Sunday 16th December 2012
It-58 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – is-16 ta’ Dicembru

minn Magnat


Nhar il-Hadd li gej, se tinzamm laqgha ohra mill-aqwa ddedikata esklussivament ghal tigrijiet tat-trott fil-korsa tal-Marsa.  Il-programm ta’ ghaxar tigrijiet li jibda’ fis-1.15pm jinkludi hames finali brillanti mill-kampjonat ghal zwiemel tat-trott Francizi fuq distanza ta’ 2,640m sponsorjat mill-assocjazzjoni taz-zwiemel tat-trott Francizi, l-SECF.


L-attrazzjoni ewlenija tal-laqgha hija natularment il-finali tal-Prix de Vincennes ghal zwiemel tat-trott Francizi tal-klassi Premier b’lista ta’ 10 zwiemel imsewwija u debba wahda f’etajiet ta’ bejn 10 u 13-il sena, li huma:


1. Natieu d’Echal,  ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro207,585 u l-ahjar hin ta’ 1’13’6 fil-kilometru.  Huwa ghandu 6 pjazzamenti mit-8 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m (bl-ahjar hin fuq 2,640m jkun 1’16’0 fil-kilometru);
2. Nuage de Bourgogne, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro258,760 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa ghandu 6 rebhiet u pjazzament mit-12-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m (bl-ahjar hin fuq 2,640m jkun 1’15’0 fil-kilometru);
3.  Nino de Saintho, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro264,840 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha u pjazzament mill-5 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’9 fil-kilometru fuq 2,140m (bl-ahjar hin fuq 2,640m jkun 1’17’3 fil-kilometru);
4.  Magic de Assigny, ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro344,350 u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu 8 pjazzamenti mis-16-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m (bl-ahjar hin fuq 2,640m jkun 1’16’7 fil-kilometru);
5.  Lady de Vindecy, ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutnta ta’ Euro294,170 u l-ahjar hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru.  Hija ghandha 5 rebhiet (inkluz il-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier 2010 u l-Prix de Vincennes ta’ Gunju 2012) u 5 pjazzamenti mit-13-il tigrija taghha f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’3 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m (bl-ahjar hin fuq 2,640m jkun 1’16’4 fil-kilometru);
6.  Oltedo de Rieux, ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro183,230 u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru.  Huwa rebah iz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta s’issa bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’16’4 fil-kilometru kemm 2,140m kif ukoll 2,640m;
7.  Nono de Crouay, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro233,725 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa rebah darba u ppjazza 6 darbiet mit-12-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’8 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m (bl-ahjar hin fuq 2,640m jkun 1’15’9 fil-kilometru);
8.  Nabab du Chatelet, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro205,198 u l-ahjar hin ta’ 1’13’9 fil-kilometru.  Huwa rebah 4 darbiet u ppjazza darbtejn mill-14-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 2,640m;
9.  Ouest Mabon, ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro274,750 u l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru.  Huwa ghandu pjazzament wiehed miz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’17’9 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,640m;
10. Milord Barbes, ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro231,990 u l-ahjar hin ta’ 1’14’2 fil-kilometru.  Huwa ghandu 4 rebhiet (inkluz il-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier 2012) u 12-il pjazzament minn mindu ddebutta f’Malta f’Marzu 2011 u l-ahjar hin fostna ta’ 1’14’6 fil-kilometru fuq 2,140m (1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m);
11. Label Chouan, ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro222,716 u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah 9 darbiet (inkluz il-Prix de Cabourg ta’ Dicembru 2011 u t-Tazza VOB ta’ Gunju 2012) u ppjazza 9 darbiet ohra minn mindu ddebutta f’Malta fi Frar 2010, bl-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m (1’15’6 fil-kilometru fuq 2,640m).


Bi 32 rebha (inkluz 5 kampjonati) u 51 pjazzamenti bejniethom, dawn iz-zwiemel jaraw tahlita ta’ zwiemel t’esperjenza fostna u zwiemel pjuttost godda, li jaghmluha tassew bicca xoghol iebsa li wiehed jiddetermina r-rebbieh u z-zwiemel li se jippjazzaw f’din it-tigrija bi premijijiet sbieh (total ta’ Euro4,250).


Il-Prix d’Enghien (klassi Gold) hija finali ohra mill-aqwa, b’ghaxar zwiemel f’etajiet ta’ bejn 8 u 12-il sena, rebbieha ta’ 9 tigrijiet bejniethom din is-sena, kif ukoll ta’ xejn inqas minn 33 pjazzament u bi kwazi l-finalisti kollha jkollhom l-ahjar hin din is-sena ta’ 1’16’5 fil-kilometru jew ahjar.


Dawn huma Night Inlet, Niky de Memartin, Onyx Lucernais, Natif de Salvi, Niky du Donjon, Magnifique Sablais, Orion du Vaumicel, Orion de Chapeau, Quebec u Onyx Speed.


Il-finali tal-Prix de Cabourg (klassi Silver) tinkludi ghaxar zwiemel f’etajiet ta’ bejn 9 u 14-il sena, li rebhu 12-il tigrija bejniethom dan l-istagun u ppjazzaw numru impressjonanti ta’ 36 darba.  L-aqwa hinijiet stagjonali taghhom ivarjaw bejn 1’15’9 u 1’18’0 fil-kilometru.


Il-lista shiha tal-partecipanti hija:  Narcus du Roc, Pascal d’Ablon, Prao de Bussy, Notre Allegro, Korentin, Oscar de France, Orage du Pont, Octobre En Fete, Passons d’Ortige u Max Galbe.


Il-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) jara differenza kbira fl-etajiet bejn l-ghaxar partecipanti, bl-izghar ikollu 9 snin u l-akbar ikun ziemel ta’ 16-il sena.  Dawn huma zwiemel tassew konsistenti, li rebhu xejn inqas minn 25 darba bejniethom u pjazzaw 41 darba ohra dan l-istagun, bl-ahjar hinijiet stagjonali jvarjaw bejn 1’16’5 u 1’17’6 fil-kilometru.


Il-lista hija:  Mezio Josselyn, Ouragan de Crouay, Nereus Galbe, Mirage d’Ete, Orlando Dix, Obelix Blue, One Fouteau, Polytain, Icare de Jemma u Noe de Loudat.


Finalment, fil-Prix de Caen, l-etajiet tal-ghaxar zwiemel ivarjaw bejn 8 u 14-il sena u huma rebhu 9 tigrijiet bejniethom u pjazzaw f’diversi okkazjonijiet ohra din is-sena.  Il-partecipanti huma:  Lucky Sauconnier, Nox Blue, Loulou de la Rose, Kaolin de Bannes, Larissa du Breil, Lorrain d’Oliverie, Neron Pierji, Ksar, Monticello u Qualou d’Axel.


It-tigrijiet “normali” huma tnejn ghall-klassi Gold u wahda kull wiehed ghall-klassijiet Silver, Bronze u Copper.


Il-kampjonati ghal zwiemel tat-trott Francizi issa jinsabu fl-10 sena taghhom u ghal darb’ohra dawn il-finali jipprezentawna b’uhud mill-krema tal-aqwa zwiemel tat-trott Francizi f’Malta.  Zgur li se jkun hemm hafna x’naraw u x’nammiraw fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd.


L-ahhar laqghat


L-ahhar zewg laqghat inzammu f’kundizzjonijiet ta’ temp kompletament differenti.  Kellna temp xitwi nhar il-Hadd bil-korsa bit-tajn, filwaqt li l-Hamis it-temp kien xemxi u bla xita, temp tal-harifa perfett.


Minghajr dubju, l-attrazzjoni ewlenija ta’ dawn iz-zewg laqghat kienet il-finali tat-Tazza tal-President mizmuma fuq distanza ta’ 2,640m, quddiem folla tajba, matul laqgha spettakolari.


It-tigrija kellha bidu hazin darbtejn, b’Count of Life jigri quddiem il-karozza tat-tluq fiz-zewg okkazjonijiet, li wassal biex dan iz-ziemel ma jithalliex jigri fil-finali skont ir-regolamenti.


Meta t-tigrija fl-ahhar kellha bidu validu, Zilver Boko mar fuq quddiem kmieni fit-tigrija izda wara xi ftit inqabez minn Mars li zamm il-vantagg sa madwar nofs id-distanza.  F’dak l-istadju, Mont Cenis Honey, li kien fost iz-zwiemel ta’ quddiem, ha l-kmant u mexxa t-tigrija bil-pass tieghu.


Madankollu, fl-ahhar nofs dawra Mont Cenis Honey kellu jiffaccja l-isfidi ta’ diversi zwiemel, principalment Zilver Boko, Shakira Trot, Power Night Star u b’mod partikulari Kakisis, li wara li okkupa wiehed mill-ahhar postijiet fil-qatta’ ghal parti sew mit-tigrija, gie 5 fuq barra bi sprint brillanti fl-ahhar 300m.


Finalment Mont Cenis Honey zamm il-kmant bi mnieher biss sabiex kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’16’8 fil-kilometru, u rebah it-Tazza tal-President, quddiem Kakisis, Zilver Boko, Shakira Trot u Troy Boshoeve f’dik l-ordni.


L-Eccellenza Tieghu Dott George Abela, President ta’ Malta, pprezenta t-trofej lis-sidien tal-ewwel erba’ zwiemel u lis-sewwieq tar-rebbieh Noel Baldacchino.


It-tigrijiet l-ohra kienu fuq distanza ta’ 2,140m.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier nhar il-Hadd li ghadda, zieda fil-velocita’ fl-ahhar nofs dawra wasslet lil Net de Ginai biex jiehu l-kmant u jzommu sat-tmiem, biex ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’hin ta’ 1’19’8 fil-kilometru, tul quddiem Veikko Hornline, segwit minn Argus Hanover u Sultan November.


Carnegie Hall mar quddiem kmieni fit-tigrija ta’ wara ta’ l-oghla klassi, izda Nevaio des Bordes attakka b’sahhtu fl-ahhar 400m, ha l-kmant u kiseb ir-raba’ rebha stagjonali tieghu, zewg tulijiet quddiem True Q, segwit minn Utah Hornline u Belafone, fl-ahjar hin tal-laqgha ta’ 1’17’4 fil-kilometru.


Kellna wkoll tlett tigrijiet tal-klassi Gold fil-programm ta’ nhar il-Hamis li ghadda.


Eject kienu fuq quddiem matul l-ewwel tigrija kollha u kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’hin ta’ 1’16’7 fil-kilometru, zewg tulijiet u nofs quddiem Jerry Eme, segwit minn Natif de l’Hommee u L’Ideal de Fersan.


Imbaghad, Energy Launcher attakka liz-ziemel ta’ quddiem Natif de Fontaine fl-ahhar 350m u mar fuq quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem fi triqtu lejn l-ewwel rebha stagjonali tieghu u l-promozzjoni ghall-klassi Premier, tul quddiem dan ta’ l-ahhar, segwit minn Janitor u Troubadour S fit-tieni l-aqwa hin tal-laqgha ta’ 1’16’1 fil-kilometru.


L-ahhar tigrija tal-klassi Gold rat taqtiegha eccitanti ras-imb-ras bejn hames zwiemel tat-trott fid-dritta tat-tmiem, b’Noble d’Ete jigi min-nahat ta’ barra bi sprint qawwi biex kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu u l-promozzjoni ghall-klassi Premier fl-ahjar hin tal-laqgha ta’ 1’16’0 fil-kilometru, nofs tul minn Reado November, segwit minn Ouragan d’Any u Nick de Touchyvon.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva hames rizultati ta’ testijiet tad-doping, li kollha jirreferu ghal finali tal-Kampjonat tal-Harifa u Condition Races Cassar Petroleum li nzammu fit-28 t’Ottubru 2012. 


Prosit tassew lis-sidien u t-trejners ta’ Troy Boshoeve, Zilver Boko u Livi Cantona (l-ewwel tlett zwiemel li ppjazzaw fil-finali tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum), Netter Williams (rebbieh tal-Condition race ghall-klassi Gold Cassar Petroleum) u Simb From Abroad (rebbieh tal-Condition race ghall-Klassi Silver Cassar Petroleum), li r-rizultati taghhom ikkonfermaw li kollha kienu nodfa minn sustanzi projbiti.


Michael Sultana fi Franza


Nghidu prosit ukoll lill-gerrej Michael Sultana talli rnexxielu jikseb it-tieni post fil-Prix de Badou (1,500m) fil-korsa ta’ Pau gewwa Franza, meta kien qed isuq iz-ziemel tal-galopp ta’ erba’ snin Dasho.


Xahar ta’ tigrijiet mill-aqwa


Kull xahar tal-istagun tat-tigrijiet ghandu l-attrazzjonijiet tieghu, izda x-xhur ta’ Gunju u Dicembru, fi tmiem l-ewwel u t-tieni parti tal-istagun rispettivament, jinkludu l-akbar numru ta’ finali.


Dan ix-xahar prattikament kull laqgha tinkludi attrazzjonijiet brillanti ta’ natura mill-aktar varjata, b’tigrijiet sprint fuq distanza ta’ 1,640m, diversi tigrijiet fuq 2,140m u numru ta’ finali fuq 2,640m.


Beda bi tmien semi-finali missielta mill-kampjonat ghaz-zwiemel tat-trott Francizi, imbaghad kellna laqgha attraenti b’tigrijiet “normali” b’zewg tigrijiet tal-klassi Premier, segwita mill-laqgha tat-Tazza tal-President, issa l-finali ghaz-zwiemel tat-trott Francizi.


Fl-ahhar gimghatejn tas-sena, ghandna naraw aktar attrazzjonijiet, bit-Tazza KPH tinvolvi zwiemel tal-klassijiet Premier u Gold jigru fuq 1,640m, b’semi-finali u finali fl-istess gurnata f’sistema bi stil tal-Elitlopp u mbaghad l-istagun jaghlaq bil-kbir bl-ahjar zwiemel mit-Tazza tal-President u mill-finali tal-Prix de Vincennes jisfidaw lil xulxin ghat-Tazza VOB fuq distanza ta’ 2,640m.


Il-kitba hija miftuha wkoll ghal attrazzjoni ohra ewlenija, cioe’ il-Coronation Cup, l-aqwa tigrija tal-galopp sprint fil-kalendarju tat-tigrijiet Malti.  Hija hasra li sakemm qed niktbu dan l-artiklu, l-kitba ghal din il-finali ghadha ferm limitata, bil-possibilita’ li din ma tinzammx din is-sena.


Il-kitba hija miftuha wkoll ghal zewg aspetti ohra li ghandna ma rajniex dan l-istagun, cioe’ tigrijiet monte’ u dawk tas-sidien.  Dawn tal-ahhar huma tipikament popolari, filwaqt li hija hasra li t-tigrijiet monte’, dixxiplina tant sabiha li tista’ zzid tant varjeta’ fix-xena tat-tigrijiet Maltija, dejjem tbati biex issib partecipanti f’Malta, minhabba fost l-ohrajn ragunijiet ta’ tradizzjoni u nuqqas ta’ gerrejja bizzejjed.


Mhux biss it-tigrijiet huma varjati u spettakulari dan ix-xahar, izda anki l-isfont fil-korsa, b’varjeta’ ta’ attrazzjonijiet ghall-familja kollha.


Ghaldaqstant per ezempju, tant kont impressjonat bl-atmosfera matul il-laqgha tat-Tazza tal-President.  Il-prezenza tal-Kap ta’ l-Istat Malti miexi fost l-ispettaturi, jindirizza l-pubbliku dilettant tat-tigrijiet, jipprezenta tifkiriet tal-okkazjoni lis-sewwieqa partecipanti u jmexxi c-cerimonja tal-ghoti tal-premjijiet, ipprovdiet atmosfera statali fil-korsa u rikoxximent tal-importanza ta’ dan l-isport f’Malta.


Dan kellu bhala kontorn il-parata fil-korsa tad-Divizjoni tal-Kavallerija tal-Pulizija, l-kant tal-Innu Nazzjonali Malti mill-kantant maghruf Enzo Gusman, il-parata taz-zwiemel partecipanti, il-gabra ghall-Community Chest Fund, il-prezenza apprezzata tar-rebbieh tal-Midalja tad-Deheb fid-Double Trap fl-Olimpjadi Peter Wilson li gie jgawdi wara nofsinhar fil-korsa matul iz-zjara tieghu f’Malta ecc.


Izda b’mod partikulari ghogobni hafna r-rwol centrali li gie moghti lit-tfal f’din l-okkazjoni.  Mit-tigrija bil-ponijiet Shetland ghal sewwieqa ckejknin, ghall-parata tat-tfal isuqu l-ponijiet u jwasslu s-sewwieqa ghat-tigrija principali, ghall-prezentazzjoni ta’ fjuru minn tfal bniet lis-sewwieqa partecipanti u l-prezentazzjoni ta’ tifkira tal-okkazjoni lit-tfal mill-President ta’ Malta.


It-tfal huma mhux biss il-futur tal-isport taghna izda wkoll il-prezent, bil-partecipazzjoni taghhom turi li t-tigrijiet taz-zwiemel mhuwiex sport ghall-kbar biss.  Izda b’mod partikolari dan jenfasizza l-fatt li l-korsa tal-Marsa tista’ tkun tabilhaqq post ghal pjacir onest ghall-familja kollha.


Prosit tassew lill-Malta Racing Club u lil dawk il-voluntieri li ghamlu tant xoghol siewi fl-ippjanar u l-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment li kien success mill-aqwa, u l-ahhar izda mhux l-anqas lill-isponsors li minghajr is-support taghhom dan kollu ma kienx ikun possibbli.



Nixtiequlkom laqgha ohra eccitanti nhar il-Hadd li gej.