin it-tigrijiet bil-vantagg bdew jonqsu konsiderevolment. Bejn madwar is-snin 2000 u 2005, it-tigrijiet bil-vantagg ammontaw ghal inqas minn 20 tigrija f’kull stagun, u dawn komplew jonqsu wara (4 biss fl-istagun 2006 u numru minimu minn dak iz-zmien ‘l hawn).


Jidher li d-dizorganizzazzjoni li kienet tezisti fil-bidu, li kienet suggett tal-imsemmi tgergir ghal ghaxriet ta’ snin, bil-“false starts”, skwalifiki ghall-qtugh taz-zigarella tat-tluq, habtiet ecc rrizultaw f’hafna mit-telf tal-popolarita’ tat-tigrijiet bil-vantagg u z-zieda fid-dipendenza fuq il-karozza tat-tluq li grat b’konsegwenza ta’ hekk.


Naturalment, anki l-karozza tat-tluq ghandha l-problemi taghha minn zmien ghal zmien, izda din tidher li ghaddiet mit-test taz-zmien u li saret, prattikament b’mod assolut, is-sistema preferita ta’ bidu tat-tigrijiet f’Malta.


Ghalhekk, nawguraw l-isbah xewqat lill-Autostart f’dan l-anniversarju.  Jalla nkomplu naghmlu uzu tajjeb minnek u nkomplu ntejjbu il-bidu tat-tigrijiet taghna!


Nixtiequlkom laqgha mill-aqwa fi tmiem din il-gimgha.