Sunday 9th December 2012
Is-56 u s-57 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – id-9 u t-13 ta’ Dicembru

minn Magnat


Fil-korsa tal-Marsa, matul il-granet li gejjin, se jinzammu zewg laqghat ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel iddedikati ghat-tigrijiet tat-trott. L-ewwel laqgha li tikkonsisti f’disa’ tigrijiet se tinzamm nhar il-Hadd bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.30pm filwaqt li t-tieni (li tinkludi tmien tigrijiet) se tinzamm nhar il-Hamis (festa pubblika ta’ Jum ir-Repubblika) u tibda fis-1.15pm.


Minghajr dubju l-attrazzjoni ewlenija ta’ dawn iz-zewg programmi hija l-finali tat-Tazza tal-President fuq distanza ta’ 2,640m. Din it-tigrija tara grupp tassew Ewropew ta’ 12 mill-aqwa zwiemel li ghandna f’Malta, b’xejn inqas minn sitt nazzjonalitajiet rapprezentati, cioe’ d-Danimarka, l-Finlandja, Franza, l-Germanja, l-Olanda u l-iSvezja. L-etajiet taz-zwiemel tvarja bejn 6 u 14-il sena.


Il-lista shiha (9 zwiemel imsewwijin, 2 stalljuni u debba wahda) hija kif gej:


1. Count of Life, Finlandiz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro29,437 u l-ahjar hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru. Huwa kiseb 10 rebhiet (inkluz il-Kampjonat Assikura "A" tal-2011) u 40 pjazzament minn meta ddebutta fostna aktar minn 5 snin u nofs ilu u ghandu l-ahjar hin f’Malta ta’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 1,640m.
2. Mystere d’Urfist, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro302,630 u l-ahjar hin ta’ 1’13’2 fil-kilometru. Huwa ghandu 2 rebhiet u 7 pjazzamenti mill-14-il tigrija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m.
3. Mars, Daniz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,917,059 u l-ahjar hin ta’ 1’11’7 fil-kilometru. Huwa rebah darbtejn u ppjazza darba mill-erba’ tigrijiet tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’1 fil-kilometru fuq 2,640m.
4. Zilver Boko, Olandiz ta’ 6 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK235,743 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru. Huwa rebah seba’ darbiet (inkluz it-Tazza Sette Giugno ta’ din is-sena) u ppjazza seba’ darbiet ohra (mhux inqas mit-tielet post) fl-14-il tigrija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m.
5. Kakisis, Franciz ta’ 14-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro554,696 u l-ahjar hin ta’ 1’13’3 fil-kilometru. Huwa rebah 10 darbiet (inkluzi l-Kampjonat tal-Harifa Dragonara 2010 u t-Tazza l-Kbira Emirates 2011) u ppjazza 18-il darba ohra minn mindu ghamel id-debutt tieghu fostna madwar 3 snin u nofs ilu, u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m.
6. Mont Cenis Honey, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro339,520 u l-ahjar hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru. Huwa ghandu 6 rebhiet (inkluz il-Prix de Vincennes ta’ Dicembru 2010) u 2 pjazzamenti mill-14-il tigrija tieghu f’Malta u l-ahjar hin fostna ta’ 1’14’8 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m.
7. Wiss Night Hawk, Svediz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,483,991 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru. Huwa ghandu 2 rebhiet (inkluz il-kampjonat Skyparks ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi tal-klassi Premier 2012) u 8 pjazzamenti mit-18-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’1 fil-kilometru fuq 2,140m.
8. Power Night Star, Svediz ta’ 7 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK569,570 u l-ahjar hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru. Huwa rebah darba u ppjazza 3 darbiet fis-sitt tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’7 fil-kilometru fuq 2,140m.
9. Skip Dimanche, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK961,750 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru. Huwa rebah darbtejn u ppjazza 7 darbiet mill-24 tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’15’5 fil-kilometru fuq 2,140m.
10. Troy Boshoeve, Germaniz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ DNK875,380 u l-ahjar hin ta’ 1’14’7 fil-kilometru. Huwa kiseb 2 rebhiet (inkluz il-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum ta’ din is-sena) u 9 pjazzamenti mill-21 tigrija tieghu fostna bl-ahjar hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m.
11. Shakira Trot, Svediza ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,477,200 u l-ahjar hin ta’ 1’12’0 fil-kilometru. Hija kisbet zewg rebhiet u tlett pjazzamenti mis-seba’ tigrijiet taghha f’Malta, u ghandha l-ahjar hin fostna ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m.
12. Maximal Value, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,769,409 u l-ahjar hin ta’ 1’12’1 fil-kilometru. Huwa ghandu rebha wahda u 2 pjazzamenti mit-8 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’4 fil-kilometru fuq 2,140m.


B’total ta’ 47 rebha bejn dawn iz-zwiemel u b’kollha kemm huma ghandhom l-ahjar hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru jew ahjar fil-karriera tat-tigrijiet taghhom f’Malta, hija mistennija tigrija missielta (li ghandha total ta’ premijiet fi flus mill-isbah ta’ Euro3,950), b’ rizultat incert.


Din il-finali se jkollha bhala kontorn programm attraenti li huwa ntiz biex ikun ta’ divertiment ghall-familja kollha. Tigrija ta’ ponijiet Shetland ghat-tfal, prezentazzjoni tat-tnax-il sewwieq lill-pubbliku f’parata ta’ ponijiet Shetland u ponijiet ohra zghar misjuqa mit-tfal, il-wasla tal-President ta’ Malta eskortat mill-pulizija tal-kavallerija, il-kant tal-innu nazzjonali mill-kantant maghruf Enzo Gusman u eventwalment il-prezentazzjoni tal-premjijiet lir-rebbieha tat-tigrija l-kbira mill-President innifsu.


It-tigrijiet l-ohra “normali” fil-programm tal-Hamis huma fuq distanza ta’ 2,140m u jinkludu tigrijiet attraenti bhat-tlett tigrijiet tal-klassi Gold, li jaraw rebbieha ta’ dan l-ahhar bhal Natif de l’Hommee, Key Value, Ozerio, Ygor of Pass u ohrajn u zwiemel tat-trott li kienu jigru fil-klassi Premier bhal Oscar Mati, Target Player, Noble d’Ete u Simb Tyrant, fost ohrajn, li kollha kemm huma se jkunu sfidati minn diversi zwiemel validi ohra, b’xi whud minnhom ghandhom cans tajjeb li jigu promossi fil-klassi Premier b’rebha jew pjazzament tajjeb.


Il-laqgha tal-Hadd hija wahda mill-ahhar din is-sena li tikkonsisti esklussivament f’tigrijiet “normali”, kollha fuq distanza ta’ 2,140m. Madankollu, hija certament tinkludi diversi punti ta’ nteress.


B’mod partikolari, l-laqgha ghandha tilhaq il-qofol taghha fiz-zewg tigrijiet tal-klassi Premier li ghandna fuq il-programm. L-ewwel tigrija tinkludi zwiemel bhal Nicos de Peneme u Argus Hanover li gew promossi f’din il-klassi dan l-ahhar abbazi ta’ numru ta’ prestazzjonijiet sbieh fil-klassi Gold, zwiemel li rritornaw dan l-ahhar wara nuqqas pjuttost twil bhal Indian Attack, Master Lupin u Play on Me u zwiemel ohra validi li qed jippruvaw itejjbu l-forma taghhom wara xi prestazzjonijiet mhux daqstant soddisfacenti.


It-tieni tigrija tal-klassi Premier hija riservata ghaz-zwiemel tat-trott bl-oghla punti f’din il-klassi. Kollha huma zwiemel ferm popolari, bil-lista shiha tkun Carnegie Hall, Nec Carmolo, Belafonte, Versace Boko, Super Qui, Solid Lady Spin, Ollico Pellois, Nuevo Musette, Utah Hornline, Think Yatzee, Nevaio des Bordes u True Q.


Hekk kif qed noqorbu lejn l-istagun tal-festi, l-attrazzjonijiet fil-korsa tal-Marsa normalment jizdiedu. Minghajr dubju, l-finali tat-Tazza tal-President hija wahda mill-akbar tigrijiet tal-istagun u t-tnax ‘il finalist eccellenti li ghandna flimkien mal-programm ikkulurit ippreparat mill-Malta Racing Club fih l-ingredjenti kollha ghal wara nofsinhar mill-isbah fil-korsa.


L-ahhar laqgha


Il-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda kienet iddedikata principalment ghas-semi-finali tal-kampjonati riservati ghal zwiemel tat-trott Francizi sponsorjati mis-Societe’ du Cheval Francais, ghall-klassijiet Gold (Prix d’Enghien), Silver (Prix du Cabourg), Bronze (Prix de Cagnes Sur Mer) u Copper (Prix de Caen) fuq distanza ta’ 2,640m.


Iz-zewg tigrijiet ewlenin kienu naturalment dawk mill-Prix d’Enghien, li fl-ewwel wahda minnhom Orion du Vaumicel zamm il-kmant matul it-tigrija kollha u kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru (l-ahjar hin tal-laqgha), madwar tul u nofs minn Onyx Lucernais segwit minn Onyx Speed, Orion de Chapeau u Magnifique Sablais li kkwalifikaw ukoll.


Fit-tieni semi-finali mill-Prix d’Enghien, Night Inlet mar fuq quddiem madwar dawra mit-tmiem u zamm sod ghal rebha ta’ nofs tul, wara li rrezista l-isfida qawwija taz-ziemel li spicca fit-tieni post Quebec fid-dritta tat-tmiem, biex ha t-tielet rebha konsekuttiva u r-raba’ wahda stagjonali f’hin ta’ 1’18’0 fil-kilometru. Niky de Memartin, Natif de Salvi u Niky du Donjon ghaddew ukoll ghall-finali f’dik l-ordni.


Id-dritta tat-tmiem tal-ewwel semi-finali mill-Prix de Cabourg kienet ferm entuzjazmanti b’xejn inqas minn hames zwiemel jisprintjaw flimkien. Ir-rebbieh kien Orage du Pont li gie min-nahat ta’ barra, zewg tulijiet quddiem Oscar de France, segwit minn Max Galbe, Octobre En Fete u Pascal d’Ablon li kkwalifikaw kollha kemm huma. Ir-rebbieh kiseb ir-raba’ rebha stagjonali f’hin ta’ 1’17’9 fil-kilometru.


Notre Allegro qabez lil Prao de Bussy u rnexxielu jiehu l-kmant f’nofs id-dritta tat-tmiem, biex ha t-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali fit-tieni semi-finali, anqas minn tul quddiem l-istess Prao de Bussy, segwit minn Korentin, Passons d’Ortige u Narcus du Roc, li ghaddew ghall-finali. Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’17’1 fil-kilometru.


Polytain kiseb it-tielet rebha konsekuttiva u r-raba’ wahda stagjonali wara li ha l-kmant fl-ahhar nofs dawra tal-ewwel semi-finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer f’hin ta’ 1’17’5 fil-kilometru, madwar tul quddiem Noe de Loudat segwit miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw, One Fouteau, Orlando Dix u Icare de Jemma.


It-tieni semi-finali rat sprint sabih ta’ Mezio Josselyn fid-dritta tat-tmiem, li ta t-tieni rebha stagjonali lil dan iz-ziemel b’zewg tulijiet u nofs (1’18’5 fil-kilometru), minn Mirage d’Ete, Nerus Galbe, Ouragan de Crouay u Obelix Blue li kienu l-ahhar zwiemel li kkwalifikaw f’dan il-kampjonat.


Is-semi-finali tal-Prix de Caen intrebhu minn Nox Blux (l-ewwel rebha stagjonali – 1’18’3 fil-kilometru) u Kaolin de Bannes (ukoll fl-ewwel rebha stagjonali tieghu – 1’20’9 fil-kilometru), b’Monticello, Loulou de la Rose, Qualou d’Axel, Ksar, Lorrain d’Oliverie, Neron Pierji, Lucky Sauconnier u Larissa du Breil jghaddu kollha ghall-finali.


Kellna wkoll tigrija tal-klassi Premier li rat lil Ouest Mabon jiehu kmant bikri u jzommu sal-ahhar nofs dawra, meta dan inqabez minn Nabab du Chatelet. Izda kien fadal iktar x’jigri. Fid-dritta tat-tmiem dan ta’ l-ahhar gie attakkat l-ewwel minn Lady de Vindecy li pero’ biddlet il-pass u giet skwalifikata u mbaghad minn Nuage de Bourgogne li mar quddiem u kien l-ewwel li ghadda l-gister.


Madankollu, Nuage de Bourgogne gie skwalifikat fuq il-girja, b’Nabab du Chatelet jikseb ir-raba’ rebha stagjonali tieghu, tul u nofs quddiem Magic de Assigny, segwit minn Natieu d’Echal u Nino de Saintho, f’hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru.


Ahbarijiet mill-prezent ... u mill-passat


(a) Il-prezent
Ghandna zewg ahbarijiet kurrenti li t-tnejn jikkoncernaw lis-sewwieq Noel Baldacchino.


Il-gimgha l-ohra rrappurtajna li Noel kellu jirrapprezenta lil Malta fit-tigrija tal-Prix de Rencontres Internationales du Trotteur Francais li nzammet fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fuq distanza ta’ 2,150m. Sfortunatament ghalih u ghal Malta, z-ziemel li kellu jsuq, cioe’ Quampo Mondo Sy, gie skraccjat qabel it-tigrija u b’hekk Noel ma kellux l-opportunita’ li jippartecipa fiha. Tassew, kaz ta’ xorti hazina!


It-tigrija nnifisha ntrebhet mis-sewwieq Kanadiz Billy Davis Jr fuq iz-ziemel ta’ 10 snin Orage Mauzun, segwit mill-qrib miz-ziemel ta’ 7 snin Rapide du Bois (Matthieu Abrivard – Franza).


Madankollu, Noel rega’ kien fl-ahbarijiet din il-gimgha meta sar l-ewwel sewwieq li rebah l-unur tas-Sewwieq tax-Xahar meta kiseb l-unur ta’ Novembru, abbazi tar-rebh ta’ erba’ tigrijiet fil-laqgha tad-9 ta’ Novembru u tlieta ohra fil-laqgha tas-16 ta’ Novembru, kif ukoll talli rnexxielu jirbah ta’ l-anqas darba f’kull laqgha (hlief wahda) matul dak ix-xahar.


Noel kellu xahar brillanti fejn rebah xejn inqas minn 11-il darba u ppjazza 10 darbiet ohra. Minghajr dubju unur tassew misthoqq. Prosit tassew Noel!


(b) Il-passat
Hekk kif qed noqorbu lejn tmiem din is-sena, nibdew naghmlu l-evalwazzjoni taghna fuq l-istagun kurrenti.


U b’kumbinazzjoni, dan l-ahhar iltqajt mal-edizzjoni tal-gazzetta The Times tal-1 ta’ Jannar 1970 li kienet tinkudi evalwazzjoni qasira tal-sena tat-tigrijiet taz-zwiemel 1969 (il-bicca l-kbira tal-istagun 1968-69 u l-bidu tal-istagun 1969-70) u li hija tassew interessanti:


“Is-sena 1969 kellha t-tlugh u l-inzul taghha ghad-dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel. Ghal darb’ohra l-attendenza kibret ghal livelli oghla u l-interess fit-tigrijiet taz-zwiemel gie enfasizzat iktar.


Madankollu kien hemm hafna argumenti matul is-sena u f’certu punt is-sidien iddecidew li jirtiraw iz-zwiemel taghhom minn avvenimenti mportanti minhabba nuqqas ta’ premjijiet ta’ flus. Din il-kwistjoni giet solvuta, u fil-bidu ta’ dan l-istagun zdiedu l-premjijiet ta’ flus.


Kien hemm ukoll interessi konfliggenti. Filwaqt li l-listi ta’ zwiemel tat-trott li kkompetew f’dawn it-tigrijiet komplew jikbru u jizdiedu, tant hu hekk li ghal dan l-istagun it-tigrijiet tat-Trott tal-klassi “A” kellhom jinqasmu f’zewg gruppi, x-xena tat-tigrijiet tal-Galopp ckienet b’mod mizerabbli u lejn l-ahhar tal-istagun li ghadda u l-bidu ta’ dan l-istagun tigrijiet tal-galopp tista’ tghid li ma kellna kwazi xejn.


Dan l-istagun, ukoll, ra aktar inwiet bejn is-sidien, trejners u l-Malta Racing Club u hemm certu ammont ta’ nuqqas ta’ pacenzja min-naha tal-laghba fuq it-tigrijiet minhabba l-mod kif qed jitmexxew it-tigrijiet.


L-avvenimenti ewlenin gibdu l-interess tas-soltu, b’”Aloysius” misjuq minn J. Buttigieg, jirbah il-Mediterranean Derby, l-avveniment l-aktar importanti ghaz-zwiemel tal-galopp, u “Tulean”, misjuq mis-sewwieq Franciz G. Demerchere, ... jirbah il-‘Club Trotting Challenge Cup’ (It-Tazza l-Kbira), l-avveniment ewlieni ghaz-zwiemel tat-trott.”


Tlieta u erbghin sena ghaddew minn dakinhar. Kemm inbidlu affarijiet fl-isport taghna minn dawk iz-zmenijiet? Ninsab cert li kollha kemm ahna ghandna l-opinjonijiet taghna li zgur jirrizultaw f’diskussjonijiet interessanti ...


Nixtiequlkom zewg laqghat eccitanti fil-granet li gejjin.