Saturday 26th January 2013
L-1 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – is-27 ta’ Jannar

minn Magnat


“Telqu!”  Kif kien ighid il-kummentatur.


L-istagun 2013 jibda’ nhar il-Hadd 27 ta’ Jannar bi programm ta’ tmien tigrijiet kollha tat-trott, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.30pm.  It-tigrijiet kollha huma fuq distanza ta’ 2,140m.


Il-waqfa mit-tigrijiet ta’ erba’ gimghat f’dan ix-xahar intuzat mill-Malta Racing Club biex isiru xoghlijiet ta’ manutenzjoni mill-aktar utli fil-korsa inkluz xoghol fuq l-art tal-korsa, bl-oghti ta’ ramel gdid li ghandu jtejjeb il-kwailita’ taghha ghall-beneficcju taz-zwiemel taghna.  Is-sewwieqa u t-trejners huma mhegga sabiex izommu f’mohhhom li issa l-wicc tal-korsa huwa aktar artab specjalment fl-ewwel gimghat u b’hekk biex jahdmu bil-galbu necessarju sabiex iderru z-ziemel taghhom ghalih.


Wara li spiccajna l-istagun li ghadda b’mod brillanti b’laqgha ta’ tmiem is-sena mill-aqwa li lahqet il-qofol taghha bil-finali tat-Tazza VOB, bhas-soltu l-istagun il-gdid jibda’ b’sett ta’ tigrijiet “normali”, li pero’ jinkludi wkoll aspetti attraenti.


Il-qofol tal-gurnata ghandha tkun it-tigrija tal-klassi Premier li ghandha lista shiha ta’ 16-il partecipant, inkluz diversi zwiemel popolari, bhar-rebbieh tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum 2012 Troy Boshoeve, r-rebbieh tat-Tazza Assikura A tal-2011 Count of Life u numru ta’ zwiemel li kienu fost ir-rebbieha s-sena l-ohra, True Q, Net de Ginai, Nec Carmolo, Versace Boko, Indian Attack, Orion du Vaumicel, Skip Dimanche u Nicos de Peneme.


Id-debuttant Franciz Olbo King huwa wkoll miktub biex jiddebutta f’din it-tigrija.


It-tigrija tal-klassi Gold ghandha l-istess numru ta’ partecipanti bil-bicca l-kbira taghhom jkunu jew rebhu (Keeping Quality, Darco As u Charm Hammering) jew ippjazzaw (Matador Knick, Onyx Speed, Key Value, Nick de Touchyvon, Ironbar, Jerry Eme, Oolong u Petrus du Vivier) ix-xahar li ghadda.


Bhal ma hu l-kaz tat-tigrijiet kollha, d-domanda hija jekk iz-zwiemel li kienu f’forma tajba ftit gimghat ilu zammewx il-forma taghhom wara din il-waqfa u jekk dawk li kienu qed ifittxu li jtejjbu l-forma taghhom irnexxielhomx jaghmlu hekk matul dan iz-zmien.


It-tigrijiet l-ohra f’din il-laqgha jikkonsistu fi tlieta ghall-klassi Silver, zewg tigrijiet ghall-klassi Bronze u wahda ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper.  Bl-oppost tat-tigrijiet tal-klassijiet Premier u Gold, m’hemmx hafna partecipanti f’dawn it-tigrijiet kollha (il-massimu huwa 13-il ziemel), li b’hekk ghandu jwassal ghal tigrijiet pjuttost miftuha, li jixxiehbu ma’ finali.


Zewg zwiemel ohra huma miktuba biex jiddebuttaw f’dawn it-tigrijiet, cioe’ l-Olandiz You Cant Be Me u l-iSvediz Claude Carnevale it-tnejn fil-klassi Bronze.


It-tfassil tal-programm jaghti kas ukoll tal-fatt li fl-istess hin ta’ din il-laqgha, wahda mit-tigrijiet ewlenin fil-kalendarju tat-tigrijiet internazzjonali, il-Grupp 1 per eccellenza l-Grand Prix d’Amerique se tinzamm fuq id-distanza ta’ 2,700m fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi.  Ghaldaqstant, qed jithallew 45 minuta bejn il-5 u s-6 tigrija sabiex jippermettu lill-ispettaturi jsegwu din it-tigrija internazzjonali fuq l-iskrijns gewwa l-korsa.


Ghalhekk kollox jinsab lest ghall-bidu ta’ stagun iehor.  Jalla jkun stagun iehor ta’ pjacir, spettakolari u ta’ success bhal ma kien il-kaz ghall-ahhar snin, izda b’mod partikolari, jalla l-azzjonijiet taghna kollha jigu ggwidati minn spirtu qawwi ta’ sportivita’. 


L-ahhar Laqghat


L-aktar tigrija importanti tal-ahhar zewg laqghat tal-2012 kienet minghajr dubbju l-finali ghat-Tazza VOB ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,640m, li rat fl-azzjoni liz-zwiemel bl-ahjar pjazzamenti fil-finali tat-Tazza tal-President u tal-Prix de Vincennes.


Zilver Boko ha kmant bikri fil-qatta’ ta’ ghaxar zwiemel, kmant li zamm sa madwar 700m mit-tmiem, meta huwa nqabez minn Nabab du Chatelet, li kien gradwalment tela ‘l quddiem mill-postijiet ta’ wara.


Fl-istess mument Kakisis (misjuq minn Johann Axisa) li sa dak il-hin kien jinsab fit-tmien posizzjoni beda sprint impressjonanti min-nahat ta’ barra, li bih qabez ziemel wara l-iehor sakemm madwar 370m mit-tmiem gie ras’imb’ras ma’ Nabab du Chatelet, qabzu u ha vantagg sod li zamm sat-tmiem.


Iz-ziemel ta’ 14-il sena Kakisis b’hekk kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu u t-Tazza VOB aktar minn 3 tulijiet quddiem Nabab du Chatelet li spicca fit-tieni post, segwit minn Oltedo de Rieux, Shakira Trot u Label Chouan.  Fil-process huwa rregistra hin mill-aqwa ta’ 1’14’9 fil-kilometru, l-ahjar hin fuq din id-distanza f’Malta ghall-ahhar 3 snin u nofs, l-aqwa hin tieghu f’Malta u kumbinazzjoni l-istess medja li rregistra fil-korsa ta’ Vincennes fl-ahhar tigrija tieghu fi Franza (fuq id-dahar – 2,850m) aktar minn 4 snin ilu.


Il-finali tal-Coronation Cup ghaz-zwiemel tal-galopp, l-aktar tigrija tal-galopp importanti fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m, inzammet matul il-laqgha ta’ qabel tal-ahhar (23 ta’ Dicembru).  Kellna biss erba’ partecipanti izda l-kwalita’ tat-tigrija pattiet ghan-numru zghir ta’ partecipanti.


Iz-ziemel ta’ 8 snin Cheeky Jack mill-ewwel mar quddiem bi ftit minn Timolin u din it-tigrija zviluppat fi sfida matul it-triq kollha bejn dawn iz-zewg zwiemel u Darielli.  Cheeky Jack (Demis Zammit), irnexxielu jzomm il-vantagg sat-tmiem wara li rrezista l-attakk b’sahhtu ta’ Timolin li spicca biss nofs tul wara r-rebbieh u Darielli li spicca biss nofs tul warajh.  Din kienet ir-raba’ rebha tal-istagun ghal Cheeky Jack.


Fl-istess laqgha, kellna wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,140m.  Fl-ewwel wahda, z-ziemel ta’ quddiem Indian Attack ma setax jirrezisti l-attakk ta’ Normand d’Oger u kellu jcedi l-kmant madwar nofs dawra mit-tmiem.  Normand d’Oger zamm tajjeb sat-tmiem biex rebah l-ewwel tigrija tieghu f’Malta tul quddiem Argus Hanover li ppreceda lil ST Andrew L.B. u Noble d’Ete f’dik l-ordni, f’hin ta’ 1’15’4 fil-kilometru.


It-tieni tigrija tal-klassi Premier kellha tmiem aktar eccitanti hekk kif xejn inqas minn sitt zwiemel sfidaw lil xulxin matul l-ahhar 300m, bit-tigrija tigi rizolta permezz ta’ sprint ras’imb’ras bejn Nino de Saintho u Nevaio des Bordes, b’ ta’ l-ewwel jikseb it-tieni rebha stagjonali tieghu b’ras biss quddiem dan ta’ l-ahhar f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’0 fil-kilometru.  Skip Dimanche u Versace Boko spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.


Inzammu erba’ tigrijiet tal-klassi Gold (dejjem fuq id-distanza ta’ 2,140m) f’dawn iz-zewg laqghat.


Sprint qawwi min-nahat ta’ barra fl-ahhar nofs dawra wassal lil Power Night Star biex jiehu vantagg decisiv fl-ewwel wahda.  Dan iz-ziemel spicca biex ha t-tieni rebha stagjonali tieghu xi zewg tulijiet quddiem Ygor of Pass, li kien segwit minn Key Value u Janitor rispettivament, f’hin ta’ 1’15’8 fil-kilometru.


It-tieni wahda pprovdiet sfida interessanti ras’imb’ras fid-dritta tat-tmiem, bil-photo finish jaghti lil Keeping Quality l-ewwel rebha taghha f’Malta f’hin ta’ 1’16’2 fil-kilometru, imnieher biss quddiem Ironbar, segwit minn Charm Hammering u Matador Knick.


L-ewwel tigrija tal-klassi Gold fl-ahhar laqgha tal-istagun kienet wahda mit-tigrijiet tas-Sidien.  Din intrebhet minn Niky du Donjon li zied fil-velocita’ b’mod qawwi fl-ahhar bejn wiehed u iehor 300m, ha vantagg decisiv u kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’17’5 fil-kilometru, kwazi zewg tulijiet quddiem Enjoy Kronos, segwit minn Otas Fighter u Baron G.L. f’dik l-ordni.


Fl-ahhar tigrija tal-klassi Gold, Orage du Pont kiseb il-hames rebha stagjonali tieghu meta ddomina d-dritta tat-tmiem u spicca rebbieh relattivament facilment b’madwar tlett tulijiet quddiem Petrus du Vivier, segwit minn Oolong u Hulot, f’hin ta’ 1’16’1 fil-kilometru.


Kien aspett interessanti li fil-laqgha tat-30 ta’ Dicembru, il-Malta Racing Club laqghet bi pjacir lil Patri Mario Attard, dilettant tat-tigrijiet taz-zwiemel, li kien sab ispirazzjoni fit-tigrijiet taz-zwiemel meta kien qed jirkupra minn attakk tal-qalb li sofra f’eta relattivament zghira.  Fost l-ohrajn, Patri Mario gie misjuq madwar il-korsa mis-sewwieq veteran Raymond Clifton, indirizza l-ispettaturi u gie pprezentat b’ritratt tal-leggenda tat-tigrijiet Isard du Pont.


F’dik il-laqgha l-Malta Racing Club ippremja wkoll lil Noel Baldacchino bhala r-rebbieh tal-Unur tas-Sewwieq Campjin ghall-2012.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva tnax-il rizultat iehor ta’ testijiet tad-doping, li jirreferu ghall-finali tat-Tazza tal-President u ghall-finali SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi li nzammu fit-13 u fis-16 ta’ Dicembru 2012 rispettivament kif ukoll il-Coronation Cup mizmuma fit-23 ta’ Dicembru 2012.
 
Prosit tassew lis-sidien u t-trejners ta’ Mont Cenis Honey, Kakisis, Zilver Boko u Shakira Trot (iz-zwiemel li ppjazzaw fl-ewwel erba’ postijiet fil-finali tat-Tazza tal-President) u Nabab du Chatelet, Oltedo de Rieux, Label Chouan u Magic de Assigny (iz-zwiemel li ppjazzaw fl-ewwel erba’ postijiet fil-finali tal-Prix de Vincennes), Night Inlet (rebbieh tal-finali tal-Prix d’Enghien), Korentin (rebbieh tal-finali tal-Prix de Cabourg), Ouragan de Crouay (rebbieh tal-finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer), Neron Pierji (rebbieh tal-finali tal-Prix de Caen), Cheeky Jack u Timolin (ir-rebbieh u z-ziemel li spicca fit-tieni post fil-finali tal-Coronation Cup), li r-rizultati taghhom ikkonfermaw li kollha kienu nodfa minn sustanzi projbiti.


Fatti u Figuri 2012 (L-ewwel Parti): Zwiemel tat-trott debuttanti


Hekk kif qed nibdew stagun gdid, huwa xieraq li naghtu daqqa t’ghajn lejn dak li ghadu kif ghadda.  Huwa dibattibbli jekk “il-passat huwa l-mera tal-futur”, izda zgur nistghu nitghallmu hafna billi nanalizzaw il-passat qabel ma nharsu ‘l quddiem u nikkoncentraw fuq il-prezent u l-futur.


F’termini ta’ debuttanti, nistghu nghidu li l-2012 kienet sena “hekk u hekk”.  Kellna 211 ziemel tat-trott jiddebuttaw ( nezaminaw iz-zwiemel tal-galopp f’artiklu iehor), li huwa inqas mit-total ta’ kwazi kull sena bejn l-2000 u l-2011, ghalkemm dan in-numru xorta huwa ahjar mill-figuri li kienu jigu rregistrati fi kwazi kull sena sal-1999.  Il-figura tal-2012 hija 42 ziemel (jew 16.6%) inqas mit-total brillanti tal-2011.


M’ghandniex bizzejjed informazzjoni sabiex nidentifikaw ir-ragunijiet ghal dan in-nuqqas, ghalkemm l-istatistici juru li f’xi snin kien hemm tendenza li sena b’sahhitha tkun segwita minn sena dghajjfa, per ezempju r-rekord ta’ 261 debuttant fis-sena 2000 giet segwita minn 222 is-sena ta’ wara, l-250 li kellna fl-2004 gie segwit minn 221 fl-2005, ecc.


Ghal darb’ohra, s-sidien taz-zwiemel f’Malta urew preferenza qawwija ghaz-zwiemel imsewwija, b’aktar minn 78% tad-debuttanti jkunu zwiemel imsewwija (anki jekk dawn nizlu mis-86.6% tal-2011).  L-istalljuni kienu madwar 14% u d-dwieb qrib it-8%.


Ghal darb’ohra d-debuttanti Francizi u Svedizi kienu l-aktar numeruzi.  Franza kellha madwar 55% tad-debuttanti (fuq l-istess livelli tal-55.75% rregistrati s-sena l-ohra), anki jekk f’termini assoluti dawn naqsu b’25 ziemel, filwaqt li l-iSvezja kellha 29.9% (ftit inqas mit-32% tal-2011), bi tnaqqis ta’ 18-il ziemel f’termini assoluti.


Interessanti li l-pajjizi l-ohra zdiedu ftit f’termini reali (minn 31 ghal 32) u b’mod ftit aktar sinifikanti f’termini ta’ persentagg, cioe’ 15.1% imqabbel ma’ 12.25% fl-2011.  Kellna xejn inqas minn 8 pajjizi ohra rrapprezentati fost id-debuttanti taghna, l-aktar id-Danimarka (9 debuttanti) u l-Germanja (6 debuttanti), biz-17-il debuttant li fadal jinqasmu bejn l-Italja (4), l-Olanda (4), l-iStati Uniti (4), l-Finlandja (3), l-Belgju (1) u n-Norvegja (1).


Bhal fl-2011, il-klassi l-aktar popolari fost id-debuttanti baqghet il-klassi Silver (madwar 34.6%).  Din kienet segwita mill-qrib mill-klassi Gold (madwar 30.8%) u l-klassi Premier (madwar 28.4%) bil-madwar 6% li fadal jinghaqdu mal-komunita’ tat-tigrijiet Maltija fil-klassijiet Bronze u Copper.


Hafna mid-debuttanti (54.5%) ghamlu d-debutt taghhom fl-eta’ ta’ 9 snin (madwar 29.4%), segwiti mill-qrib miz-zwiemel ta’ 10 snin (madwar 25.1%).  Madwar 16.6% kienu zwiemel ta’ 8 snin, madwar 14.2% kellhom 11-il sena u 7.6% kien zwiemel ta’ 7 snin.  Is-7.1% li fadal kienu zwiemel ta’ 4, 5, 6 u 12-il sena.


Iz-zwiemel godda huma krucjali ghal kull komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel, ghaliex jissostitwixxu z-zwiemel li jieqfu jtellqu ghal raguni jew ohra.  Malta mhix eccezzjoni.  Nawguraw li l-2013 tkun sena li taghti aktar frott f’termini ta’ zwiemel godda.


Nawgurawlkom bidu eccitanti ghall-istagun il-gdid 2013.