Monday 24th December 2012
Id-59 u s-60 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – it-23 u t-30 ta’ Dicembru

minn Magnat


Dawn iz-zewg programmi jaghlqu l-istagun 2012 fil-korsa tal-Marsa. Il-laqgha tat-23 ta’ Dicembru ghandha programm ta’ ghaxar tigrijiet li jibdew fis-1.30pm u jikkonsistu f’disa’ tigrijiet tat-trott u wahda tal-galopp, filwaqt li l-ahhar laqgha tal-istagun tikkonsisti fi 12-il tigrija tat-trott u tibda’ fis-1pm.


Dawn iz-zewg laqghat jinkludu varjeta’ ta’ attrazzjonijiet. L-aktar wahda prestigjuza hija probabbli l-finali tat-Tazza VOB fuq distanza ta’ 2,640m li tpoggi kontra xulxin 12-il ziemel tal-klassi Premier li ppjazzaw fl-ewwel sitt postijiet fil-finali tat-Tazza tal-President u fil-finali tal-Prix de Vincennes.


Il-lista shiha ta’ dawn il-finalisti (10 zwiemel imsewwija, stalljun wiehed u debba wahda) f’etajiet ta’ bejn 6 u 14-il sena u gejjin minn Franza, l-Germanja, l-Olanda u l-iSvezja, hija:


1. Milord Barbes, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro231,990 u l-ahjar hin ta’ 1’14’2 fil-kilometru. Huwa ghandu 4 rebhiet (inkluz il-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier 2012) u 12-il pjazzament minn mindu ddebutta f’Malta f’Marzu 2011 u l-ahjar hin fostna ta’ 1’14’6 fil-kilometru fuq 2,140m (1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m);
2. Natieu d’Echal, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro207,585 u l-ahjar hin ta’ 1’13’6 fil-kilometru. Huwa ghandu 6 pjazzamenti mid-9 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m (bl-ahjar hin fuq 2,640m jkun 1’15’7 fil-kilometru);
3. Shakira Trot, Svediza ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,477,200 u l-ahjar hin ta’ 1’12’0 fil-kilometru. Hija kisbet zewg rebhiet u erba’ pjazzamenti mit-tmien tigrijiet taghha f’Malta, u ghandha l-ahjar hin fostna ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m (bl-ahjar hin fuq 2,640m jkun 1’16’9 fil-kilometru);
4. Magic de Assigny, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro344,350 u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru. Huwa ghandu 9 pjazzamenti mis-17-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m (bl-ahjar hin fuq 2,640m jkun 1’15’6 fil-kilometru);
5. Nabab du Chatelet, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro205,198 u l-ahjar hin ta’ 1’13’9 fil-kilometru. Huwa rebah 5 darbiet (inkluz il-Prix de Vincennes ta’ dan ix-xahar) u ppjazza darbtejn mill-15-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 2,640m;
6. Kakisis, Franciz ta’ 14-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro554,696 u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru. Huwa rebah 10 darbiet (inkluzi l-Kampjonat tal-Harifa Dragonara 2010 u t-Tazza l-Kbira Emirates 2011) u ppjazza 19-il darba ohra minn mindu ghamel id-debutt tieghu fostna aktar minn 3 snin u nofs ilu, u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m.
7. Zilver Boko, Olandiz ta’ 6 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK235,743 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru. Huwa rebah 7 darbiet (inkluz it-Tazza Sette Giugno ta’ din is-sena) u ppjazza 8 darbiet ohra (mhux inqas mit-tielet post) fil-15-il tigrija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m (bl-ahjar hin fuq 2,640m jkun 1’16’0 fil-kilometru);
8. Mont Cenis Honey, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro339,520 u l-ahjar hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru. Huwa ghandu 6 rebhiet (inkluzi l-Prix de Vincennes ta’ Dicembru 2010 u t-Tazza tal-President ta’ dan ix-xahar) u 2 pjazzamenti mill-15-il tigrija tieghu f’Malta u l-ahjar hin fostna ta’ 1’14’8 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m (bl-ahjar hin fuq 2,640m jkun 1’15’7 fil-kilometru);
9. Label Chouan, Franciz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro222,716 u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru. Huwa rebah 9 darbiet (inkluz il-Prix de Cabourg ta’ Dicembru 2011 u t-Tazza VOB ta’ Gunju 2012) u ppjazza 10 darbiet ohra minn mindu ddebutta f’Malta fi Frar 2010, bl-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m (1’15’5 fil-kilometru fuq 2,640m);
10. Troy Boshoeve, Germaniz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ DNK875,380 u l-ahjar hin ta’ 1’14’7 fil-kilometru. Huwa kiseb 2 rebhiet (inkluz il-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum ta’ din is-sena) u 9 pjazzamenti mit-22 tigrija tieghu fostna bl-ahjar hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m (1’15’7 fil-kilometru fuq 2,640m);
11. Oltedo de Rieux, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro183,230 u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru. Huwa rebah darbtejn u ppjazza darba mit-tlett tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’4 fil-kilometru fuq 2,640m;
12. Mystere d’Urfist, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro302,630 u l-ahjar hin ta’ 1’13’2 fil-kilometru. Huwa ghandu 2 rebhiet u 7 pjazzamenti mill-15-il tigrija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m.


B’xejn inqas minn 50 rebha (inkluz 10 kampjonati) u 89 pjazzament bejniethom u b’sitt rebbieha ta’ kampjonati din is-sena, dawn iz-zwiemel jippromettu tigrija u tmiem spettakolari ghal dan l-istagun.


Nhar il-Hadd 23 ta’ Dicembru, ghandna wkoll l-aqwa finali sprint tal-galopp, il-Coronation Cup, fuq distanza ta’ 1,250m.

Ghandna biss erba’ partecipanti (2 zwiemel imsewwija u 2 stalljuni) f’din it-tigrija din is-sena, izda dawn kollha ghandhom kredenzjali eccellenti biex jirbhu:


1. Cheeky Jack, Amerikan ta’ 8 snin, li ghandu 5 rebhiet u 5 pjazzamenti mill-11-il tigrija tieghu f’Malta;
2. Darielli, Amerikan ta’ 5 snin, li ghandu 2 rebhiet u pjazzament mill-4 tigrijiet tieghu f’Malta;
3. Timolin, Germaniz ta’ 5 snin, li ghandu 3 rebhiet u 3 pjazzamenti mis-6 tigrijiet tieghu f’Malta;
4. Little Anthony, Irlandiz ta’ 4 snin, li ghandu 3 pjazzamenti mill-4 tigrijiet tieghu f’Malta.


Nawguraw finali eccitanti bil-kwalita’ tal-partecipanti certament tpatti ghan-numru relattivament ristrett tal-kompetituri.


Fl-istess gurnata, ghandna wkoll numru ta’ tigrijiet tat-trott “normali” fuq distanza ta’ 2,140m. Dawn jinkludu zewg tigrijiet tal-klassi Premier, li jaraw diversi zwiemel li jinsabu f’forma tajba, bhar-rebbieha ta’ dan l-ahhar fil-klassi Gold Energy Launcher, Noble d’Ete, Argus Hanover u ohrajn fl-ewwel wahda u rebbieha jew zwiemel li spiccaw fit-tieni post fil-klassi Premier dan l-ahhar Net de Ginai, Count of Life, Nino de Saintho, Nevaio de Bordes, Nuage de Bourgogne, True Q u ohrajn.


L-iSvediz ta’ hames snin Markus Klipp huwa miktub biex jaghmel id-debutt tieghu f’wahda mit-tigrijiet tal-klassi Gold.


Imbaghad fl-ahhar Hadd tas-sena, apparti l-Gran Finali VOB u xi tigrijiet “normali”, ghandna wkoll hames tigrijiet “tas-sidien” ghall-klassijiet Copper, Bronze, Silver (tnejn) u Gold. Dawn ghandhom jipprovdu lil numru ta’ sidien l-opportunita’ li jsuqu z-zwiemel taghhom u jittestjaw il-kapacita’ taghhom bhala sewwieqa fl-ahhar laqgha tal-istagun.


Qed intemmu stagun iehor ta’ success u ghal darb’ohra se nergghu nilhqu l-marka ta’ 60 laqgha. Madankollu dawn l-ahhar zewg laqghat huma ‘l boghod milli jkunu biss laqghat “normali”, izda tabilhaqq jinkludu finali prestigjuza kemm ghal zwiemel tal-galopp kif ukoll ghal dawk tat-trott u aspetti pjacevoli ohra li jkomplu jixghelu dan l-istagun ta’ festi.


L-ahhar Laqgha


L-ahhar laqgha kienet bla dubju ddominata mill-hames finali SECF riservati ghal zwiemel tat-trott Francizi fuq distanza ta’ 2,640m.


L-aqwa finali kienet naturalment il-Prix de Vincennes ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier, bi 11-il partecipant. Nuage de Bourgogne ha l-kmant fil-bidu u zammu sa madwar nofs dawra mit-tmiem. Imbaghad, mar quddiem Nabab du Chatelet izda fid-dritta tat-tmiem huwa sofra l-attakk ta’ Nino de Saintho b’dan tal-ahhar ighaddi l-gister l-ewwel.


Madankollu Nino de Saintho gie skwalifikat fuq il-girja, b’Nabab du Chatelet (Charles Camilleri) jikseb il-hames rebha stagjonali tieghu u jirbah il-prestigjuz Prix de Vincennes f’hin ta’ 1’15’4 fil-kilometru, ras quddiem Oltedo de Rieux li kellu tmiem qawwi, b’Label Chouan u Magic de Assigny jiksbu l-pjazzamenti l-ohra.


Night Inlet (Noel Baldacchino) kien fuq quddiem matul il-finali kollha tal-Prix d’Enghien (klassi Gold) biex fl-ahhar spicca tul u nofs quddiem Magnifique Sablais, b’Niky de Memartin u Quebec jiehdu t-tielet u r-raba’ post rispettivament. Ghal Night Inlet, din kienet il-hames rebha stagjonali u r-raba’ wahda konsekuttiva, f’hin ta’ 1’16’2 fil-kilometru.


Prao de Bussy kien fil-kmant ghall-bicca l-kbira tal-finali tal-Prix de Cabourg (klassi Silver) izda ma setax jirrezisti l-isfida ta’ diversi zwiemel fid-dritta tat-tmiem, bl-aktar wiehed veloci jkun Korentin (Julian Farrugia) li kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’15’9 fil-kilometru, tul quddiem Orage du Pont, segwit minn Narcus du Roc u Prao de Bussy f’dik l-ordni.


Fil-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze), Ouragan de Crouay (Larson Mifsud) kien fuq quddiem prattikament matul it-tigrija kollha, izda ffacca diversi sfidi fid-dritta tat-tmiem, biss xorta spicca biex ha r-raba’ rebha stagjonali tieghu b’nofs tul minn Polytain, segwit minn Mezio Josselyn u Nereus Galbe. Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’18’8 fil-kilometru.


Finalment, fil-Prix de Caen (klassi Copper), kellna taqtiegha interessanti ras imb’ras fid-dritta tat-tmiem bejn l-ewwel zewg zwiemel, Neron Pierji (Julian Farrugia) u Nox Blue. Ta’ l-ewwel ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’nofs tul f’hin ta’ 1’17’8 fil-kilometru minn Nox Blue, segwit minn Kaolin de Bannes u Loulou de la Rose.


Is-Sur Benoit Fabrega, ufficjal gholi mill-SECF, ipprezenta l-premjijiet lis-sidien u s-sewwieqa taz-zwiemel kollha li rebhu jew ippjazzaw f’dawn il-finali.


Fl-istess programm, kellna wkoll hames tigrijiet tat-trott “normali” fuq distanza ta’ 2,140m, inkluz zewg tigrijiet interessanti tal-klassi Gold.


Fl-ewwel wahda, Love Heart kien fuq quddiem prattikament matul it-tigrija kollha biex spicca tul quddiem Lime Casted, b’Hulot u Oolong jiehdu l-pjazzamenti l-ohra. Din kienet it-tieni rebha stagjonali ghar-rebbieh li rregistra hin ta’ 1’16’7 fil-kilometru.


Fit-tieni wahda, rajna kumbattiment interessanti bejn tlett zwiemel fid-dritta tat-tmiem, b’Okir de Leau jaqsam il-linja tat-tmiem l-ewwel, ras quddiem Darco As. Madankollu Okir de Leau gie skwalifikat fuq il-girja b’Darco As jiehu t-tielet rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru, ras quddiem Kapro Wareco, segwit minn Plaisir d’Amour u Novak.


It-tigrijiet l-ohra ntrebhu minn Olifant du Pouy (klassi Silver – it-tieni rebha stagjonali), Jens (klassi Bronze – l-ewwel rebha stagjonali) u Luriga Liz (klassi Copper – it-tieni rebha stagjonali).


Rizultat ta’ test tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva rizultat iehor ta’ test tad-doping, li jirreferi ghall-finali tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum mizmuma fit-28 t’Ottubru 2012.


Prosit tassew lis-sidien u t-trejners ta’ Shakira Trot li r-rizultat taghha kkonferma li kienet nadifa minn sustanzi projbiti.


Rebha ghal Michael Sultana fi Franza


Nawguraw mill-gdid lill-gerrej Michael Sultana talli rnexxielu jirbah il-Prix de Bordes fil-korsa ta’ Pau fit-18 ta’ Dicembru, meta kien qed isuq lil Kimberley Downs li kien jigri f’Malta fil-passat. Din it-tigrija kienet fuq distanza ta’ 2,400m.


Il-Finali tat-Tazza VOB 1984-85


Bhala preludju ghall-finali tat-Tazza VOB ghal tmiem din is-sena, se naghtu harsa lejn edizzjoni ohra mill-aqwa ta’ din it-Tazza, dik li nzammet fl-istagun 1984-85 (28 sena ilu) li kellha tmiem eccitanti u kienet riservata wkoll ghall aqwa zwiemel f’Malta, dak iz-zmien dawk tal-klassi A1.


Is-sistema li ntuzat dik is-sena kienet tara zewg semi-finali, bl-ewwel sitt zwiemel minn kull wahda jghaddu ghall-finali. Is-semi-finali nzammu fid-9 ta’ Dicembru 1984 u l-ideja kienet li l-finali tinzamm gimghatejn wara, ezatt qabel il-Milied. It-distanza ta’ dan il-kampjonat kienet ta’ 2,640m.


L-ewwel semi-finali kienet tinkludi 14-il partecipant b’Kasco jiehu kmant bikri izda b’tibdiliet kostanti fost iz-zwiemel li kienu qed isegwuh. Kasco zamm fuq quddiem sat-tmiem izda kellna sfida qawwija ghall-pjazzamenti, li fl-ahhar marru ghal Iman Pacha, Kadet du Mont, Jaguar du Nord, Karim de Causse u Koqsour f’dik l-ordni.

Ivry ddomina fost l-10 partecipanti fit-tieni semi-finali, meta kien fuq quddiem mill-bidu sat-tmiem u rebah fil-hin tajjeb hafna ta’ 1’18’6 fil-kilometru. Ir-rebbieh gheleb liz-ziemel li spicca fit-tieni post Kypro Pile b’madwar zewg tulijiet u z-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw kienu Joyeux du Cadran, Jollus, Issou u Gretz.


Madankollu, l-finali fil-fatt ma saritx fit-23 ta’ Dicembru, ghax il-kundizzjonijiet hziena tat-temp ikkawzaw il-postponiment taz-zewg laqghat li kien imiss u b’hekk il-finali setghet tinzamm biss fis-6 ta’ Jannar 1985.


Diversi grajja sehhew matul dik il-laqgha b’numru ta’ gerrejja jipprotestaw fil-korsa u jiddeciedu f’nofs il-programm li ma jkomplux jippartecipaw fit-tigrijiet, wara li x-xita kienet holqot certu ammont ta’ tajn fil-korsa. Dan ikkawza dewmien ta’ 30 minuta, bid-decizjoni tal-gerrejja tohloq bosta argumenti fost il-pubbliku u wkoll fost is-sewwieqa nfushom.


Izda l-finali nzammet u tabilhaqq kienet denja tal-aspettativi kollha. Gretz gie skraccjat biex halla hdax-il ziemel tat-trott biex jikkontestaw dan il-premju prestigjuz.


Issou ha l-kmant kmieni fit-tigrija u ghamel bicca xoghol tajba biex irrezista l-isfidi kollha sad-dritta tat-tmiem. Kypro Pile kien inzamm ipparkjat wara z-zwiemel ta’ quddiem izda pproduca sprint mill-aqwa fuq in-nahat ta’ barra fid-dritta tat-tmiem, biex gie ras imb’ras ma’ Issou li wkoll irrejagixxa billi zied il-velocita’ tieghu u z-zewg zwiemel dehru li waslu fuq il-gister flimkien, biex hallew id-decizjoni finali fuq ir-rebbieh ghall-photo-finish.


Fl-ahhar ir-rebha hadha Kypro Pile b’imnieher minn Issou, li gie segwit mir-rebbieha taz-zewg semi-finali, Kasco u Ivry f’dik l-ordni. Is-sewwieq tieghu kien France Cassar, li ghadu sewwieq ta’ success sal-lum, u rebah l-unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Lulju 2012.


Interessanti li Kypro Pile dak iz-zmien kellu 9 snin u kien beda jtellaq f’Malta f’Marzu 1984. L-istagun 1984 -85 kien l-ahjar wiehed tieghu hawnhekk, meta rnexxielu jirbah 6 darbiet u jiehu 8 pjazzamenti ohra. Huwa kompla jtellaq hawnhekk sal-1989, u spicca b’total ta’ 12-il rebha u 26 pjazzament fil-karriera ta’ hames snin u nofs tieghu fostna.


Nisperaw li l-finali li gejja tipprovdilna wkoll tigrija eccitanti, biex b’hekk taghtina tmiem xieraq ghal stagun tat-tigrijiet iehor ta’ success.


Nawgurawlkom zewg laqghat eccitanti biex naghlqu l-istagun fuq nota brillanti, u niehdu l-opportunita’ biex nixtiequlkom u l-mahbubin taghkom Milied mill-aktar hieni u Sena Gdida mimlija risq u sahha.