Monday 18th February 2013
Ir-4 u l-5 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – is-17 u l-24 ta’ Frar

minn Magnat


Zewg laqghat ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu matul il-gimgha li gejja, l-ewwel wahda nhar il-Hadd 17 ta’ Frar u mbaghad il-Hadd ta’ wara 24 ta’ Frar, li t-tnejn jibdew fis-1.30pm.  Kull laqgha tinkludi 9 tigrijiet, kollha tat-trott hlief ghal tigrija wahda tal-galopp fil-laqgha tas-17 ta’ Frar.


L-attrazzjoni ewlenija hija l-ewwel finali ta’ dan l-istagun li tinvolvi zwiemel tat-trott mill-klassiiet Premier u Gold, il-finali tal-kampjonat Assikura A ghal zwiemel tat-trott li mhumiex la Francizi u lanqas Svedizi, li se tinzamm fil-laqgha tal-24 ta’ Frar fuq distanza ta’ 2,140m.


Ghandna disa’ finalisti (7 zwiemel imsewwija u 2 stalljuni) f’etajiet ta’ bejn 7 u 12-il sena li gejjin mid-Danimarka, l-Germanja, l-Italja, l-Olanda u l-Istati Uniti.  Il-lista shiha hija:


1.  Sultan November, Germaniz ta’ 9 snin fil-klassi Premier, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK582,179 u l-ahjar hin ta’ 1’11’8 fil-kilometru fuq 1,609m.  Ghandu rebha wahda u 3 pjazzamenti mis-sitt tigrijiet tieghu f’Malta u l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 1,640m (1’16’5 fil-kilometru fuq 2,140m);
2.  Argus Hanover, Amerikan ta’ 7 snin fil-klassi Premier, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK494,015 u l-ahjar hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru fuq 1,609m.  Ghandu zewg rebhiet u tlett pjazzamenti fil-hames tigrijiet tieghu f’Malta u l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’5 fil-kilometru fuq 2,140m;
3.  Enjoy Kronos, Taljan ta’ 12-il sena fil-klassi Gold, b’rebh barra minn xtutna ta’ DNK856,440 u l-ahjar hin ta’ 1’12’3 fil-kilometru.  Rebah darba u ppjazza seba’ darbiet minn mindu ddebutta fostna f’Ottubru 2010, u ghandu l-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’7 fil-kilometru fuq 1,640m (1’16’1 fil-kilometru fuq 2,140m);
4.  Troy Boshoeve, Germaniz ta’ 12-il sena fil-klassi Premier, b’rebh barra minn xtutna ta’ DNK875,380 u l-ahjar hin ta’ 1’14’7 fil-kilometru.  Rebah darbtejn (inkluz il-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum 2012) u ppjazza 10 darbiet mill-25 tigrija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’5 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m;
5.  Ygor of Pass, Olandiz ta’ 8 snin fil-klassi Gold, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK225,526 u l-ahjar hin ta’ 1’15’9 fil-kilometru.  F’Malta rebah tlett darbiet u ppjazza disa’ darbiet mit-18-il tigrija tieghu u ghandu l-ahjar hin lokalment ta’ 1’16’2 fil-kilometru (3 darbiet) fuq 2,140m;
6. Darco As, Germaniz ta’ 9 snin fil-klassi Gold, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK279,770 u l-ahjar hin ta’ 1’12’9 fil-kilometru.  Rebah hames darbiet fostna u ppjazza disa’ darbiet ohra minn mindu ddebutta f’Ottubru 2011.  L-ahjar hin tieghu lokalment huwa ta’ 1’15’5 fil-kilometru fuq id-distanza kemm ta’ 1,640m kif ukoll 2,140m;
7. Mars, Daniz ta’ 9 snin fil-klassi Premier, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,917,059 u l-ahjar hin ta’ 1’11’7 fil-kilometru fuq 1,609m.  Rebah darbtejn u ghandu wkoll zewg pjazzamenti mis-sitt hargiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin lokalment ta’ 1’15’1 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,640m (1’15’8 fil-kilometru fuq 2,140m);
8. Pro Shop, Amerikan ta’ 10 snin fil-klassi Premier, b’rebh barra minn xtutna ta’ NOK940,069 u l-ahjar hin ta’ 1’12’9 fil-kilometru fuq 2,140m.  Ippjazza fit-tielet post fl-uniku tigrija tieghu f’Malta s’issa, b’hin ta’ 1’17’4 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,140m;
9. Reado November, Germaniz ta’ 10 snin fil-klassi Gold, b’rebh barra minn xtutna ta’ NOK466,959 u l-ahjar hin ta’ 1’13’6 fil-kilometru.  Ippjazza disa’ darbiet mill-15-il tigrija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin lokalment ta’ 1’15’6 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,140m.


Interessanti ninnutaw li ghalkemm mill-hames pajjizi rapprezentati, wiehed biss huwa Skandinavu, l-finalisti kollha grew fil-pajjizi Skandinavi tad-Danimarka, n-Norvegja u l-iSvezja.


B’hames zwiemel mill-klassi Premier u erba’ zwiemel ta’ kwalita’ tal-klassi Gold, mistennija finali pjacevoli u ncerta, u difficli biex taqta’ r-rebbieh.


Il-bqija tat-tigrijiet huma kollha fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.


Dawn iz-zewg programmi jinkludu xejn inqas minn tlett tigrijiet tal-klassi Premier.  L-ewwel wahda tara zwiemel bl-inqas numru ta’ punti ta’ handicap f’din il-klassi.  Tmienja mit-tlettax-il partecipant qed itellqu ghall-ewwel darba din is-sena, bl-attenzjoni ta’ kulhadd tkun iffukata biex tkejjel l-istat attwali tal-forma taghhom.


Hija tinkludi wkoll ir-rebbieh tal-klassi Gold tal-gimgha l-ohra Oscar Mati, d-debuttant Franciz Oscar Indien u zwiemel li grew dan l-ahhar Energy Launcher, Ollico Pellois u Orion du Vaumicel, li qed iffittxu forma ahjar minn dik murija minnhom dan l-ahhar.


It-tieni tigrija tal-klassi Premier tinkludi tlett debuttanti Francizi ohra, Of Course Ramble, Ourasi Diams u Parabellum.  Partecipanti bhal Net de Ginai, Ouragan de Sita u Versace Boko kollha ppjazzaw tajjeb fl-ahhar gimghatejn, filwaqt li anki din it-tigrija tinkludi diversi zwiemel li qed jaghmlu r-ritorn taghhom ghat-tigrijiet din is-sena.


It-tigrija l-ohra tal-klassi Premier se tinzamm fil-laqgha tal-24 ta’ Frar u din tinkludi zwiemel bl-oghla numru ta’ punti ta’ handicap f’Malta.  Zwiemel bhal Oran, Fire u Belafonte diga’ rebhu din is-sena, filwaqt li ohrajn bhal Odedjalo u Label Chouan ippjazzaw tajjeb.


Barra minn hekk din it-tigrija tinkludi wkoll numru ta’ zwiemel li kellhom prestazzjonijiet eccellenti s-sena l-ohra, bhar-rebbieha tal-Prix de Vincennes (SECF) Lady de Vindecy u Nabab du Chatelet, ir-rebbieh tal-kampjonat Skyparks ghal zwiemel tat-trott Svedizi tal-klassi Premier Wiss Night Hawk u rebbieha ta’ diversi tigrijiet Nuage de Bourgogne, Nevaio des Bordes u Night Inlet.


Ghandna wkoll tlett tigrijiet tal-klassi Gold li kull wahda ghandha almenu 15-il partecipant, li jinkludu rebbieha jew zwiemel li spiccaw fit-tieni post dan l-ahhar bhal Lovely Mab, Simb From Abroad, Keeping Quality, Charm Hammering, Janitor, Otas Fighter u Nick de Touchyvon.


Iz-debuttant Franciz Phenix de la Roque u d-debuttant Awstrijakk Blizzard AD (it-tielet ziemel tat-trott Awstrijakk biss li gera fostna fl-ahhar 35 sena) huma rregistrati biex jiddebuttaw f’din il-klassi.


Id-debuttanti l-ohra f’dawn iz-zewg laqghat huma l-Francizi Simambo de Feline fil-klassi Bronze, Quella des Moyeux, Quileo de Mingot, Quatrain de Retz, Quero des Erablais, Panda du Pont u Pepone du Castelet, kollha fil-klassi Silver, id-debba Germaniza Missionimpossible fil-klassi Silver u l-iSvediza Buckens Stjarna fil-klassi Bronze. Tabilhaqq, l-ewwel tigrija tal-klassi Silver tal-laqgha tas-17 ta’ Frar tinkludi xejn inqas minn sitt debuttanti.


Bhal ma kien il-kaz fl-ewwel tigrija tal-galopp ta’ dan l-istagun, it-tigrija tal-galopp tal-klassi A ta’ din il-gimgha tinkludi biss erba’ partecipanti u hija fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m.  Il-partecipanti huma d-debba relattivament gdida Maya Queen u r-rebbieh tal-Mediterranean Derby fil-passat Buttermilk, li t-tnejn ippjazzaw fl-ahhar tigrija, Little Anthony fl-ewwel harga tieghu din is-sena, u z-ziemel tal-galopp Malti Bon Santos.


L-ewwel finali tal-klassijiet Premier u Gold ghal din is-sena, xejn inqas minn tlett tigrijiet tal-klassi Premier u tlieta ohra tal-klassi Gold u hmistax-il debuttant tat-trott kollha jikkontribwixxu ghal zewg laqghat mill-aktar varjati, hekk kif iz-zwiemel jigu f’forma ahjar waqt li qed noqorbu ghall-unuri ewlenin tal-istagun, specjalment it-Tazza l-Kbira.


L-ahhar laqghat


L-attrazzjoni ewlenija tal-ahhar laqghat kienet l-ewwel finali ta’ din is-sena, l-finali Assikura B, li nzammet nhar il-Hadd li ghadda u rat 12-il ziemel tat-trott li mhumiex Francizi jew Svedizi mill-klassi Bronze u l-parti l-baxxa tal-klassi Silver fuq distanza ta’ 2,140m.


Ackaturbo ha kmant bikri, kmant li zamm sad-dritta tat-tmiem, meta nqabez mill-Finlandiz Daring Daylight (Charles Camilleri) li baqa’ sejjer biex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu b’madwar 3 tulijiet mill-istess Ackaturbo, segwit minn Ariane A u Baronello, f’hin ta’ 1’18’5 fil-kilometru.


Kellna wkoll zewg semi-finali mill-istess Kampjonat izda din id-darba riservat ghall-klassijiet Premier, Gold u l-oghla parti tal-klassi Silver (il-kampjonat Assikura A), dejjem fuq distanza ta’ 2,140m.


L-ewwel wahda kienet ikkarratterizzata minn dwell ras’imb’ras mill-isbah matul id-dritta tat-tmiem bejn zewg zwiemel tat-trott Germanizi tal-klassi Premier, cioe’ Sultan November u Troy Boshoeve.  Fl-ahhar kien ta’ l-ewwel li ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’inqas minn nofs tul mill-imsemmi Troy Boshoeve bid-debuttant Amerikan Pro Shop, l-Olandiz Ygor of Pass u n-Norvegiz Delicious Brother isegwuhom fil-finali f’dik l-ordni.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’17’0 fil-kilometru.


Anki t-tieni semi-finali rat sfida eccitanti fid-dritta tat-tmiem bejn zewg zwiemel tal-klassi Premier, din id-darba z-ziemel tat-trott Daniz Mars u l-Amerikan Argus Hanover.  Dan ta’ l-ahhar kien l-iktar wiehed b’sahhtu mit-tnejn u kiseb it-tieni rebha tieghu f’Malta b’madwar nofs tul mill-istess Mars f’hin ta’ 1’17’5 fil-kilometru.  It-tlett zwiemel l-ohra li kkwalifikaw kienu l-Germaniz Reado November fit-tielet post, it-Taljan Enjoy Kronos li spicca r-raba’, u l-Germaniz Darco As li spicca fil-hames post.


It-tigrijiet l-ohra kienu tigrijiet “normali” kollha fuq distanza ta’ 2,140m.


Fit-tigrija tat-3 ta’ Frar tal-klassi Premier kien Veikko Hornline li ha vantagg bikri, u zammu ghal madwar l-ewwel nofs tat-tigrija.  Madankollu b’madwar dawra mit-tmiem, Net de Ginai mar quddiem u zamm il-kmant sad-dritta tat-tmiem, meta nqabez minn Belafonte li baqa’ sejjer biex irrejalizza t-tieni rebha tieghu f’Malta b’madwar tul mill-istess Net de Ginal, fl-ahjar hin tal-istagun s’issa, cioe’ 1’16’0 fil-kilometru.  Ouragan de Sita u Versace Boko spiccaw it-tielet u r-raba’ rispettivament.


Zewg debuttanti Francizi kienu l-protagonisti tat-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd li ghadda.  Tabilhaqq, id-debuttant Oran, misjuq mis-sewwieq tieghu gewwa Franza Junior Guelpa, ddetta l-pass matul it-tieni nofs tat-tigrija u qatt ma tilef il-kontroll tat-tigrija, biex fl-ahhar spicca rebbieh facli b’madwar 3 tulijiet f’hin ta’ 1’16’2 fil-kilometru.  Tmiem b’sahhtu ta t-tieni post lil debuttant iehor Odedjalo, segwit minn Label Chouan u Fire rispettivament.


Fil-klassi Gold, Natif de Salvi kiseb it-tielet rebha tieghu f’Malta grazzi ghal zieda qawwija fil-velocita’ fid-dritta tat-tmiem li wasslitu biex itemm aktar minn nofs tul quddiem Nick de Touchyvon, segwit minn Stefan Sufflor u Mint Spirit, f’hin ta’ 1’18’1 fil-kilometru.


Kien imbaghad imiss lil Oscar Mati li jmur quddiem fid-dritta tat-tmiem u jispicca rebbieh car b’madwar tul minn Opal Hall, Naja In Blue u Jerry Eme, f’hin ta’ 1’18’9 fil-kilometru.  Din kienet il-hames rebha f’Malta ghal Oscar Mati.


L-ahhar tigrija tal-klassi Gold kellha tmiem mill-aktar kumbattut, b’Keeping Quality tirrezisti l-attakk ta’ Janitor b’inqas minn nofs tul.  Din kienet it-tieni rebha f’Malta ghal Keeping Quality f’hin ta’ 1’18’7 fil-kilometru.  Lovely Mab u d-debuttanta Svediza Rika Rico spiccaw wara t-tnejn ta’ quddiem f’dik l-ordni.


Zewg debuttanti kienu wkoll il-protagonisti tal-uniku tigrija tal-galopp (riservata ghal zwiemel tal-Klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m), meta sfidaw lil xulxin it-triq kollha sal-gister.  Fl-ahhar, l-Irlandiz Potere d’Acquisto spicca qabel l-Ingliza Maya Queen b’madwar 2 tulijiet, b’Buttermilk jispicca t-tielet.


Minhabba li kien Hadd il-Karnival, il-Malta Racing Club organizza wkoll parata specjali li fiha tfal zghar lebsin kostumi tal-Karnival hargu fil-korsa bil-ponijiet taghhom.


Laqgha ghal sidien u gerrejja


Nhar l-Erbgha li ghadda l-Malta Racing Club zamm laqgha li ghaliha kienu mistednin jattendu s-sidien u l-gerrejja kollha.  Indirizzata mic-Cermen tal-MRC Dott. Matthew Brincat, din kienet laqgha mportanti li fiha nghatat varjeta’ ta’ informazzjoni utli rigward materji bhas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Malta Racing Club, l-isforzi li qed isiru biex jinzammu tigrijiet li jigu koperti mill-PMU sa mill-2014, il-hinijiet tal-ftuh tal-korsa ecc.


Kienet hasra li l-laqgha ma tantx kellha attendenza tajba izda l-ideja ta’ kommunikazzjoni bejn il-Malta Racing Club u dawk li jippartecipaw f’dan l-isport hija zgur wahda ta’ min ifahharha.  Ninsabu certi li l-informazzjoni li giet provvduta matul il-laqgha tigi kkomunikata minn dawk prezenti lill-ohrajn li ma kenux f’pozizzjoni li jattendu ghall-laqgha.


Malta Horse Racing Awards 2012


Nhar il-Gimgha li ghadda 15 ta’ Frar, il-Kunsill Malti ghall-iSport, f’kollaborazzjoni mal-Malta Racing Club, organizza t-tieni edizzjoni tal-Malta Horse Racing Awards, cioe’ dik ghall-istagun 2012, fid-Dolmen Resort Hotel.


Matul din ic-cerimonja tqassmu xejn inqas minn 13-il unur. Sewwieqa, gerrejja u sidien, tal-lum u tal-passat gew onorati matul cerimonja spettakolari li kienet presjeduta mill-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport u li ghaliha attenda wkoll il-kelliem ewlieni tal-Oppozizzjoni ghall-iSport l-Onor Chris Agius.


Din kienet tabilhaqq serata organizzata tajjeb ferm u b’attendenza tajba, li bniet fuq ix-xoghol tajjeb maghmul fl-ewwel edizzjoni s-sena l-ohra, u onorat mhux biss Maltin li kellhom l-aqwa prestazzjonijiet f’dan l-isport izda wkoll kienet okkazjoni biex niccelebraw dak kollu li hu ta’ min ifahhru f’dan l-isport f’Malta.  Tassew okkazjoni kbira ta’ sportivita’.


Ipprezentata minn Sergio Mallia, s-serata kien fiha wkoll klips mill-isbah, kant pjacevoli mill-kantant maghruf Mike Spiteri li rnexxielu wkoll jghaqqad il-kanzunetti tieghu mat-tigrijiet taz-zwiemel u spiccat b’riceviment zghir fejn dawk prezenti kellhom l-opportunita’ li jithalltu flimkien f’atmosfera ta’ hbiberija.


Din ic-cerimonja se tigi trasmessa fuq TVM2 nhar is-Sibt 23 ta’ Frar fid-9.30pm.


Prosit lis-Sur Kenneth Vella, ic-Cermen, u l-kumitat organizzattiv habrieki tieghu li ghamel bicca xoghol mill-aqwa fl-organizzazzjoni ta’ din l-okkazjoni.


Grazzi kbira wkoll lill-isponsors, fosthom Print IT, Red October, General Soft Drinks, Dolmen Resort Hotel, Emotion Signworks, Equine Supreme u Marindex Trophies.


Ir-Raba’ Edizzjoni tal-Kampjonat Assikura ghal zwiemel tat-trott li mhumiex Francizi u lanqas Svedizi


Minghajr dubju, l-maggoranza kbira taz-zwiemel tat-trott taghna huma Francizi u Svedizi, b’aktar minn 85% minnhom gejjin minn dawn iz-zewg pajjizi.


Madankollu, ghalkemm zghar fin-numru, z-zwiemel tat-trott li mhumiex Francizi u lanqas Svedizi jirrapprezentaw wirt kbir.  Zwiemel bhal Varenne (IT), Abano As (GER), Moni Maker (US), Sea Cove (US) u aktar ricenti Brioni (GER), Main Wise As (IT) u tant ohrajn, gew ikkunsidrati fost l-aqwa fil-qasam internazzjonali.


Anki hawn Malta kellna xi zwiemel li tawna prestazzjonijiet impressjonanti.  Zwiemel bhal Huggie Hanover u Meadowbranch Fury, it-tnejn Amerikani, Teseide (IT) u Ilex Garden (FI) jiguni f’mohhi mill-ewwel bhal li kienu fost iz-zwiemel li ghamlu isem fil-korsa taghna.  U dan l-ahhar, il-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum 2012 ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier intrebah mill-Germaniz Troy Boshoeve.


Interessanti ninnutaw li sal-ewwel snin disghin, dawn iz-zwiemel kienu iktar unici milli rari hawn Malta.  Fit-11 il sena ta’ bejn l-1981 u l-1991 kellna biss total ta’ 15-il debuttant (ftit aktar minn wiehed fis-sena bhala medja) li ma kenux la Francizi u lanqas Svedizi u dawn originaw predominantement minn pajjizi wiehed, l-Italja.


Madanakollu dak iz-zmien, prattikatament iz-zwiemel tat-trott kollha taghna kienu Francizi.  Meta z-zwiwmel tat-trott Svedizi bdew jigu mpurtati f’numri ikbar mill-1992, rajna wkoll influss ta’ zwiemel tat-trott minn varjeta’ ta’ pajjizi ohra (l-aktar Skandinavi, izda wkoll mill-Germanja, l-Italja, l-Olanda, l-Amerika u ohrajn), specjalment zwiemel tat-trott li mhumiex Svedizi li jtellqu jew fl-iSvezja jew f’pajjzi Skandinavi ohra.


Jekk nimxu l-quddiem ghal dawn l-ahhar hames snin, in-numru ta’ debuttanti minn dawn il-pajjizi mar minn 42 fl-2008, l-isfel ghal 32 fl-2009, li naqas iktar ghal 28 fl-2010 u mbaghad irkupra xi ftit fl-2011 (31) u 2012 (32).  Issa naraw jekk dan it-titjib ikomplix anki fl-2013.


Din hija r-raba’ edizzjoni ta’ dan il-kampjonat, biex b’hekk tibda’ tikseb wirt li jghaddi minn rebbieh ghal iehor.


Dejjem mizmum fuq distanza ta’ 2,140m, l-ebda ziemel ma rnexxielu jirbhu aktar minn darba u se jkollna rebbieha godda anki din is-sena.  Il-kampjonat A ntrebah minn Indian Attack (DK) fl-2010, Count of Life (FI) s-sena ta’ wara u minn Knockout Molar (DK) is-sena l-ohra, filwaqt li l-kampjonat B inkiseb minn Gandhi Brogard (DK) fl-2010, minn Boston Harbor (US) fl-2011, Prince Regent (US) fl- 2012 u Daring Daylight (FI) din is-sena.


Minkejja n-numru tal-partecipanti, dan il-kampjonat ipoggi l-attenzjoni fuq aspett tal-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel Maltija li ghalkemm zghir fin-numru, huwa madankollu prezzjuz, u jkompli jikkontribwixxi ghall-varjeta’ fil-korsa taghna, billi jaghmel it-tigrijiet taghna tassew internazzjonali.


Nawgurawlkom zewg laqghat eccitanti matul il-gimgha li gejja.