Sunday 3rd March 2013
Is-6 u s-7 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – it-3 u t-8 ta’ Marzu

minn Magnat


Zewg laqghat ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu matul il-gimgha li gejja, l-ewwel wahda nhar il-Hadd 3 ta’ Marzu u mbaghad il-Gimgha ta’ wara 8 ta’ Marzu (mhux se jkun hemm tigrijiet nhar il-Hadd 10 ta’ Marzu minhabba l-Elezzjoni Generali).  Il-laqgha tat-3 ta’ Marzu tibda’ fis-1.30pm filwaqt li dik tat-8 ta’ Marzu tibda’ fis-6.30pm, b’ta’ l-ewwel jikkonsisti fi 11-il tigrija u ta’ warajha 10 tigrijiet. 


It-Tazza l-Kbira tinsab maghna mill-gdid!


Tabilhaqq l-attrazzjoni ewlenija ta’ dawn iz-zewg laqghat tikkonsisti f’sitt heats (12-il partecipant f’kull heat) mit-Tazza l-Kbira li tara t-72 ziemel tat-trott (61 mill-klassi Premier u 11 mill-klassi Gold) bl-oghla punti fil-klassifika tal-Malta Racing Club, li applikaw biex itellqu f’din il-kitba.


Ghandna 42 partecipant Franciz, 22 Svedizi, 3 Germanizi, 2 gejjin mill-Istati Uniti u wiehed kull wiehed mid-Danimarka, l-Finlandja u l-Olanda – xejn inqas minn seba’ pajjizi.  L-izghar partecipant huwa l-iSvediz Opal Hall (6 snin), filwaqt li l-ikbar huwa r-rebbieh tal-passat Franciz Kakisis (rebbieh is-sena l-ohra tal-gran finali VOB ta’ Dicembru).


Id-distanza tat-tigria hija bhas-soltu 2,640m.


L-ewwel erbgha’ minn kull heat ighaddu ghas-semi-finali li se jinzammu fl-24 ta’ Marzu.


Fost il-partecipanti nsibu diversi rebbieha ta’ kampjonati s-sena l-ohra bhal (apparti ‘l fuq imsemmi Kakisis), id-detentur kurrenti tat-Tazza l-Kbira Mig of the Wood, ir-rebbieh tal-kampjonat Skyparks ghal zwiemel tat-trott Svedizi tal-klassi Premier Wiss Night Hawk, ir-rebbieh tat-Tazza Sette Giugno Zilver Boko, rebbieh tal-Prix de Vincennes SECF Nabab du Chatelet, ir-rebbieh tal-gran finali VOB ta’ Gunju Label Chouan, ir-rebbieh tal-kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier Milord Barbes, ir-rebbieh tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum Troy Boshoeve, ir-rebbieh tat-Tazza tal-President Mont Cenis Honey u r-rebbieh tal-kampjonat Assikura A ta’ din is-sena Argus Hanover. 


Il-partecipanti jinkludu wkoll diversi zwiemel li diga’ rebhu fil-klassijiet Premier jew Gold din is-sena, bhal  Oran, Odedjalo, Oscar Mati, Normand d’Oger, Nino de Saintho, Fire, Keeping Quality, Simb Mark, u Sultan November.


Ghandna wkoll seba’ debuttanti f’dawn il-heats, cioe’ il-Francizi Miaou, Ofackevo, Ohime Mag, Okilaibo, Original Blue u Orne des Olivettes u l-iSvediz Baloo Nalan.


Wiehed minn dawn, cioe’ Miaou, huma registrat bl-oghla numru ta’ punti ghad-debuttanti fil-klassifikazzjoni tal-MRC.  Huwa l-ewwel ziemel f’aktar minn sentejn li qed jiddebutta fl-eta’ ta’ 13-il sena.  Dan iz-ziemel gera ghall-bicca l-kbira tal-karriera tieghu fi Franza izda mbaghad kompla f’pajjizi ohra bhall-Finlandja, l-iSvezja u d-Danimarka.  Huwa rebah b’kollox DNK3,168,320 (madwar Euro420,000), bl-ahjar hin ta’ 1’11’7 fil-kilometru registrat f’Vincennes f’Awwissu 2007 fuq distanza ta’ 2,100m.


Minghajr dubju l-partecipanti kollha huma zwiemel ta’ kwalita’ u nawguraw xorti tajba lilhom ilkoll.


It-tigrijiet normali tal-klassijiet tat-trott huma fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m, distanza li tiggarantixxi tigrijiet veloci li fihom iz-zwiemel iridu jkunu fl-aqwa taghhom matul it-tigrija kollha.  Dawn it-tigrijiet jaghtu wkoll l-opportunita’ li jibbrillaw lid-diversi specjalisti tal-isprint f’Malta.


L-attrazzjonijiet ewlenin fuq din id-distanza huma tlett tigrijiet tal-klassi Gold li se jinzammu fil-laqgha tat-3 ta’ Marzu.  Fihom insibu diversi zwiemel f’forma tajba, li whud minnhom kienet qed itellqu fil-klassi Premier fl-ahhar xhur.  Rebbieha u zwiemel li spiccaw fit-tieni post din is-sena jinkludu fost ohrajn Charm Hammering, Lovely Mab, Simb From Abroad, Novak, Natif de Salvi, Rika Rico, Ironbar, Janitor, Phenix de la Roque, Nick de Touchyvon u Oolong.


Zewg debuttanti Svedizi, cioe’ Xray Hornline u Skars Hanna huma wkoll miktuba biex jiddebuttaw f’din il-klassi.


Il-bqija tat-tigrijiet tat-trott fil-laqgha tat-3 ta’ Marzu huma erba’ ghall-klassi Silver, tnejn ghall-klassi Bronze u tigrija tal-klassi Copper, bi tlett debuttanti Francizi (Qumran de la Motte, Quamiko de Ty u Quito du Goulet), wiehed Svediz (Megiddo) u wiehed Daniz (Non Stop Lobell) fil-klassi Silver u tnejn ohra (l-iSvediza Beauty Cheyenne u l-Franciz Starky des Goujons) fil-klassi Bronze.


Fil-laqgha tat-8 ta’ Marzu, l-bqija tat-tigrijiet huma wahda kull wiehed ghall-klassijiet Silver, Bronze u Copper.


Ghandna wkoll tigrija tal-galopp “open” f’kull laqgha, it-tnejn fuq id-distanza ta’ 1,750m u gentilment sponsorjati minn P&M Farrugia.  Ghandna tlett partecipanti fl-ewwel tigrija u erbgha fit-tieni.


L-ewwel tigrija tara r-ritorn ghat-tigrijiet ta’ wiehed mill-protagonisti tas-sena l-ohra, cioe’ Timolin, flimkien mad-debuttant Irlandiz ta’ 4 snin Diamante Grande u d-debuttant Brittaniku ta’ 5 snin Henderlik.  Se jkun interessanti nsegwu l-forma attwali ta’ Timolin kif ukoll il-kwalita’ ta’ dawn iz-zewg zwiemel godda.


It-tigrija tal-galopp tat-8 ta’ Marzu ghandha erba’ partecipanti maghrufa sew, cioe’ r-rebbieh u z-ziemel li spicca fit-tieni post il-gimgha l-ohra Little Anthony u Bon Santos, ir-rebbieh tal-Mediterranean Derby tal-2011 Buttermilk li qed ifittex forma tajba din is-sena u r-ritorn ghat-tigrijiet ta’ Royal Fleece wara nuqqas ta’ 4 xhur.


Ghandna hafna kamponati tal-oghla kwalita’ f’Malta izda fosthom it-Tazza l-Kbira, bl-istorja taghha ta’ 79 sena hija l-aktar specjali.  Inharsu l-quddiem lejn edizzjoni ohra mill-aqwa ta’ dan il-kampjonat, bil-fazi tal-heats tara taqtiegha qawwija ghall-ftit postijiet minn kull heat li jipprovdu passagg ghas-semi-finali, biex b’hekk ukoll jiksbu referenza prestigjuza fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


L-ahhar laqghat


L-attrazzjoni tal-ahhar laqghat kienet l-ewwel finali ta’ din is-sena li rat zwiemel tat-trott mill-klassijiet Premier u Gold, il-finali Assikura A ghal zwiemel tat-trott li mhumiex la Francizi u lanqas Svedizi, li nzammet nhar il-Hadd li ghadda 24 ta’ Frar fuq distanza ta’ 2,140m.


Ygor of Pass ha vantagg bikri fost id-disa’ zwiemel li grew f’din il-finali, segwit mill-qrib minn Argus Hanover u Sultan November.  Madankollu, l-Amerikan Argus Hanover (Charles Camilleri) ha l-kmant b’mod deciz fl-ahhar nofs dawra u kompla jzid il-velocita’ tieghu biex rebah b’mod komdu b’aktar minn tlett tulijiet minn Mars, segwit minn Reado November u Pro Shop.  Din kienet it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali ghal Argus Hanover fl-aqwa hin tal-istagun s’issa ta’ 1’15’2 fil-kilometru.


It-tigrijiet l-ohra tat-trott kienu fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.


Il-Hadd li ghadda, kellna wkoll tigrija eccitanti tal-klassi Premier li fiha Fire kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira taghha, sakemm inqabez fid-dritta tat-tmiem minn Odedjalo li kellu jirrezisti attakk determinat minn Oran li kellu giri qawwi fl-ahhar nofs dawra.  Fl-ahhar, Odedjalo kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta nofs tul biss quddiem Oran, segwit minn Fire u Nabab du Chatelet.  Il-hin tar-rebbieh kien l-aqwa hin stagjonali s’issa fuq id-distanza ta’ 2,640m ta’ 1’15’5 fil-kilometru.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier tal-laqgha tas-17 ta’ Frar Orion du Vaumicel ha kmant bikri li zamm sad-dahla tad-dritta tat-tmiem meta ma seta’ jaghmel xejn biex jirrezisti l-attakk ta’ Normand d’Oger.  Dan ta’ l-ahhar kompla fi triqtu lejn it-tieni rebha tieghu f’Malta f’hin ta’ 1’16’7 fil-kilometru, tul quddiem Noble d’Ete, Ouf Boy u l-imsemmi Orion du Vaumicel.


Fit-tieni tigrija tal-klassi Premier f’dik il-gurnata, Nino de Saintho attakka fuq in-nahat ta’ barra madwar 400m mit-tmiem, mar quddiem u zamm il-kmant sat-tmiem minkejja attakk b’sahhtu fid-dritta tat-tmiem mid-debuttant Ourasi Diams.  Nino de Saintho kiseb it-tielet rebha tieghu f’Malta bi ftit aktar minn nofs tul f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru, b’Ourasi Diams jispicca fit-tieni post, segwit minn Olympien Major u Give To Get.


Kellna wkoll tlett tigrijiet tal-klassi Gold f’dawn iz-zewg laqghat.  Fl-ewwel wahda, rajna sfida eccitanti fid-dritta tat-tmiem bejn Rika Rico u d-debuttant Phenix de la Roque.  Ta’ l-ewwel hadet l-ewwel rebha taghha f’Malta b’madwar nofs tul mill-istess Phenix de la Roque, segwit minn Markus Klipp u Janitor f’hin ta’ 1’16’5 fil-kilometru.


Fit-tieni tigrija tal-klassi Gold Simb Mark irregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta (u gie promoss ghall-klassi Premier) f’hin tajjeb ta’ 1’15’7 fil-kilometru fuq 2,640m, grazzi ghal giri qawwi fl-ahhar 350m li ppermettielu jirbah b’tul minn Niky de Memartin, segwit minn Jerry Eme u Naja in Blue.


L-uniku tigrija tal-klassi Gold li nzammet fl-24 ta’ Frar ipprovdietilna taqtiegha eccitanti fid-dritta tat-tmiem bejn xejn inqas minn erba’ zwiemel.  Fl-ahhar Keeping Quality rregistrat it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali taghha f’hin ta’ 1’19’5 fil-kilometru, ras biss quddiem Notre Allegro, li gie skwalifikat, b’Nick de Touchyvon jispicca t-tieni ghat-tieni darba konsekuttiva, segwit minn Stefan Sufflor u Oolong f’dik l-ordni.


L-uniku tigrija tal-galopp riservata ghal zwiemel tal-Klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m rat lil Little Anthony fuq quddiem ghal prattikament it-tigrija kollha.  Dan iz-ziemel ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’tul u nofs minn Bon Santos fl-ewwel pjazzament tieghu mis-sitt tigrijiet tieghu s’issa, segwit mill-qrib minn Maya Queen.


Unur Sewwieq tax-Xahar – Jannar – Frar 2013


Cliferty Calleja rebah l-unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Jannar – Frar 2013 abbazi tas-seba’ rebhiet u hames pjazzamenti li kiseb matul dan il-perjodu, mit-tmintax-il tigrija li ha sehem fihom.  Minn dawn, huwa rebah tlett tigrijiet fl-istess laqgha (dik tal-24 ta’ Frar) u rebah iz-zewg tigrijiet tal-klassi Premier fil-laqgha tas-17 ta’ Frar.


Ir-rebhiet tieghu waslu permezz ta’ Quo Vadis Phedo (darbtejn, klassi Silver), Belafonte (klassi Premier), Normand d’Oger (klassi Premier), Nino de Saintho (klassi Premier), Lucky d’Hercla (klassi Bronze) u Octobre En Fete (klassi Silver).


Nawguraw mill-qalb lil Clifferty ghal dan is-success! Nirringrazzjaw ukoll lil Patrick Cellars Limited talli ta support tieghu ghal din l-inizjattiva billi sponsorja l-unur ta’ dan ix-xahar. 


Fatti u Figuri 2012 (It-Tielet Parti): Numru ta’ laqghat, zwiemel tat-trott li ppartecipaw, unuri 


Qabel ma ndawwru l-attenzjoni taghna ghat-tigrijiet u ghaz-zwiemel tal-galopp fil-parti li jmiss li tkun ukoll l-ahhar parti, se naghtu harsa lejn xi aspetti ohra tal-istagun li ghadda, l-aktar mill-perspettiva tat-trott.


Fuq livell generali, n-numru ta’ laqghat li gew organizzati fl-2012 ammonta ghal 60.  Din kienet it-tielet sena konsekuttiva li fiha ntlahqet il-marka tas-60 laqgha u dan kien ir-raba’ l-oghla numru ta’ laqghat mizmumin f’sena kalendarja fl-ahhar 9 snin (mill-2004).


Ta’ min jinnota wkoll il-pubblikazzjoni tar-regolamenti aggornati li saret ukoll is-sena l-ohra u dawn dahlu fis-sehh mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena.  Ta’ min isemmi wkoll li saru diversi laqghat ta’ tahrig rigward dawn ir-regolamenti.


Skont l-informazzjoni disponibbli, n-numru ta’ zwiemel tat-trott li kkompetew almenu darba fl-2012 kien jammonta ghal 753.  Dan kien inqas mill-figuri tal-2011 (765) u tal-2010 (781) (probbilment affettwat min-numru izghar ta’ debuttanti) izda kien aktar mit-total tal-2009 (744).


L-iktar ziemel tat-trott konsistenti kien Zilver Boko li ha 7 rebhiet (inkluz it-Tazza Sette Giugno), 5 pjazzamenti fit-tieni post u 3 pjazzamenti fit-tielet post mis-16-il tigrija tieghu.  Huwa kien segwit minn Label Chouan (hames rebhiet u seba’ pjazzamenti) u Nuage de Bourgogne (sitt rebhiet u pjazzament) f’din il-klassifika.


Noel Baldacchino rebah l-unur tal-Aqwa Sewwieq ghal darb’ohra (it-tielet darba konsekuttiva) quddiem Charles Camilleri, Rodney Gatt, Julian Farrugia, Tony Demanuele, Redent Magro u Shaun Portelli f’dik l-ordni.  Dawn is-seba’ sewwieqa rnexxielhom ilkoll jaqbzu l-marka tal-200 punt fil-klassifika finali. 


Rodney Gatt rebah l-Unur tal-Aqwa Sewwieq Apprentist (Taht-il-25 sena) ghal darb’ohra (ghas-seba’ darba konsekuttiva), quddiem Redent Magro, Shaun Portelli u Melvin Farrugia.  Ghall-futur tat-tigrijeit tat-trott f’Malta, huwa nkoragganti ninnutaw li tlieta minn dawk is-sewwieqa zghazagh irnexxielhom jippjazzaw fost l-ewwel seba’ sewwieqa fil-klassifika assoluta tal-Aqwa Sewwieq.


Wara li rebhet il-kamponat tas-sewwieqa tal-Mediterranean Horse Racing Union fl-2010, ghat-tieni sena konsekuttiva, Malta spiccat fit-tieni post f’dan il-kampjonat fl-2012 – unur iehor prestigjuz li jkompli jikkonferma l-kalibru internazzjonali tas-sewwieqa taghna.


Is-sewwieqa li rrappresentaw lil Malta f’dan il-kampjonat kienu Raymond Clifton (f’Malta), Shaun Portelli (fl-Italja), Rodney Gatt (fis-Serbia), Charles Camilleri (fi Franza), Noel Baldacchino (fir-Russja) u Tony Demanuele (fis-Slovenja).


Is-sewwieqa taghna hadu parti wkoll f’diversi tigrijiet internazzjonali, kemm fuq bazi ta’ inizjattivi personali jew jirrapprezentaw lil Malta b’mod ufficjali u hafna minnhom irnexxielhom jiksbu rizultati mill-aktar sodisfacenti.  Prosit lilhom ilkoll.


Sa mill-2012, il-Malta Racing Club introduca wkoll l-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar.  Sal-ahhar tas-sena, dan intrebah darbtejn kull wiehed minn Noel Baldacchino (Frar u Novembru) u Charles Camilleri (Marzu and Dicembru) u darba kull wiehed minn Shaun Portelli (Jannar), Julian Farrugia (April), Mario Fenech (Mejju), Tony Demanuele (Gunju), France Cassar (Lulju), Charlo Debono (Settembru) u Redent Magro (Ottubru).


Prosit lin-nies u zwiemel kollha msemmija hawn fuq.  Nixtiequ l-isbah xewqat lilhom u lil dawk kollha (kemm bnedmin kif ukoll zwiemel) li qed jippruvaw jiehdu sehemhom mill-unuri din is-sena. 


Nawgurawlkom zewg laqghat eccitanti matul il-gimgha li gejja.