Sunday 3rd February 2013
It-2 u t-3 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – it-3 u l-10 ta’ Frar

minn Magnat


Wara li rritornajna lura ghat-tigrijiet il-Hadd li ghadda, l-istagun ikompli b’zewg laqghat ohra nhar il-Hadd (3 ta’ Frar) u l-Hadd ta’ wara (10 ta’ Frar), it-tnejn jibdew fis-1.30pm. Il-laqgha li jmiss tinkludi tmien tigrijiet b’dik ta’ wara jkollha programm ta’ seba’ tigrijiet.


Kollha huma tigrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m, hlief ghal tigrija wahda tal-galopp tal-Klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m.


Anki f’dan l-istadju bikri tal-istagun, ghandna diga’ l-ewwel kampjonat, it-Tazza Assikura ghal zwiemel tat-trott li mhumiex la Francizi u l-anqas Svedizi, li jibda’ fil-laqgha tal-10 ta’ Frar u huwa fuq distanza ta’ 2,140m. In-numru ta’ dawn iz-zwiemel tat-trott mhux wisq numeruz f’Malta izda jinkludi diversi zwiemel ta’ kwalita’.


Il-partecipanti gejjin minn xejn inqas minn tmien pajjizi, cioe’ l-Belgju, d-Danimarka, l-Finlandja, l-Germanja, l-Italja, l-Olanda, n-Norvegja u l-Istati Uniti. Il-kampjonat “A” jghaqqad zwiemel fil-klassi Premier, fil-klassi Gold u fil-medda ta’ 30 punt ta’ fuq tal-klassi Silver, filwaqt li l-kampjonat “B” jinkludi zwiemel fil-parti anqas oghlja tal-klassi Silver kif ukoll il-klassijiet Bronze u Copper.


Ghandna zewg semi-finali mill-kampjonat “A” b’disa’ zwiemel f’kull semi-finali u bl-ewwel hamsa minn kull semi-finali jikkwalifikaw ghall-finali. Dawn jinkludu fost l-ohrajn iz-zwiemel tat-trott tal-klassi Premier Troy Boshoeve (rebbieh tal-kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum tas-sena l-ohra), Count of Life (rebbieh tal-kampjonat Assikura A fl-2011), Sultan November, Argus Hanover, Mars u d-debuttant Pro Shop.


Fil-fatt Pro Shop huwa registrat bl-oghla numru ta’ punti ghal debuttant. Ghalkemm il-pajjiz tal-origini tieghu huwa l-Istati Uniti, huwa kien itellaq fl-iSkandinavja, partikolarment fl-iSvezja u n-Norvegja. Huwa stalljun ta’ 10 snin li ghandu rebh ta’ NOK940,069 u l-ahjar hin ta’ 1’12’9 fil-kilometru maghmul fuq distanza ta’ 2,140m.


Dawn iz-zewg semi-finali jinkludu wkoll debuttant Amerikan iehor, cioe’ Keystone Chad, li huwa registrat fil-klassi Silver.


Il-kampjonat “B” jikkonsisti esklussivament f’finali li se tinzamm matul l-istess laqgha tal-10 ta’ Frar u qed tigi kkontestata minn 13-il ziemel – 4 Olandizi, 3 Finlandizi, 2 Germanizi, 2 Danizi, Amerikan u Belgjan. Il-lista kollha hija kif gej: Divinis, id-debuttant Finlandiz Fuoco Nel Fuoco (klassi Silver), My Shamrock, Willesden Hanover, Andri Boko, Ariane A, Ackaturbo, Sir de Landerije, Morgan Kane, Baronello, Daring Daylight u You Cant Be Me.


Ghandna wkoll zewg tigrijiet “normali” tal-klassi Premier f’dawn iz-zewg laqghat. Dik tal-laqgha tat-3 ta’ Frar tikludi 11-il ziemel fil-medda ta’ punti inqas oghlja ta’ din il-klassi, izda li huma kollha zwiemel interessanti.


Dawn jinkludu fost ohrajn iz-ziemel li spicca fit-tieni post fil-klassi Premier il-gimgha l-ohra Nicos de Peneme u zwiemel bhal Energy Launcher, Net de Ginai, Belafonte, Veikko Hornline, Versace Boko u Magnifique Sablais li kollha jew rebhu jew ippjazzaw matul ix-xahar li ghadda.


Imbaghad it-tigrija tal-klassi Premier tal-10 ta’ Frar tpoggi kontra xulxin 12-il partecipant mill-oghla medda ta’ punti f’Malta.


Il-kwalita’ ta’ dawn iz-zwiemel hija wahda denja ta’ finali, bir-rebbieh tat-Tazza VOB tas-sena l-ohra Label Chouan, Skip Dimanche li gej minn erba’ pjazzamenti konsekuttivi fil-klassi Premier, ir-rebbieh ta’ diversi kampjonati fil-passat Arnie Sensation, Nevaio des Bordes li gej minn rebha u pjazzament fit-tieni post, ir-rebbieh tal-gimgha l-ohra Fire, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes ta’ Dicembru u li spicca fit-tieni post fit-Tazza VOB Nabab du Chatelet, ir-rebbieh tal-Prix d’Enghien ta’ Dicembru Night Inlet u Malin Roro li jirritorna wara sitt xhur u nofs wieqaf mit-tigrijiet.


Ghandna wkoll tlett debuttanti Francizi ta’ 11-il sena, cioe’Odedjalo, Olympien Major u Oran.


Minn dawn, Oran huwa registrat bl-oghla numru ta’ punti ghad-debuttanti. Huwa ghandu rebh barra minn xtutna ta’ Euro347,910 bi 15-il rebha u hafna pjazzamenti. Fost l-ahjar prestazzjonijiet tieghu fl-2012, insibu rebha fil-Prix Maurice Uzel (2,650m) gewwa Marseille Vivaux u zewg pjazzamenti fit-tieni post, wahda f’Cagnes Sur Mer fil-Prix des Gorges du Verdon (2,925m) u l-ohra gewwa Vincennes fil- Prix de Savigny-Sur-Braye (2,175m) meta huwa rregistra wkoll l-ahjar hin personali tieghu ta’ 1’11’7 fil-km.


Wiehed ghandu jsegwi b’attenzjoni wkoll it-tlett tigrijiet tal-klassi Gold li ghandna f’dawn iz-zewg laqghat, b’kull wahda jkollha biss 11 jew 12 il-participant, li b’hekk zgur jipprovdu tigrijiet mill-aktar miftuha.


Apparti dawk imsemmija aktar ‘il fuq, hames zwiemel tat-trott ohra se jiddebuttaw f’dawn iz-zewg laqghat, cioe’ Ukulele Cehere (FR) fil-klassi Copper u Quingen de Bussy (FR) fil-klassi Bronze fil-laqgha tat-3 ta’ Frar u l-iSvedizi Lonshults Erik u Rika Rico fil-klassi Silver u fil-klassi Gold rispettivament fil-laqgha ta’ wara.


L-ewwel tigrija tal-galopp tas-sena tara biss erba’ partecipanti li tnejn minnhom huma maghrufa f’Malta, cioe’ ir-rebbieh tal-Mediterranean Derby Buttermilk u z-ziemel tal-galopp Malti Bon Santos, bit-tnejn l-ohra jkunu debuttanti ta’ 4 snin, cioe’ l-Brittanika Maya Queen u l-Irlandiz Potere d’Acquisto.


Hekk kif ir-ramel il-gdid fil-korsa jibda’ joqghod sew, hekk kif aktar zwiemel jirritornaw ghall-kompetizzjoni wara l-waqfa tal-bidu tas-sena u kif aktar zwiemel godda jaghmlu d-debutt taghhom, l-istagun jibda’ jzid fl-intensita’. Tabilhaqq, in-numru ta’ zwiemel miktuba biex jigru kiber bi kwazi 70% mill-ewwel ghat-tieni kitba. Il-bidu tal-ewwel kampjonat ghandu jzid aktar l-interess f’dan l-istagun gdid ...


Karnival


Minhabba li l-10 ta' Frar jahbat Hadd il-Karnival, matul il-laqgha li se tinzamm dakinhar, il-Malta Racing Club qed jorganizza parata specjali ghal tfal bil-ponijiet fejn it-tfal ikunu lebsin kostum tal-Karnival. Kull min hu nteressat jista' jikkuntattja lis-Sur Joe Zerafa (il-Prins) ghal aktar informazzjoni.


L-ahhar Laqgha


It-tigrijiet kollha fl-ewwel laqgha tal-istagun kienu tigrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m, bil-wicc tal-korsa jkun iktar artab mis-soltu minhabba z-zieda tar-ramel il-gdid fl-ahhar gimghatejn. Naturalment dan kellu l-effett li jnaqqas il-velocita’ taz-zwiemel u l-hinijiet li rregistraw.


L-attrazzjoni ewlenija tal-laqgha kienet it-tigrija tal-klassi Premier li rat lil Fire jispara fuq quddiem grazzi ghal zieda fil-velocita’ mill-aqwa madwar nofs dawra mit-tmiem u jzomm sod b’mod komdu sal-ahhar. Spicca biex ha l-hames rebha tieghu f’Malta b’aktar minn zewg tulijiet minn Nicos de Peneme, segwit minn Skip Dimanche u True Q, f’hin tajjeb hafna (fil-kuntest tal-art ratba) ta’ 1’17’9 fil-kilometru.


It-tigrija tal-klassi Gold rat kemm iz-ziemel li dahal l-ewwel kif ukoll dak li dahal it-tieni jigu skwalifikati, bir-rebha fl-ahhar tmur ghal Simb From Abroad (it-tieni rebha f’Malta), nofs tul quddiem Oolong, b’Jerry Eme u Nobleness Dubrio jispiccaw fit-tielet u fir-raba’ post rispettivament. Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’19’5 fil-kilometru.


Quo Vadis Phedo kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver, wara li rrezista l-attakki kollha u spicca rebbieh car b’aktar minn tul minn Mr King, segwit minn Kosai L.J. u Noe de Loudat, f’hin ta’ 1’19’6 fil-kilometru.


Imbaghad kien imiss lil Lovely Mab li jikseb il-hames rebha tieghu f’Malta wara li kien fuq quddiem ghal parti sostanzjali mit-tigrija u spicca madwar tul quddiem Otas Fighter, segwit minn Peasant Gallant u Olifant du Pouy, f’hin ta’ 1’20’6 fil-kilometru.


Wara li rebah l-ahhar tigrija tal-istagun 2012, Daring Daylight irrezista l-isfidi kollha fid-dritta tat-tmiem biex ha t-tieni rebha tieghu f’Malta fl-ahhar tigrija tal-klassi Silver, madwar zewg tulijiet minn Baronello, segwit minn Mint Condition u Dacoit. Il-hin tar-rebbieh kien 1’20’4 fil-kilometru.


It-tigrijiet l-ohra ntrebhu minn Ackaturbo (s-sitt rebha f’Malta) u Ariane A (ir-raba’ rebha f’Malta fit-tieni l-ahjar hin tal-laqgha ta’ 1’18’6 fil-kilometru) fil-klassi Bronze u Loulou de la Rose (id-disa’ rebha f’Malta fil-klassi Copper.


Unur tas-Sewwieq tax-Xahar – Dicembru 2012


Charles Camilleri rebah l-unur tal-aqwa Sewwieq tax-Xahar ta' Dicembru 2012 abbazi tas-sitt rebhiet li kiseb matul dak ix-xahar, inkluz il-finali tal-Prix de Vincennes, kif ukoll id-disa' pjazzamenti tieghu (inkluz zewg pjazzamenti fit-tieni post fil-finali ghat-Tazza VOB (Nabab du Chatelet) u f'dik tal-Prix de Cabourg (Orage du Pont)).



Huwa rebah fuq Orage du Pont (klassi Silver u klassi Gold), Nabab du Chatelet (darba fil-klassi Premier u l-finali tal-Prix de Vincennes), Judon du Cap Vert (klassi Bronze) u Daring Daylight (klassi Silver).


Charles kien rebah dan l-unur ukoll f’Marzu 2012.


Nawguraw mill-qalb lil Charles ghal dan is-success! Nirringrazzjaw ukoll lil Chukkas Bar and Grill talli ta support tieghu ghal din l-inizjattiva billi sponsorja l-unur ta’ dan ix-xahar.


Fatti u Figuri 2012 (It-Tieni Parti): L-ahjar hinijiet u r-rebbieha tal-kampjonati tat-trott


(a) L-ahjar hinijiet


Ghal darb’ohra, l-2012 kienet sena produttiva f’termini ta’ l-ahjar hinijiet registrati fid-diversi distanzi tat-trott – se nittrattaw it-tigrijiet tal-galopp separatament f’artiklu aktar ‘il quddiem. Interessanti ninnutaw li l-aqwa hinijiet fuq 1,640m, 2,140m u 2,640m kienu kollha taht il-1’15’0 fil-kilometru. Tlieta mill-erba’ l-ahjar hinijiet kienu l-aqwa li kellna f’Malta f’iktar minn tlett snin.


L-ahjar hin fuq id-distanza ta’ 1,640m kien ta’ 1’14’0 fil-kilometru. Dan gie rregistrat minn zewg zwiemel tat-trott f’tigrijiet “normali” fil-21 t’Ottubru, cioe’ z-ziemel tat-trott Franciz Oncle Sam fil-klassi Premier u d-debba Olandiza Ariane A fil-klassi Copper. Din tal-ahhar kienet tabilhaqq grajja rari, cioe’ li jkollna l-aqwa hin stagjonali kongunt maghmul fil-klassi Copper.


L-ahjar hin fuq id-distanza ta’ 2,140m sar miz-ziemel tat-trott Franciz Milord Barbes meta waqqaf l-arlogg fuq 1’14’6 fil-kilometru fil-finali tal-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier fis-27 ta’ Lulju. Hin bhal dan kien ilu ma jsir fuq din id-distanza minn Marzu 2009.


Il-korsa taghna rat ukoll hin taht il-1’15 fuq id-distanza ta’ 2,640m ghall-ewwel darba minn Gunju 2009, meta l-veteran Kakisis irregistra 1’14’9 fil-kilometru fuq din id-distanza fil-VOB Grand Final li nzammet fit-30 ta’ Dicembru.


Finalment, l-ahjar hin fuq id-distanza ta’ 3,140m kien 1’16’2 fil-kilometru maghmul mill-Franciz Nevaio des Bordes f’tigrija “normali” tal-klassi Premier fil-15 t’April, l-ahjar hin fuq din id-distanza minn Novembru 2008.
(b) Kampjonati


Rigward kampjonati, interessanti ninnutaw li ziemel tat-trott wiehed biss (Ouragan de Crouay) irnexxielu jirbah aktar minn finali wahda dan l-istagun (finali u finali ta’ konsolazzjoni), fatt li jipprovdi evidenza indiskutibbli tal-kompetizzjoni harxa li tezisti fost iz-zwiemel tat-trott taghna.


Wiehed ma jistax ma jinnutax in-numru ta’ kampjonati organizzati, kollha attrazzjonijiet ewlenin li jghinu biex jiggeneraw interess u entuzjazmu fost id-dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel.
Hawn taht naghti lista (f’ordni ta’ meta nzammu) tal-kampjonati li fihom kien hemm involuti z-zwiemel tat-trott tal-klassi Premier, flimkien mad-distanza tat-tigrija u r-rebbieh rispettiv fl-2012:


1. Kampjonat Assikura (A) (2,140m): Knockout Molar;
2. Dragonara Tazza l-Kbira (2,640m): Mig of the Wood (Dragonara Casino Finali ta’ Konsolazzjoni (2,640m): Nasko Pride)
3. Kamponat Skyparks ghal zwiemel tat-Trott Svedizi tal-klassi Premier (2,140m): Wiss Night Hawk
4. Tazza Sette Giugno (2,140m): Zilver Boko
5. Prix de Vincennes (zwiemel tat-trott Francizi) Finali ta’ Gunju (2,140m): Lady de Vindecy
6. VOB Grand Final ta’ Gunju (2,140m): Label Chouan
7. Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier (2,140m): Milord Barbes
8. Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum ghall-klassi Premier (2,140m): Troy Boshoeve
9. Tazza tal-President (2,640m) sponsorizzata minn diversi negozji: Mont Cenis Honey
10. Prix de Vincennes (zwiemel tat-trott Francizi) Finali ta’ Dicembru (2,640m): Nabab du Chatelet
11. VOB Grand Final ta’ Dicembru (2,640m): Kakisis


Ir-rebbieha tal-kampjonati u Condition races ohra (kollha fuq 2,140m, hlief il-kampjonat SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi li kellu distanza ta’ 2,640m) kienu:


Prince Regent (Kampjonat Assikura B),
Oscar Mati (klassi Gold), Lovely Mab (klassi Silver A), Lonestar Somolli (klassi Silver B), Ackaturbo (klassi Bronze) u Kejser Engely (klassi Copper) (kollha rebbieha tal- Condition Races ta’ l-Ghid),
Lover Boy Index (klassi Gold), Victory Farming (klassi Silver), Nicole L.H. (klassi Bronze), Emil Brebro (klassi Copper), kollha rebbieha tal-finali rispettivi Skyparks ghal zwiemel tat-trott Svedizi,
Nuevo Musette u Night Inlet (klassi Gold – Prix d’Enghien), Ollico Pellois u Korentin (klassi Silver – Prix de Cabourg), Nympheta de Bisoir u Ouragan de Crouay (klassi Bronze – Prix de Cagnes Sur Mer) u Icare de Jemma u Neron Pierji (klassi Copper – Prix de Caen) fil-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi,
Naracat Campbell (klassi Gold), Call Win (klassi Silver), Quouky du Soir (klassi Bronze), Loulou de la Rose (klassi Copper), Ouragan de Crouay (Finali ta’ Konsolazzjoni ghall-klassi Silver) u Orio de Marancourt (Finali ta’ Konsolazzjoni ghall-klassi Bronze), kollha rebbieha tal-finali tal-Kamponat tas-Sajf, u
Netter Williams (klassi Gold), Simb From Abroad (klassi Silver), Napol de Mai (klassi Bronze) u Esmeralda Run (klassi Copper), kollha rebbieha tal-Condition Finals tal-Harifa Cassar Petroleum.


Grazzi hafna lill-isponsors kollha li minghajr l-ghajnuna taghhom dawn il-kampjonati mill-aqwa ma kienux ikunu possibbli.


Minghajr dubbju zewg listi mpressjonanti, li jifthulna l-aptit ghal aktar hinijiet brillanti u kampjonati mill-aqwa li gejjin fl-istagun 2013.


Nawgurawlkom zewg laqghat eccitanti matul il-gimgha li gejja.